Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36819 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inġustizzji — Ħlasijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 31173 datata 23-01-02, jista' l-Ministru jagħtini nformazzjoni kemm kienet is-somma li tħallset s'issa b'riżultat ta' inġustizzji li kienu saru? Kemm il-każ ġie deċiż sal-ġurnata ta' llum barra 32 li jissemmew fil-mistoqsija oriġinali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa tħallset is-somma ta' Lm259,992 bħala kumpens fir-rigward ta' ħamsa u sebgħin każ minn tnejn u tmenin li s'issa ġew deċiżi kontra l-Maltacom. Fis-seba' każi l-oħra l-kumpens għadu qed jinħadem
Leg 9 PQ #31274 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

B'referenza għal PQ 31173, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru mit-Tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji dwar il-każ ta' promozzjonijiet li ngħataw fil-Maltacom qabel l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sentenzi li qed jirreferi għalihom huma pubbliċi u jista' jarahom fuq il-Web Site tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-indirizz huwa http://www.justice.govt.mt
Leg 9 PQ #31173 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija stmata l-ispiża finanzjarja f'termini ta' pagi mill-Maltacom wara li kellhom jissewwew l-inġustizzji fil-promozzjonijiet ta' diversi gradi qabel l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998? Jista' jaqsam din l-ispiża skond il-5 gradi ta' promozzjonijiet li saru? Kemm kienet stimata l-ispiża finanzjarja f'termini ta' paġi qabel ma nħolqu dawn l-inġustizzji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa, t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, iddeċieda li saret inġustizzja fi tnejn u tletin każ. B'riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet, tħallset is-somma ta' madwar Lm90,000 f'arretrati u kumpens. Tlieta u għoxrin każ li ġew deċiżi mit-Tribunal bħala li saret inġustizzja, sa issa għadhom fil-proċess li jinħadmu.
Leg 9 PQ #2635 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema ta' tassazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm esperti ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta' tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997? Jista' jgħid kemm kien l-infiq għas-servizzi tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

L-esperti li ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta` tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997 kienu: Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates Lm8,050 Prof. Edward Scicluna Lm4,128 Mr David Williams Lm4,706
Leg 9 PQ #2636 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-estimate rigward ir-refunds fuq l-istocks għas-snin 1995 u 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-estimi tar-refunds fuq il-ħażniet eżistenti fl-aħħar ta` Diċembru 1994 li tħallsu fis-snin 1995 u 1996 kien ta` madwar Lm18-il miljun lira.
Leg 9 PQ #2637 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-Actual rigward ir-refunds fuq 45 stocks għas-snin 1995 u 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Actual refunds fuq l-istocks għas-snin 1995 u 1996 huwa kifjidher hawn taħt: 1995 - Lm 5,340,975 1996 - Lm10,094,690
Leg 9 PQ #2638 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiiment tad-Dazju u Sisa — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad-Dipartiment tad-Dazju u Sisa bejn l-1 ta' Lulju 1997 u t-30 ta' Novembru 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2639 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad-Dipartiment tal-VAT bejn id-9 ta' Awissu, 1994 u t-30 ta' Ġunju, 1997?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.