laqgħat ta’ konsultazzjoni — Kampanja pubbliċitarja
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu kull gazzetta, stazzjon tar-radju, stazzjon tat-TV u portal għall-kampanja pubbliċitarja li saret għal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li nżammu fil-Berġa ta’ Kastilja u fil-Ministeru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet b'kollox il-pubblicità, inkluż avviżi fil-gazzetti, social media, radios, stazzjonijiet tat-TV u media oħra, għas-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni li saret mal-Ministri u Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Kastilja u fil-Ministeru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoi Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema aġenzija ħadet ħsieb il-pubbliċità kollha għas-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni li saret mal-Ministri u Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Kastilja u fil-Ministeru għal Għawdex? Kemm tħallset din l-aġenzija? Din ġiet magħżula wara sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet, jew inkella b'direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti stima ta' kemm huma dawk li se jibbenefikaw mill-miżura li ġiet imħabbra fil-baġit fejn familji jistgħu jieħdu deduction fejn hemm persuni b'diżabilità residenti f'respite homes? Tista’ tikkonferma jekk hemmx xi pjan li dawn il-benefiċċji jiġu estiżi wkoll għal persuni b'diżabilità li jibqgħu jgħixu fid-djar residenzjali tagħhom fejn isiru spejjeż speċifikament minħabba d-diżabilità tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx heads jew assistant heads ta' skejjel li ġew trasferiti biex jaħdmu f'segretarjati jew/u f'sezzjonijiet oħra f'ministeri? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru u minn liema skejjel ġew trasferiti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm Kap ta' Skola wieħed u żewġ Assistenti Kapijiet ta' Skola li ġew trasferiti biex jaħdmu f'segretarjati u /jew f'sezzjonijiet f'ministeri.
Kap ta' Skola - Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Sekondarja tal-Bniet - Blata l-Bajda
Assistent Kap ta' Skola - Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja - Valletta
Assistent Kap ta' Skola - Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja tas-Subien - Gżira.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mis-servizz pubbliku jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministeru u kemm hemm ħaddiema minn barra s-servizz pubbliku jaħdmu fl-istess segretarjat? Jista' jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru għal Għawdex u kemm qed jitħallas kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-adoption leave fis-settur pubbliku u kemm huwa l-istess adoption leave fis-settur privat? Meta ġie estiż l-aħħar dan il-perijodu ta' adoption leave? Jista' jgħid kemm kienu dawk il-ġenituri li bbenefikaw minn adoption leave fis-settur pubbliku matul is-snin 2010, 2011 u 2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-impjegati pubbliċi huma intitolati għal tmintax (18)-il ġimgħa mhux interrotti ta’ leave għall-adozzjoni. Bħal fil-każ tal-maternity leave, l-ewwel erbatax-il ġimgħa jitħallsu bil-paga sħiħa filwaqt li l-aħħar erba’ ġimgħat jitħallsu b’rata ekwivalenti għal tal-benefiċċju tal-maternità. Dan il-leave għall-adozzjoni ġie l-aħħar estiż permezz taċ-Ċirkolari tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika Nru 2/2012, maħruġa fl-10 ta’ Jannar 2012.
F’każijiet ta’ adozzjonijiet internazzjonali, il-ġenituri li jkunu ser jadottaw jistgħu jutilizzaw sa tliet (3) xhur leave għall-adozzjoni bla ħlas. Barra minn hekk, ġimgħa mit-tmintax (18)-il ġimgħa intitolament tal-leave għall-adozzjoni bi ħlas jistgħu jingħataw biex il-ġenituri adottivi jkunu jistgħu jsiefru biex jattendu l-aħħar seduta tal-Qorti biex jingħata d-digriet tal-adozzjoni, jiġifieri qabel ma l-adozzjoni tkun approvata uffiċjalment mill-awtoritajiet kompetenti.
Rigward is-settur privat, ninsab infurmat li l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali ma jagħmel ebda referenza u għalhekk ma jirregolax Adoption Leave.
Rigward benefiċjarji, kien hemm ħames (5) uffiċjali pubbliċi u erbgħa (4) impjegati fis-settur pubbliku li bbenefikaw mill-adoption leave matul is-sena 2010, disgħa (9) uffiċjali pubbliċi u ħames (5) impjegati fis-settur pubbliku matul l-2011 u sitt (6) uffiċjali pubbliċi u sitt (6) impjegati fis-settur pubbliku matul l-2012.
Infringement notice mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-infringement notice li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali? Fiex wasal il-proċess ta' din l-infringement notice?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm ebda zviluppi godda minn meta il-Kummissjoni Ewropea harget komunikat pubbliku dwar dan il-kaz fil-21 ta’ Marzu 2013. Ghal daqstant ghad mhux maghruf ezatt u fid-dettall fuq liema punti il-Kummissjoni Ewropea qed tibbaza l-argumenti taghha.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-po¿izzjoni tal-Gvern rigward l-infringement notice maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba moghtija minni ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 1958, cioe li l-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1051, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy dwar l-persentaġġ minimu ta' nisa li għandu jkun hemm f' kull bord appuntat mill-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1241. L-informazzjoni tkun tista’ tigi kkompilata ġaladarba l-proċess ikun ġie konkluż.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-każ li l-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi kontra Malta dwar il-pensjoni tas-servizzi issa li għaddew aktar minn xahrejn minn meta l-Gvern qal li qed jevalwa s-sitwazzjoni?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk minn Marzu sal-lum kellhiex laqgħat ma' rappreżentanti ta' pensjonanti dwar il-każ li fetħet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar il-pensjoni tas-servizzi? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tagħha dwar dan il-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ma saret ebda laqgha ma’ xi ghaqda tal-pensjonanti appositament dwar din il-materja ghalkemm gieli ssemmiet f’xi laqghat. Il-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.
Nadur (Għawdex) Triq Rabat – periklu minn ħajt ta’ lqugħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu passi biex jiġi żgurat li m’hemmx periklu mill-ħajt ta' lqugħ li hemm fi Triq Rabat fin-Nadur, eżattament fil-post imsejjaħ Ħdejn il-Għajn, peress li jidher li hemm konsenturi li matul l-aħħar xitwa żdiedu mhux ftit?
Response (REFALO, ANTON)
Minsab infurmat li l- hajt ta' lqugħ fil-post imsejjah il-Ghajn li hemm fi Triq ir-Rabat fin-Nadur qiegħed jiġi mmonitorat biex jiġi stabilit jekk hemmx ċaqlieq fil-ħajt u b'hekk jiġi deċiż x' intervent hemm bżonn fuq dan is-sit.
Nadur (Għawdex) – Triq l-Imġarr – Playing Field — periklu minn ħajt ta’ lqugħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu passi biex jiġi żgurat li m’hemmx periklu mill-ħajt ta' lqugħ li hemm fi Triq l-Imġarr fin-Nadur, eżattament il-ħajt tal-playing field, peress li jidher li hemm konsenturi li fl-aħħar xhur jidher li żdiedu sew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sit imsemmi ġie mgħoddi lill-Kunsill Lokali tal-lokalità tan-Nadur permess ta' fthim li sar fid-19 ta' Diċembru 2000.
Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir xi xogħol fuq il-ħajt li jagħti għal fuq il-Wied ta' San Blas fi Triq it-Torri Sopu, Nadur, peress li jidher li taħt dan il-ħajt hemm blat li qed iċedi bil-periklu li ċċedi parti mit-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li tajt struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Peress li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li hemm 3,800 persuna jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-ammont ta' applikanti lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien qatt ma semmejt il-figura ta' 3800 imma ta 2848. Din hija l-figura tan-numru ta' applikazzjonijiet ta persuni jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali li sibt kif dħalt f’dan il-Ministeru.
L-Awtorita’ tad-Djar sal-lum għandha 3,003 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-informazzjoni dwar l-ammont ta’ applikanti lokalità b’lokalità f’Malta u Għawdex hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Meja tal-Kamra
Għawdex — Djar residenzjali għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot biex tinfetaħ l-ewwel dar residenzjali f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità tnaqqas minn €500,000 għal €300,000, u dan meta l-Gvern għandu wegħda espressa li matul din il-leġiżlatura jiftaħ djar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità kollha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol — rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rapport konkluż mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna u bis-sehem ta' diversi esperti, dwar sistema ġdida kif jiġu trattati persuni li jinqabdu jużaw id-droga l-ewwel darba hux se jiġi adottat, u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tħalliet f’forma ta’ draft għal snin sħaħ, dwar il-politika nazzjonali dwar l-alkohol kif wkoll l-proposta dwar il-proċedura li għandha tithaddem meta persuna tkun abbuzat mid-droga għall-ewwel darba, qedgħin għal konsiderazzjoni tal-Ministeru u se jittieħdu deċizjonijiet fil-futur qarib.
Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol — politika nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar l-użu tal-alkoħol li ġiet ippreparata mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa u bis-sehem ta' esperti, jista' l-Ministru jgħid jekk hix se tiġi adottata minn dan il-Gvern u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari numru 1207.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-familji li ħadu ż-żieda fiċ-children's allowance minn €350 għal €450 għal kull wild? Kemm kien n-numru ta' tfal li bbenefikaw minn din iż-żieda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji li bejn Jannar u Ġunju 2013 irċevew iz-zieda fic-children’s allowance minn €350 għal €450 hu ta’ 22,345 u n-numru ta’ tfal jammonta għal 33,458.