Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1320 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRISTOPHER FEARNE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — Direttur Quality Assurance

Question

B'referenza għas-sejħa għal applikazzjonijiet għall-post vakanti ta' Direttur Quality Assurance mal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu, jista' l-Prim Ministru jikkonferma x'kienu l-kwalifiki akkademiċi u x'esperjenza ta' xogħol rekwiżiti mill-PAHRO?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rekwiżiti approvati mill-PAHRO għall-post vakanti ta’ Direttur Quality Assurance mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu kienu: [1] Kwalifiki - first degree f’materja relatata, u [2] Esperjenza - minimu ta’ ħames snin esperjenza f’livell maniġerjali, preferibbilment fil-qasam turistiku.