Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #396 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dfin ta' persuna bi żball — investigazzjoni

Question

B’referenza għall-artiklu li deher f’The Times Of Malta ta’ nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2017 “Bodies switched in mortuary blunder, man misses his own funeral”, jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni fuq kif persuna li ndifnet bi żball minflok persuna oħra hiex immexxija mill-pulizija jew hijiex waħda interna? Fiex waslet l-investigazzjoni?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjoni kienet waħda nterna u li ġiet konkluża
Leg 13 PQ #397 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif f’inqas minn sena, in-numru ta’ infermiera Għawdxin li jaħdmu Malta tela’ minn 61 (fis-06 ta' Ġunju 2016) għall-133 (fit-03 ta' April 2017) meta l-istess Ministru qal li ma kienx hemm infermiera Għawdxin li talbu trasferiment lejn Malta?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex żdied in-numru ta' nurses jaħdmu Malta hija għaliex fis-sajf li għadda (bħal kull sajf ieħor) iggradwaw u ġew impjegati nurses ġodda.
Leg 13 PQ #398 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Studju dwar l-ispiża fuq l-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Marzu 2017?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-istudju dwar l-ispiża tal-obeżita’ f’Malta, kif mitlub.
Leg 13 PQ #399 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Rapport dwar l-ispiża ta' obeżità f'pajjiżna

Question

Mir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ta' Marzu 2017 dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ispiza ta’ €36 miljun hija konservattiva u li tista’ fil-fatt titla’ għall-€56 miljun?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 398.
Leg 12 PQ #32785 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Binja tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt il-binja tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mhux se titwaqqa u dan il-bini se jsirlu xogħol ta' tisbiħ (refurbishment), biex jakkomoda kura fit-tul (Long Term Care)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'investiment qawwi pazjenti Għawdxin ser ikollhom sptar akut mibni ġdid, kif ukoll sptar ta' rijabilitazzjoni u ta' long term care. Dawn ta' l-aħħar ser isiru fejn illum hemm l-isptar eżistenti.
Leg 12 PQ #32786 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Women’s Hospital

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Women's Hospital hijiex il-Mother & Baby Hospital li kien irrefera għaliha l-Ministru fil-ġimgħat ta' qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Mother and Child Hospital u l-Women’s Health Department huma żewġ proġetti differenti.
Leg 12 PQ #32787 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Heathcare – servizzi ta’ Dermatoloġija

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, issa li Dr Delicata qed tikkonferma li fil-fatt is-servizzi ta’ Dermatoloġija se jkunu f'idejn il-Vitals Global Heathcare u allura se jkunu privatizzati, għalfejn il-Ministru ħarab milli jagħti risposta ċara fil-mistoqsijiet parlamentari 31993 u 32210 fuq dan is-suġġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tad-Dermatoloġija mhux ser ikunu privatizzati imma ser ikunu parti mill-PPP bejn il-Gvern u l-VGH, waqt li s-servizzi għal pazjenti Maltin u Għawdxin ser jibqaw mingħajr ħlas.
Leg 12 PQ #32788 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex – xogħol ta’ kostruzzjonni fuq l-Isptar il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-Isptar il-ġdid f'Għawdex (mhux fuq l-Iskola ta' Barts)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li fl-aħħar ġimgħat beda’ x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts, la darba joħorġu l-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, jibda x-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar.
Leg 12 PQ #32779 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Service Level Agreement

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Service Level Agreement li ġie ffirmat bejn il-Ministeru għas-Saħħa, il-GRTU u l-Malta Chamber of Pharmacies f’Ottubru 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #32780 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – nuqqas ta’ air mattresses

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li tul ix-xahar ta’ Marzu u l-bidu t’April 2017, fl-Isptar Karin Grech kien hemm nuqqas ta’ air mattresses? Jista’ jikkonferma wkoll li kien hemm pazjenti li ma ġewx trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech minħabba n-nuqqas ta’ air mattresses?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm numru ta’ air mattresses għat-tiswija fid-Dipartiment tal-Bijomedika fl-isptar Mater Dei. Ninfurmaha ukoll illi l-isptar Karen Grech issa mpjega żewg biomedical technicians sabiex manutenzjoni ta' dawn l-air mattresses issir mingħajr dewmien fuq il-post.
Leg 12 PQ #32781 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – sistema tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Isptar Karin Grech issa għandu jew ser ikollu sistema tal-IT indipendenti mis-sistema tal-MITA? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid kif ser ikun hemm continuity of care għall-pazjenti li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech? Jista' jgħid ukoll kif it-tobba se jkunu jistgħu jaraw ir-riżultati ta' testijiet mediċi li jkunu saru fl-Isptar Mater Dei? Jekk dan mhux minnu, jista' jgħid jekk kumpanija privata li tmexxi negozju fis-saħħa hux qed ikollha aċċess għas-sistema tal-IT tal-Gvern? Il-Ministru għandu pjan li, wara dan il-preċedent, jagħti aċċess għas-sistema tal-IT lil kumpaniji, kliniċi u sptarijiet privati oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Vitals Global Healthcare qed taħdem sabiex tiżviluppa sistema tal-IT avvanzata li hija kompatibbli ma dik tal-gvern. Din il-kumpanija qed tiddiskuti ma bosta entitajiet governattivi biex tassigura li jkun hemm continuity of care u li s-sistema tkun ta’ benefiċċju għat-tobba u għal-pazjenti kollha.
Leg 12 PQ #32782 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li jżuru Malta għall-kura privata

Question

B’referenza għall-intervista ma’ Dr Nadine Delicata li dehret f’The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 ta’ April 2017, jista’ l-Ministru jgħid kif pazjenti li jżuru Malta għall-kura privata mhux se jiġu trattati bi preferenza fuq pazjenti Maltin li mhux qed iħallsu? Dan ifisser li pazjenti li qed iħallsu ser jitħallew jistennew biex isirulhom it-testijiet neċessarji (eż MRI) biex joħroġ ir-riżultat u jerġgħu jistennew bħal pazjenti oħrajn biex issirilhom operazzjoni? Jew fil-fatt pazjenti li jħallsu, speċjalment pazjenti li jiġu Malta għall-kura, mhux se jistennew bħal pazjenti Maltin li ma jħallsux u jinqdew qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi tas-saħħa ser jibqaw b’xejn għal Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-kumpanija Vitals Global Healthcare, qed tinvesti 220miljun ewro fl-infrastruttura, fir-riżorsi umani u sistemi tal-IT sabiex tkompli tassigura li jingħata servizz għoli ta’ kwalita’ u effiċjenza għal Maltin u l-Għawdxin. Is-servizzi offruti lill-pazjenti Għawdxin u pazjenti barranin ser ikunu ugwali.
Leg 12 PQ #32783 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – tobba

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista’ l-Ministru jgħid kif tobba li se jkunu qed jaħdmu mal-Vitals Global Heathcare (VGH) fl-Isptar Karin Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar t’Għawdex b'kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn tobba oħra li diġà jaħdmu fl-istess sptarijiet imma direttament mal-Gvern? Il-Ministru jemmen fil-prinċipju "Equal Pay for Equal Work"?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa,l- VGH u r-rappreżentanti tat-tobba qegħdin f'diskussjonijiet dwar dan. Il-liġijiet industrijali kollha, inkluż ħlas ugwali għall-istess xogħol, qegħdin jiġu mħarsa.
Leg 12 PQ #32784 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Negozjati mal-MAM

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd it-2 ta’ April 2017, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MAM li rreferiet għalihom Dr Delicata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, l-VGH u l-MAM għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #32222 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31080, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare (VGH) sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew impjegati ħaddiema mal-VGH?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 70 ħaddiema li huma impjegati direttament mal-VGH.
Leg 12 PQ #32223 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare — ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31079, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol jew x’inhi l-professjoni tal-ewwel 50 ħaddiema msemmija li bdew jaħdmu mal- Vitals Global Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel ħaddiema li bdew jaħdmu mal-VGH jokkupaw karigi f’diversi dipartimenti fosthom fil-Quality Assurance & Quality Control, Marketing, Finanzi, fl-Amministrazzjoni, fir-Riżorsi Umani, Nursing, fl-IT, Manutenzjoni, fis-Saħħa u Sigurta’ tal-Pazjent u kif ukoll Senior Clinical Positions fl-Anestesija, fil-Farmaċija u fl-Emerġenza.
Leg 12 PQ #32224 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – assi tal-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’assi għandha l-kumpanija Vitals Global Healthcare biex tagħmel tajjeb għall-kobor tal-investiment li suppost kellha tagħmel f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru inkarigat mil-Malta Enterprise.
Leg 12 PQ #32225 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – żieda fis-sodod

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31078, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fis-sodod fl-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan għall-isptar Karen Grech huwa illi jsir refurbishment qawwi sabiex is-servizzi li diġa huma ta' livell għoli illi jingħataw minn dan l-isptar ikomplu jitjiebu u jsiru f'ambjent aħjar.
Leg 12 PQ #32226 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Il-bini tal-iskola ta’ Barts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31076, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-Iskola ta’ Barts u meta se tkun lesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 32063 u ninfurmaha ukoll li l-binja l-ġdida tal-iskola ta’ Barts mistennija tkun lesta fl-2018.
Leg 12 PQ #32227 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi ta’ saħħa għall-barranin – ġbir ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.