Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1443 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni totali (kemm f' dik li hi allokazzjoni diretta, il-vot ta' servizzi għall-kunsilli lokali, il-vot ta' inizjattivi speċjali, il-vot għat-toroq u l-vot ta' kofinanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea), għal kunsilli lokali fis-sena 2009, 2010, 2011 u 2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Belt Valletta – Kunsill Lokali – uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li parti mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jimxi mill-binja magħrufa bħala l-Main Guard għal post fejn qabel kien hemm l-HSBC biex b'hekk il-Main Guard tkun tista’ tibda tintuża bħala uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jaħdem fuq il-pjanijiet oriġinali li kellu biex jimxi fil-binja li għandu fi Triq id-Dejqa kantuniera mat-Triq l-Arċisqof.

Libreriji reġjonali u lokali – self ta’ kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba minn kull librerija reġjonali u lokali matul is-sena 2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1446 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – nefqa fuq libreriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq kull kunsill lokali matul is-sena 2012 fuq il-librerija lokali kemm fejn hemm libreriji li huma devoluti lill-kunsill lokali kif ukoll fejn hemm librerija li twaqqfet u hija operata mill-kunsill lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba..

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord tad-Diretturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 998, jista' l-Ministru jagħti l-kwalifiki u kompetenzi fil-qasam tal-ilma ta' kull persuna li ġiet appuntata u dan stante li fir-risposta l-Ministru ta l-informazzjoni biss tal-professjoni ta' kull membru iżda naqas li jwieġeb il-mistoqsija b'mod korrett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kompetenza tal-persuni imsemmija huma varji u utli għal dan il-qasam minn aspetti differenti. Kull membru f'dan il-bord għandu esperjenza illi se jkunu t'għajnuna fil-ħidma u l-isfidi li se jkollu quddiemu dan il-bord.

Tribunal Industrijali – riżenji ta’ Chairpersons

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1000, tista' l-Ministru tgħid jekk ladarba hi personalment ma talbitx ir-riżenja ta' dawn iċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali kienx hemm xi uffiċjali fil-Ministeru tagħha jew f'xi Ministeru ieħor li talab għal dawn ir-riżenji u dan peress li l-qasam industrijali jaqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onor Interpellant. Jiena nfurmata li fil-każ tat-Tribunal Industrijali, r-riżenja ntalbet mis-Segretarju Permanenti li qabel kien responsabli mill-Ministeru għal Gustizzja, Djalogu u l-Familja taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #1344 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — għajnuna għal-live streaming

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali hux se jingħataw għajnuna finanzjarja biex jkunu jistgħu jagħmlu live streaming tal-laqgħat tagħhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsilli Lokali se jingħataw għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jagħmlu live streamin tal-laqgħat tagħhom.

Fond 'Independent Living'

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw persuni s'issa minn meta ġie mwaqqaf il-fond Independent Living għall-persuni b'diżabilità sal-aħħar t'April 2013? Ġew allokati fondi għal dan il-fond għas-sena 2013? Kemm ġew allokati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa April 2013 kien hemm 13-il persuna b’diżabbiltà li qegħdin jibbenefikaw mill-Fond Independent Community Living. Minn dawn hemm 8 persuni hadu finanzjament ghal live-in assistant, filwaqt li l-5 klijenti l-ohra qed jibbenefikaw mill-Community based service. Minbarra dawn hemm żewġ persuni oħrajn li ġew allokati l-fondi, imma li s’issa kienu għadhom ma bdewx jibbenefikaw minnhom minħabba li l-proċess li jħaddmu live-in assistant kien għadu ma ġiex finalizzat. Informata wkoll li ladarba dan il-proċess jiġi konkluż, huma wkoll jibdew igawdu minn dan il-fond. Għas-sena 2013 hemm allokati €380,000 għal dan il-Fond.
Leg 12 PQ #1439 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa kull kunsill lokali mis-somma ta' €200,000 li ġew imqassma kif spjegat fil-press release 934 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid taħt liema skema ġew imqassma dawn il-flus u meta ġiet imnedija kull skema li taħtha ngħatat din l-għajnuna? Jista' jelenka x-xogħol li għamel kull kunsill b'din l-għajnuna u meta tlesta l-istess xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1440 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – Għajnuna – Skemi ta’ aċċessibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali ġew megħjuna sena b' sena f' dawn l-aħħar ħames snin bl-iskemi biex itejbu l-aċċessibilità? Liema xogħol li wassal għal aktar aċċessibilità sar f' kull waħda minn dawn il-lokalitajiet li ġew megħjuna? Kemm kienet l-għajnuna mogħtija lil kull kunsill lokali sena b' sena fl-aħħar ħames snin taħt din l-iskema ta' aċċessibilità?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1441 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – aċċessibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li l-uffiċċju tagħhom mhux aċċessibbli għal kulħadd skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilità? X'inhu jagħmel il-Ministeru biex jara li dawn l-uffiċċji frekwentati minn ħafna residenti jsiru aċċessibbli?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1442 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – Skemi għal enerġija nadifa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali ġew megħjuna sena b' sena f' dawn l-aħħar ħames snin bl-iskemi biex jsiru proġetti u inizjattivi ta' enerġija nadifa? Liema proġetti jew inizjattivi saru f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet li ġew megħjuna? Kemm kienet l-għajnuna mogħtija lil kull kunsill lokali sena b'sena fl-aħħar ħames snin taħt din l-iskema ta' enerġija nadifa? Kemm hu kkalkulat li tnaqqsu emissjonijiet permezz ta' dawn l-inizjattivi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

specialised fostering benefit

Question

Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' familji li bbenefikaw s'issa mill-ispecialised fostering benefit li ġie introdott fil-baġit għas-sena 2012? Tista' tinforma lill-Kamra jekk din l-iskema hix se titkompla u jekk hemmx applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ koppji jew individwi li ibbenifikaw s’issa mill-ispecialised fostering benefit huma 24. Hemm 13-il familja jew individwu li s-sitwazzjoni taghhom qed tiġi proċessata. Issa li ġie maħtur il-bord il-ġdid tal-fostering, se jkun mitlub jagħmel evalwazzjoni tal-benefiċċji li l-foster carers jibbenefikaw minnhom bl-iskop li jkun assigurat li jkunu mgħjjuna u wkoll li jingħataw b’ġustizzja.
Leg 12 PQ #1338 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Id-Dwejra (Għawdex) — xogħlijiet fuq it-Tieqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru biex tiġi salvata t-tieqa tad-Dwejra u dan in vista li f'dawn l-aħħar ġimgħat waqgħet parti oħra mill-blat li jifforma l-istess tieqa? X'passi qed jieħu l-Ministru biex jassigura li ma jkunx hemm periklu għal dawk kollha li jmorru fl-inħawi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għamel konsultazjonijiet ma' ġeologista u saru diskusjonijiet mal-MEPA dwar dan is-suġġett. Għaddejja ko-ordinazzjoni mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibli, Ambjent u Tibdil tal-Klima dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Jien infurmat ukoll li fuq il-post twaħħlu tabelli li jinfurmaw il-pubbliku biex ma jmurx f'dawn l-inħawi u saret applikazzjoni mal-MEPA biex jitqiegħdu bollards biex juru aħjar iż-żona li tista' tkun ta' periklu.
Leg 12 PQ #1339 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Nollijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi ppjanat li jiġu riveduti n-nollijiet tat-traġitt bil-Gozo Channel kemm għall-passiġiera kif ukoll għall-vetturi? Jekk iva, kif hemm il-ħsieb li jiġu riveduti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi n-nollijiet tal-passiġġieri u vetturi li jużaw is-servizz tal-Gozo Channel huma stabbiliti permezz tal-Avviz Legali 314 tal-2004 u l-Public Service Obligation Contract bejn il-gvern u l-operaturi tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — il-Mellieħa - Xogħlijiet fuq roundabouts u soft areas

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar meta se jsir ix-xogħol fuq ir-roundabouts u soft areas li hemm fit-toroq li saru b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u li jwasslu mill-Mellieħa sal-Għadira u mill-Għadira saċ-Ċirkewwa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li t-tħawwil tal-pjanti ġewwa s-soft areas li hemm fi Triq il-Marfa beda u se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li dak fil-bypass tal-Mellieħa se jibda dalwaqt.

MCAST — studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' studenti, kors b'kors, fl-MCAST fil-bidu tas-sena skolastika kurrenti 2012/2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — MCAST - proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ġew utilizzati s'issa mill-MCAST, inkluż fi proġetti li għadhom għaddejjin? Fuq liema proġetti jew inizjattivi intużaw u kemm kien l-ammont ta' fondi tal-Unjoni Ewropea użati jew li se jintużaw għal kull proġett jew inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat (Għawdex) — Skola sekondarja Sir Mikelanġ Refalo - estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli bil-pjan li kien tħejja mill-Gvern preċedenti biex tinbena parti ġdida għall-iskola sekondarja Sir Mikelanġ Refalo fir-Rabat, Għawdex? Jekk iva, meta hu maħsub li jsir dan il-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pjan ta' bini ta' skejjel ġodda qed jiġi studjat u fejn se jkun hemm bżonn isir dan il-bini.

Għawdex — manutenzjoni fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel f'Għawdex li fihom se jsir xogħol ta' manutenzjoni? Meta se jsir dan ix-xogħol f'kull skola? Meta hu mistenni jitlesta f'kull skola? Fiex se jkun jikkonsisti l-istess xogħol f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif diġa' ġie mwieġeb f'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 210, fil-ħames snin li ġejjin ix-xogħol ta' manutenzjoni u tisbiħ fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex ser jitkompla b'enfasi f'dawk l-iskejjel l-antiki li għandhom bżonn manutenzjoni qawwija. Il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u x-Xogħol waqqaf task force sabiex jagħmel eżerċizzju fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex sabiex jiġu identifikati dawk l-iskejjel li għandhom bżonn manutenzjoni qawwija u estensiva.