Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1044 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

xiri tal-ewwel residenza — tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1027 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq li twassal sar-Ramla l-Ħamra — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibda x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li min-Nadur twassal sal-bajja tar-Ramla l-Ħamra wara li ftit aktar minn sena ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta' din it-triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-tenders għal dan ix-xogħol għad iridu jiġu ppreparati biex dan isir meta ikun possibli.
Leg 12 PQ #1028 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — nollijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda ħsieb li jiżdied in-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi n-nollijiet tal-passigieri u vetturi li juzaw is-servizz tal-Gozo Channel huma stabiliti permess ta' Avviż Legali 314 ta' 2004 u l-Public Service Obligtion Contract' li jirregola l-mod ta' kif il-Gozo Channel toffri s-servizzi bejn iż-żewġ gżejjer.

Fondi tal-Unjoni Ewropea – Għjnuna lill-Kunsilli Lokali u NGOs mill-MEUSAC

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin tal-kunsill lokali u għaqdiet non governattivi (NGOs) li ġew megħjuna mill-MEUSAC biex jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti u inizjattivi? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw f'kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant

Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess tribunal fl-aħħar ta' April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar sena b’sena mill-2005 huwa s-segwenti:

Qorti tal-Maġistrati — Ġurisdizzjoni Ċivili - każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Ċivili) fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess Qorti fl-aħħar ta' April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati - Ġurisdizzjoni Ċivili għas-snin indikati fil-mistoqsija kienu dawn: Sena 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013* Numru ta’ Każi 1273 1120 1110 1126 1150 1219 1132 1067 1015 *sal-aħħar ta’ April 2013 Rigward il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, peress li din għanda funzjoni doppja kemm Superjuri kif ukol Inferjuri, l-informazzjoni mitluba tinqasam hekk:- Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Superjuri, Sezzjoni Ġenerali. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjonijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 956 2006 943 2007 809 2008 679 2009 611 2010 528 2011 492 2012 476 30/04/2013 446 Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Superjuri, Sezzjoni Familja. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjoinijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 42 2006 49 2007 52 2008 60 2009 65 2010 51 2011 44 2012 41 30/04/2013 41 Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 185 2006 151 2007 110 2008 94 2009 93 2010 77 2011 70 2012 51 30/04/2013 49

Qorti f'Għawdex — abbozz ta' liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-Qorti f'Għawdex li kien ġie mħejji minn kumitat ta' dan il-Parlament wara mozzjoni approvata b' mod unanimu minn din il-Kamra hux se jitressaq għad-diskussjoni jew inkella hux se jitressaq xi abbozz ieħor li jittratta l-qrati f'Għawdex? Jekk mhux se jiġi adottat l-abbozz mħejji mill-kumitat ta' din il-Kamra x'inhi r-raġuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf Kummissjoni għal Riforma Ħolsitika fil-Qasam tal-Ġustizzja (www.krhg.gov.mt) illi skont it-terminu ta’ referenza “J” għandha tifformula liġi dwar riforma fil-Qorti f’Għawdex. Jiena informat illi l-Kummissjoni studjat ix-xogħol tajjeb ħafna li sar diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet li kien ippresedut mill-Onor. Franco Debono u effettivament taqbel mal-abbozz hekk imħejji. Il-Gvern beħsiebu għalhekk jieħu jimxi fuq il-mudell li kien imħejji diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet.

Kunsilli Lokali — Impjieg ta' persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità jaħdmu mal-kunsilli lokali? Tista' tgħid jekk l-iskema biex persuni b'diżabilità jaħdmu għal tliet snin mal-kunsilli lokali hix se titkompla u jekk hux se tingħata opportunità li kull kunsill lokali jħaddem miegħu persuna jew persuni b'diżabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament 11-il persuna qegħdin igawdu minn din l-iskema. Il-Gvern preżenti huwa impenjat biex din l-iskema jwettaqha u fejn hu possibbli isaħħaħa. Inżid billi infakkar lill-Onor Interpellant li l-Gvern preżenti ma sab ebda fondi ivvutati għal din l-iskema. Kull ma sab il-Gvern preżenti kienet wegħda verbali li l-Onor Interpellant innifsu bħala Ministru għall-Gustizzja, Djalogu Soċjali u l-Familja għamel lill-Kunsilli Lokali li l-Gvern preċedenti kien se jagħmel tajjeb għal din l-iskema, iżda fondi ivvutati għaliha fil-Budget ta' Novembru ma kien hemm xejn. Fil-fatt se jkollu jkun il-Gvern preżenti li se jagħmel tajjeb għal din l-iskema biex ikun jista jgħin lill-Kunsilli Lokali jimpjegaw persuni b'diżabilità.
Leg 12 PQ #1004 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali — allokazzjonijiet

Question

Issa li l-kunsilli lokali rċevew l-allokazzjoni tagħhom għas-sena 2013, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun it-tnaqqis jew żieda fl-allokazzjoni ta' kull wieħed mit-68 kunsill lokali f'Malta u Għawdex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet — rapporti fuq ir-rakkomandazzjonijiet

Question

Peress li l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet kien lesta r-rapport finali tiegħu wara konsultazzjoni twila mal-istakeholders kollha, u peress li dan ir-rapport kien fih numru ta' rakkomandazzjonijiet, u peress li fuq numru ta' rakkomandazzjonijiet fejn kien hemm qbil bejn kulħadd bdew jiġu attwati u fuq oħrajn kompliet għaddejja l-konsultazzjoni, tista' l-Ministru tgħid kif dan il-Gvern beħsiebu jimxi fuq din il-materja tal-pensjonijiet u jekk hix beħsiebha timxi fuq dan ir-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1024 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — struttura tat-tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-istruttura tat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? F'dan l-Isptar hemm nies li mhumiex accountable lejn il-Ministru tas-Saħħa iżda jwieġbu lejn xi Ministru ieħor? Jekk iva, min huma dawn in-nies x'pożizzjoni jokkupaw u lejn min iwieġbu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1025 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ir-Rabat (Għawdex) — klinika tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx id-deċiżjoni li l-Klinika tal-Gvern li hemm fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, Għawdex hix se tingħalaq u tibda tifforma parti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jekk iva, min ħa din id-deċiżjoni? Il-Ministeru għal Għawdex ġie kkonsultat dwar dan? Ġie kkonsultat il-Ministeru għal Għawdex qabel din tingħalaq? X'se jsir mill-premises meta dawn jitbattlu? Jikkunsidra li din il-klinika qiegħda qrib il-bus terminus ċentrali t'Għawdex u fl-aktar post ċentrali u allura aċċessibbli għal kulħadd inkluż anzjani u meta tingħalaq dan kollu se jintilef?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1026 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz (Għawdex) — Triq San Lawrenz - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Triq San Lawrenz, f'San Lawrenz, Għawdex? Meta hu maħsub li titlesta din it-triq? Il-Ministeru għal Għawdex se jsewwi l-ħsarat estensivi li saru fit-toroq fl-Għarb li kienu qed jintużaw bħala rotta alternattiva meta Triq San Lawrenz kienet magħluqa għat-traffiku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol miexi b'ritmu tajjeb u li huwa ppjanat li t-Triq ta' San Lawrenz terġa' tkun aċċessibli għall-bidu ta' Ġunju, għalkemm jibqgħu xogħlijiet oħra għaddejjin. Il-ħsarat fit-toroq alternattivi qegħdin jissewew mill-Ministeru għal Għawdex.

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hix se żżomm il-policy li ma tibnix aktar appartamenti, kemm biex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll biex jintużaw għall-akkomodazzjoni affordabbli, iżda minflok tniedi skemi li permezz tagħhom takkwista jew tutilizza bi ftehim mas-sidien privat, parti mill-istock kbir ta' appartamenti vojta li hawn mal-pajjiż kollu? Jekk se tinbidel kif?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir awditjar li mistenni jkun lest fil-ġranet li ġejjin. Wara se jsir analiżi dwar liema skemi l-Awtorità tad-Djar se tkun qed timplimenta.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kompetenzi fil-qasam tal-ilma ta' kull persuna li ġiet appuntata fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri ta' dan il-bord għandhom dawn il-kompetenzi: 3 Acoountants 1 IT and University lecturer 2 Inginiera u University Lecturers 1 Political science student 1 Entrapreneur 1 Banker
Leg 12 PQ #999 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2013 — Lista ta' voti li nbidlu

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-voti fil-baġit li ressaq f'April 2013 u li nbidlu minn kif kienu proposti f'dak li tressaq f'Novembru 2012? Jista' jgħid kemm kull vot naqas jew żdied u x'kienet ir-raġuni għal kull bidla li saret?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-Informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta ohra.

Tribunal Industrijali — riżenja ta' Chairpersons

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk talbitx ir-riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali? Jekk iva, ma taħsibx li dan imur kontra l-liġi peress li l-ħatra ta' dawn il-persuni li jaġixxu ta' ġudikanti fi kwestjonijiet industrijali hija proprju mħarsa sabiex tassigura li dawn ma jkollhom l-ebda pressjoni, jaġixxu b'mod indipendenti u ma jkun bl-ebda mod soġġetti għall-Gvern?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Miinistru ma talbet l-ebda riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali.

Għawdex — Djar residenzjali għal persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot biex tinfetaħ l-ewwel dar residenzjali f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità tnaqqas minn €500,000 għal €300,000, u dan meta l-Gvern għandu wegħda espressa li matul din il-leġiżlatura jiftaħ djar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità kollha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1002 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel - kontroll tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux kontroll tal-ħaddiema u ta' dak li jiġri fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, fl-iskola tal-Arti f'Għajnsielem, fl-iskola tad-Drama fin-Nadur u fl-iskola tal-Mużika fis-Sannat?

Response (REFALO, ANTON)

Jien infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għandu l-kontroll tal-ħaddiema tiegħu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala filwaqt li l-ħaddiema fl-iskejjel jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Tfal li jingħataw kura f'istituzzjonijiet

Question

B'referenza għal dak li l-Ministru qalet fil-media lokali u ċjoè li f'Malta hawn 600 tifel u tifla li qed jingħataw kura f'istituzzjonijiet, tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn l-istituzzjonijiet, min imexxi dawn l-istituzzjonijiet u kemm hemm tfal f'kull istituzzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.