Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Xewkija/Rabat – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-triq li tieħu mix-Xewkija sa Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex hux lest minn kollox? Jekk le x'fadal isir u meta hu mistenni jitlesta kollox? Kemm ġiet jew se tiġi l-ispiża totali fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-triq li tieħu mix-Xewkija sa’ Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex huma kollha lesti, apparti ċertu xogħlijiet ta’ snagging li qegħdin fl-istadju finali. L-ispiża totali tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni hija stmata għal madwar €12.1 miljun.

fondi Ewropej 2007- 2013 — tiswija ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fadalx fondi biex jintuzaw fuq toroq mill-programm finanzjarju 2007 – 2013? Jekk iva, kemm fadal u fuq liema toroq se jintużaw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi allokati li baqa’ biex jintużaw mill-programm finanzjarju 2007-2013 jammontaw għal € 83,984,309.61. Din is-somma tinkludi il-VAT, spejjeż ta’ superviżjoni, studji relatati mal-proġetti kif ukoll somma ta’ kontinġenza. Dawn il-fondi huma allokati għal dawn il-proġetti: Upgrading tat-TEN-T Network Phase I Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi, Luqa Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb, Marsa / Floriana Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa By-Pass Tal Mellieħa, Mellieħa Triq Diċembru 13 Triq l-Imġarr, Xewkija, Triq Fortunato Mizzi u Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex Upgrading tat-TEN-T Network Phase II Rikostruzzjoni ta’ Salina Coast Road Upgrading tat-TEN-T Network Phase III Kostruzzjoni ta’ Grade Separated Junction fil-Kappara

Maternity leave

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li applikaw għal maternity leave fl-2012 u minn dawn kemm ibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimgħatejn fl-2012? Kemm kien il-ħlas li sar min-naħa tal-Gvern għal dawn il-ġimgħtejn miżjuda ta' maternity leave?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ommijiet li fis-sena 2012 applikaw sabiex jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimagħtejn miżjuda għal benefiċċju tal-leave tal-maternità kien ta’ 1326 li minnhon tħallsu 1239 bi spiża ta’ €412,800.00.

adoption leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-adoption leave fis-settur pubbliku u kemm huwa l-istess adoption leave fil-privat? Meta l-aħħar li ġie estiż dan il-perijodu ta' adoption leave? Tista’ tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li bbenefikaw minn adoption leave fis-settur pubbliku matul is-sena 2010, 2011 u 2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

oqsma tad-Difiża u Intern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il pajjiż tal-Unjoni Ewropeja, d-Difiza u l-Intern huma fl-istess Ministeru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Unjoni Ewropeja, d-Difiża u l-Intern huma fl-istess Ministeru fil-każ ta’ Malta u l-Irlanda. L-Irlanda għandha Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u d-Difiża.

Imħallfin u maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' imħallfin u maġistrati bħalissa u kemm kien fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2007 sal-lum? Kemm mill-imħallfin preżenti huma nisa u kemm mill-maġistrati preżenti huma nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Imħallfin u Maġistrati li kien hemm fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2007 sal-lum u n-numru ta’ Imħallfin u Maġistrati nisa preżenti huwa kif indikat fil-lista li ġejja: Year Chief Justice Judges Magistrates 2007 1 18 18 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2008 1 18 18 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2009 1 19 19 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2010 1 19 Inkluż 1 imsiefer 19 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2011 1 20 Inkluż 1 imsiefer 20 Inklużi 2 Għawdex u 1imsiefer 2012 1 20 Inkluż 1 imsiefer 21 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2013 1 20 Inkluż 1 imsiefer 20 Inklużi 2 Għawdex Male – 16 Female – 4 Male – 10 Female – 10

Tribunal Amministrattiv – Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet li hemm pendenti quddiem it-Tribunal Amministrattiv? Jista' jgħid kemm hemm każijiet kontra kull dipartiment jew entità amministrattiva?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet li hemm pendenti quddiem it-Tribunal Amministrattiv u fir-rigward ta’ liema dipartimenti hija segwenti: Ka wżi Malta Kawżi Għawdex Dipartiment tat-Taxxi Interni (Taxxa fuq l-Income) 92 Dipartiment tat-Taxxi (Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti) 121 Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud 194 1 Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni 4 Awtorità għat-Trasport f’Malta 74 2 Kontrollur għad-Dwana 1 Awtorità ta’ Malta dwar ir-ri żorsi 24 Provisti u Servizzi 1 Ministeru tal-Finanzi (Re: Kap 368 Dwar E¿enzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur) 23 3 Kummissarju tal-Pulizija (Liċenzji ta’ Gwardjani Privati u Lokali) 5 Ġurisdizzjoni Ġenerali 6
Leg 12 PQ #1468 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – tluq ta’ vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar xahar għal iżjed minn darba l-vapuri tal-Gozo Channel qed jitilqu mingħajr ma jgħabbu l-karozzi kollha li jkunu qed jistennew minkejja li jkun fadal ħafna spazju għal karozzi fil-garage tal-vapur u dan b'inkonvenjent kbir għal dawk li jkunu qed jistennew bil-vetturi tagħhom biex jaqsmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi r-raguni li ma tgħabbewx il-karozzi kollha kienet għaliex l-ghadd ta' passiġġieri laħaq il-massimu ta' 500 skont kif inhu stipulat fil-Minimum Safety Manning ta' l- International Safety Managment Code. Ninsab infurmat ukoll illi ttieħdu passi neċessarji biex din il-problema ġiet riżolta.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabbiltà – Laqgħa mal-Kummissarju Għoli Ingliż

Question

In vista tal-fatt li fil-media ġie rrapurtat li l-Kummissarju Għoli Ingliż kellu laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva u f'din il-laqgħa ssemma l-pjan tal-Gvern fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u anzjani, tista' l-Ministru tispjega dan il-pjan li ġie żvelat f'dawn l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u l-anzjanità attiva u l-istrateġiji li qiegħed iħares lejhom il-Gvern biex titwettaq il-politika tiegħu fl-oqsma in kwestjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-kuntrarju tal-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern ifassal il-politika tiegħu bi pjani serji u fattibbli. Il-pjan tal-Gvern dwar l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u l-anzjanità attiva jinsabu fir-road map li l-poplu Malti u Għawdxi għażel b’maġġoranza qawwija fid-9 ta’ Marzu li għadda. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli interpellant għall-pjani fl-oqsma inkwistjoni fil-Manifest Elettorali f’paġni 64, 77, 78 u 79 fejn hemm elenkati iswed fuq l-abjad il-proposti ta’ dan il-Gvern biex tabilħaqq ikollna Soċjetà Ġusta.

Kummissjoni Nazzjonali ghall-Anzjanità Attiva – membri

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri li ġew maħtura fil-Kummissjoni li se taħdem favur anzjanità attiva, kif ġew magħżula, u x'inhi l-kompetenza ta' kull membru f'dan il-qasam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri maħtura fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva huma Dr Marvin Formosa, Mr Anthony Scerri, Dr Stephen Abela, Prof. David Mamo, Ms Tracey Schembri, Dr Stephanie Xuereb, Dr Josette Rapa u Dr Stephen Lungaro-Mifsud. Il-membri magħżula fuq il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva ntgħażlu għal bosta raġunijiet, mhux l-inqas minħabba l-kontribut siewi tagħhom fil-qasam tal-anzjani u l-enerġija u d-determinazzjoni li għandhom biex wara proċess ta’ konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa mal-pubbliku, titfassal Strateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.

Direttiva dwar ħinijiet tax-xogħol

Question

In vista li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet bħala Ministru kienet li toħroġ direttiva lis-Servizz u lis-Settur Pubbliku, liema direttiva għandha tiżgura aktar trasparenza meta persuna impjegata f’dawn is-setturi tapplika għal telework, ir-reduced hours u l-flexitime, tista' l-Ministru tagħti iktar dettalji fuq it-tfassil ta' din id-direttiva, il-konsultazzjoni li saret, il-mod kif se jiġi aċċertat li din id-direttiva titħaddem u x'se jkunu l-konsegwenzi jekk jiġi mifhum li din id-direttiva mhux qed ikollha r-riżultati meħtieġa?

Response (DALLI, HELENA)

B'referenza għall Mistoqsija Parlamentari mill-Onor Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta'ċirkolari li nħarget lil-Permanent Secretaries u li hi relatata mal-Mistoqsija.
Leg 12 PQ #1458 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana – Lejliet Lapsi – Rappreżentazzjoni Ġensna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li fin-Notte Gozitana - Lejliet Lapsi titella' r-rappreżentazzjoni Ġensna? Saret sejħa pubblika biex ġiet magħżula din ir-rappreżentazzjoni? Jekk le min ħa d-deċiżjoni? Kemm se tiġi tiswa din ir-rappreżentazzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li id-decizjoni sabiex tittella 'rock opera Gensna' bhala parti min-Notte Gozitana 2013, kienet waħda unanima mill-Kumitat Organizattiv ta' din l-attività. F'każ ta' rappreżentazzjonijiet kulturali qatt ma ssir sejħa pubblika peress li dawn jirrigwardaw kontenut artistiku u mhux kummerċjali. Din il-produzzjoni li kienet tinkludi cast ta' iktar minn disgħin ruħ flimkien ma' ipproġettar ta' Vizwali maħduma apposta għall-palk ġiet tiswa 23,600 Euro.

Bordijiet u Kumitati tal-Gvern — Membri nisa

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux policy li tistipula l-persentaġġ minimu ta' nisa li għandu jkun hemm f'kull bord u kumitat appuntat mill-Gvern?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa impenjat li skont il-programm elettorali " naċċertaw li aktar membri fuq bordijiet, kummissjonijiet u nominazzjonijiet oħra mill-Gvern ikunu nisa"

Stipendju għal Żgħażagħ li jmorru jaħdmu barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-miżura li kienet tħabbret fil-Baġit mill-Gvern preċedenti fejn kellu jibda jingħata stipendju għal dawk iż-żgħażagħ sa 25 sena (jew fi żmien tliet snin minn meta jiggradwaw minn edukazzjoni terzjarja) li jmorru jaħdmu barra mill-pajjiż sa massimu ta’ sena b’mod volontarju, bdietx titħaddem? Kif jista' wieħed japplika? Kemm kienu dawk li applikaw s’issa u kemm tħallsu stipendji taħt din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se ssir sejħa pubblika biex dawk interessati japplikaw biex igawdu minn din il-miżura.
Leg 12 PQ #1449 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ITS - ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1002 jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ħaddiema li hemm fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, Għawdex, li huma taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex u dawk li mhumiex? Fil-każ tal-ħaddiema li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex jista' jgħid taħt min jaqgħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1002.

Fostering tat-tfal — figuri

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 993 tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex fl-aħħar ta' April 2013 kien hemm 20 tifel u tifla inqas li kienu fostered, jiġifieri 261, milli kien hemm fl-aħħar tas-sena 2012, meta kien hemm 281?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-281 huma n-numru totali ta’ tfal li rcevew servizz ta’ fostering matul is-sena 2012, (u mhux in-numru ta’ tfal li kienu fil-fostering f’Dicembru 2012), filwaqt li l-261 huwa n-numru ta’ tfal li rċevew servizz ta’ fostering sa l-aħħar ta’ April 2013. Ikun hemm każijiet ta’ short-term fostering u anke placement breakdowns li xorta jidhru li ħadu s-servizz tal-fostering.

Fostering tat-tfal — Familji

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-261 tifel u tifla li kienu fostered fl-aħħar ta' April 2013 f'kemm-il familja kienu fostered?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ April 2013 kien hemm 225 familja toffri l-foster care.

Adozzjoni ta’ tfal Maltin

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-snin 2009, 2010, 2011, 2102 u 2013 sal-lum kemm ġew addottati trabi ta' ċittadinanza Maltija minn familji Maltin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ – tfal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 992, tista' l-Ministru tgħid kemm mill-511-il tifel u tifla li kienu qed jgħixu barra mill-familji oriġinali tagħhom u li kienu qed jiġu segwiti mis-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ huma tfal ta' immigranti u kemm minnhom huma tfal jew minuri li waslu Malta mhux akkumpanjati minn xi ħadd tal-familja tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mill-511 hemm 40 każ ta’ tfal ta’ ġenituri immigranti. Barra dawn hemm ukoll numru ta’ każijiet li huma segwiti mill-Aġenzija AWAS ta’ tfal ta immigranti u/jew unaccompanied minors .
Leg 12 PQ #1454 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air Malta – Ex impjegati li ngħataw xogħol ta’ konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu mal-Air Malta u ħadu l-benefiċċju tal-early retirement fl-aħħar tliet snin, mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum ingħataw kuntratt ta' konsulenza jew xi tip ta' kuntratt ieħor ta' servizz mal-Gvern jew xi waħda mill-entitajiet tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant, li mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew minn xi Entità tiegħu, ma ngħataw l-ebda kuntratti ta’ konsulenza jew xi tip ta’ kuntratt ieħor ta’ servizz, lil xi ħaddiem li kien jaħdem ma l-Air Malta.