Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5899 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanart għall-billboards provizorji f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ il-permess ta’ kull billboard u taħt liema liġi jew avviż legali inħarġu dawn il-permessi provizorji ghal dawn il-billboards?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2429 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz Pubbliku – ingaġġ f’ministeri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mis-servizz pubbliku jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministeru u kemm hemm ħaddiema minn barra s-servizz pubbliku jaħdmu fl-istess segretarjat? Jista' jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru għal Għawdex u kemm qed jitħallas kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat tieghi hemm sitt impjegati mis-servizz pubbliku u hdax-il impjegat li huma minn barra s-servizz pubbliku. Barra minn dan, is-Segretarjat Privat ghandu konsulent li hu ntitolat ghal dawn il-beneficcji: - Salarju fuq skala 3 li jithallas pro-rata skond in-numru ta' sighat - Car allowance ta' €4,569 fis-sena - Mobile u ADSL Connection sa massimu ta' €815 fis-sena - Expense allowance ta' €2,000 fis-sena - Expertise allowance ta' €3,183 fis-sena.

Għajnsielem – Skola tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem matul is-sena skolastika 2012/2103 u kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2013/1014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta' studenti li bdew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem fis-snin skolastiċi msemmija mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Sena Skolastika 2012/2013 - 1,149 sena Skolastika 2013/2014 - 1,065

In-Nadur – Skola tad-Drama – kors ikkanċellat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-korsijiet tal-ballet li dejjem saru fl-iskola tad-drama tan-Nadur din is-sena mhux qed isiru u hemm studenti li applikaw u ġew infurmati li l-korsijiet mhux se jsiru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-lezzjonijiet fl-iskola tad-Drama u ż-Żfin fin-Nadur Għawdex, li jikkonċernaw id-dixxiplina tal-ballet bdew nhar l-Erbgħa - 9 ta’ Ottubru 2013 bi ħdax-il klassi kif indikat hawn taħt: Ballet recreational (3 klassijiet) Ballet Grade 1 (klassi waħda) Ballet Grade 5 (klassi wahda) Ballet Grade 6 (2 klassijiet) Ballet Grade 7 (2 klassijiet) Ballet advanced (klassi waħda) Ballet intermediate (klassi waħda) Il-klassijiet li għadhom ma bdewx huma: Ballet Pre Primary i (klassi waħda) Ballet Pre Primary ii (klassi waħda) Ballet Primary i (klassi waħda) Ballet Primary ii (klassi waħda) Ballet Grade 2 (klassi waħda) Ballet Grade 3 (klassi waħda) Ballet Grade 4 (klassi waħda) Ir-raġunijiet 'l għaliex dawn il-klassijiet fil-Ballet għadhom ma bdewx huma: 1) L-edukaturi (kollha part-time) li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għall-lezzjonijiet mitluba; 2) L-edukatriċi li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhux kwalifikata li tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts; 3) L-edukatriċi li hi kwalifikata u li kienet disponibbli biex tieħu il-klassijiet li għadhom ma bdewx ma setgħetx tibda tgħallem. Jirriżulta però li nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru, din setgħet tapplika (u hekk għamlet) fejn applikat għas-sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013. L-istudenti li għadhom ma bdewx il-lezzjonjiet kollha ġew avżati li minħabba li preżentement ma hemmx min jgħallem, dawn ikunu infurmati aktar ‘l quddiem hekk kif jinstab l-għalliem/a kwalifikat/a biex toffri t-tagħlim.
Leg 12 PQ #5410 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Skola tal-Arti — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel hu bħala Ministru għal Għawdex biex jara li fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem ma jonqsux korsijiet li kienu jsiru sa sena ilu? Huwa veru li din l-iskola issa ma għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex minkejja li ġiet imwaqqfa mill-istess Ministeru u sa tmien xhur ilu kienet operata mill-istess Ministeru? Bħala Ministru responsabbli għall-affarijiet konnessi ma’ Għawdex x'għamel u x' qed jagħmel biex jara li ma jkunx hemm dawn in-nuqqasijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #5411 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Skola tad-Drama – korsijiet ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel hu bħala Ministru għal Għawdex biex jara li fl-iskola tad-Drama fin-Nadur ma jkunx hemm is-sitwazzjoni li hemm illum, fejn studenti li applikaw għal korsijiet, issa ġew infurmati li mhux se jsiru, meta dawn il-korsijiet sa tmien xhur ilu kienu jsiru kull sena? Huwa veru li din l-iskola issa ma għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex minkejja li ġiet imwaqqfa mill-istess Ministeru u sa tmien xhur ilu kienet operata mill-istess Ministeru? Bħala Ministru responsabbli għall-affarijiet konnessi ma’ Ghawdex x'għamel u x'qed jagħmel biex jara li ma jkunx hemm dawn in-nuqqasijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #5462 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2013 – tnaqqis fil-voti

Question

B’referenza għall-mistoqsijet parlamentari 5104 u 5298 għaliex fit-tnejn li huma ma ngħatatx risposta? Għaliex il-Ministru mhux qed jagħti d-dettalji tal-voti kollha li ġew imnaqqsa minn kif approvati fil-budget li ġie approvat minn din il-Kamra għas-sena 2013 u dan in vista tar-rapport sottomess minnu lill-Kummissjoni Ewropea fejn hemm indikat b’mod ċar li l-ispiża kif approvata se titnaqqas b’ €21 miljun? M’għandhiex dritt din il-Kamra li tkun taf xi tnaqqis sar mill-budget li ġie diskuss u approvat minnha? Jista’ jagħti vot b’ vot kemm kien it-tnaqqis u kemm f’punti perċentwali huwa dan it-tnaqqis mill-vot approvat oriġinarjament? Jista’ jgħid għaliex qed jevita li jwieġeb din il-mistoqsija meta din l-informazzjoni tinsab fil-pussess tiegħu għax għaddieha lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalma sar fi snin preċedenti, it-tnaqqis fl-allokazzjonijiet tal- budget huma parti mill-proċess ta’ moniteraġġ u kontroll fuq il-qagħda ġenerali tal- budget għas-sena kurrenti.
Leg 12 PQ #5298 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2013 – tnaqqis fil-voti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5104 u jagħti d-dettalji kollha tal-voti li ġew imnaqqsa minn kif approvati fil-budget li ġie approvat minn din il-Kamra għas-sena 2013 u dan invista tar-rapport sottomess minnu lill-Kummissjoni Ewropea fejn hemm indikat li l-ispiża kif approvata se titnaqqas b' €21 miljun? Jista' jagħti vot b'vot kemm kien it-tnaqqis u kemm f’punti perċentwali huwa dan it-tnaqqis mill-vot oriġinali? Jista’ jgħid għaliex ma weġibx il-mistoqsija meta din l-informazzjoni tinsab fil-pussess tiegħu għax għaddieha lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Proċess ta’ adozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn liema pajjiżi barranin preżentement wieħed jista’ jimxi bi proċess ta’ adozzjoni? X’kuntatti għaddejjin u ma’ liema pajjiżi biex ġenituri prospettivi jkunu jistgħu jadottaw minn pajjiżi oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’rigward ta’ adozzjoni tat-tfal bħalissa d-dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali għandu kuntatti mar-Russja, l-Albanija u l-Filippini. Id-dipartiment qed jaħdem ukoll sabiex jiffinaliżża kuntratt mas-Slovakkja u għamel kuntatti mal-Vjetnam, iċ-Ċina, Ċile u l-Polonja.
Leg 12 PQ #5356 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

messaġġiera — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li fil-bidu ta' din is-sena għamlu l-eżami għall-messaġġiera u għaddew skont ir-riżultat ippubblikat u approvat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li kif sar dejjem, l-ingaġġ f’kull proċess ta’ għażla, isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.
Leg 12 PQ #5357 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Messengers — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li fil-bidu ta' din is-sena għamlu l-eżami għall-senior messengers u għaddew skont ir-riżultat ippubblikat u approvat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li kif sar dejjem, l-ingaġġ f’kull proċess ta’ għażla, isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.
Leg 12 PQ #5104 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2013 – tnaqqis fil-voti

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-voti li ġew imnaqqsa minn kif approvati fil-budget li ġie approvat minn din il-Kamra għas-sena 2013 u dan in vista tar-rapport sottomess minnu lill-Kummissjoni Ewropea fejn hemm indikat li l-ispiża kif approvata se titnaqqas b' €21 miljun? Jista' jagħti vot b'vot kemm kien it-tnaqqis u kemm f’punti perċentwali huwa dan it-tnaqqis mill-vot oriġinali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4718 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ trasferimenti ta’ ħaddiema li saru mit-12 ta’ Marzu 2013 sallum, fid-dipartimenti u/jew uffiċċji/aġenziji u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu l-grad ta’ dawn il-ħaddiema? Minn liema għal-liema dipartimenti/aġenziji jew kumpaniji jew uffiċċji ġew trasferiti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjonim mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4719 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, fil-preżent kemm hemm ħaddiema bit-teleworking?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent hemm 43 ħaddiem, jaħdmu bit-teleworking.
Leg 12 PQ #4720 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – paternity leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kemm kien hemm ħaddiema li ħadu paternity leave, mis-sena 2006 sal-lum, kull sena? F’liema uffiċċji qed jaħdmu dawn il-ħaddiema li ħadu dan il-paternity leave? Kemm kien twil kull perjodu ta’ paternity leave li ttieħed minn kull wieħed minn dawn l-istess ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4721 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ċifri finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, f’kull dipartiment li jaqa’ taħtu, x’kien id-dħul u l-ħruġ taħt kull vot finanzjarju? X’kienet in-nefqa kapitali f’dan l-istess perijodu u għal-liema proġetti sar l-infiq kapitali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4415 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tnaqqis jew hux ippjanat li jkun hemm xi tnaqqis mill-Budget approvat (kemm dak rikorrenti kif ukoll dak kapitali) għall-2013 għal kull dipartiment, fondazzjoni u/jew entità oħra fid-dekasteru tiegħu? Għal kull każ ta' fejn kien jew hu ppjanat li jkun hemm dan it-tnaqqis, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' minn fejn sar jew se jsir dan it-tnaqqis, u ta' kemm se jkun?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis fl-ispiża rikorrenti hu ta: Tnaqqis mill-Budget 2013 6203 Foundation for Medical Services € 50,000 6282 Occupational Health & Safety Authority € 100,000 6803 Office of the Commissioner for Mental Health € 10,000 Rigward l-ippjanar ta’ tnaqqis ieħor mill- budget tal-2013, dan jaqa taħt il-kompetenza tal-Ministru tal-Finanzi.

Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet — rapporti fuq ir-rakkomandazzjonijiet

Question

Peress li l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet kien lesta r-rapport finali tiegħu wara konsultazzjoni twila mal-istakeholders kollha, u peress li dan ir-rapport kien fih numru ta' rakkomandazzjonijiet, u peress li fuq numru ta' rakkomandazzjonijiet fejn kien hemm qbil bejn kulħadd bdew jiġu attwati u fuq oħrajn kompliet għaddejja l-konsultazzjoni, tista' l-Ministru tgħid kif dan il-Gvern beħsiebu jimxi fuq din il-materja tal-pensjonijiet u jekk hix beħsiebha timxi fuq dan ir-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – servizz fil-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali sal-aħħar ta' Frar 2012 kien qed jingħata s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lir-residenti ta' dawk il-lokalitajiet? Tista' tagħti l-ġranet u ħinijiet fil-każ ta' kull kunsill fejn kien qed jingħata dan is-servizz? Tista' tikkonferma li dan is-servizz se jibqa' jingħata? Hemm il-ħsieb li dan jiġi estiż f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, meta u f’liema lokalitajiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku servizz li kien jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa l-aħħar ta’ Frar 2012 minn Kunsilli Lokali kien minn dak tal-Gudja. Is-servizz minn dan il-Kunsill kien u għadu jingħata kull nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00a.m. u 12.00p.m., u ma hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf. Dan is-servizz bażiku ta’ customer care qed jingħata ukoll minn seba’ kunsilli lokali oħra, ħamsa f’Malta (Ħ’Attard, il-Għargħur, il-Mellieħa, Pembroke u San Pawl il-Baħar,) u tnejn f’Għawdex (Għarb u Xgħajra). Inżid ukoll li d-Dipartiment laqa’ żewġ talbiet mill-kunsilli lokali ta’ Ħal Safi u s-Sannat Għawdex u s-servizz minn dawn iż-żewġ lokalitajiet mistenni jibda jingħata mill-ġimgħat li ġejjin.

Ġarr ta’ nar minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema bajjiet se jibda jiddaħħal in-nar li jkun qed jittieħed minn Malta għal Għawdex għal kull festa li tinżamm f’Għawdex? Kien hemm konsultazzjoni mal-kunsilli lokali rispettivi ta’ fejn se jiddaħħal dan in-nar qabel ittieħdet id-deċiżjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ġunju ta’ din is-sena, fuq talbiet minn terzi, il-Pulizija kienet rikunsidrat il-proċedura eżistenti li il-logħob tan-nar lejn Għawdex jinħatt kollu Ħondoq ir-Rummien. Wara li gew ikkunsidarati diversi fatturi, ġie deċiż illi l-ħatt tal-logħob tan-nar f’Għawdex kellu jibda jsir skond il-lokalità lejn fejn ikun iddestinat, u dan kif ġej: Qala - Għajnsielem Ħondoq ir-Rummien Munxar – Sannat – Rabat – Għarb - Kercem – Xlendi - Xewkija Mġarr ix-Xini Xagħra – Marsalforn – Żebbug - & San Lawrenz Qbajjar Nadur Daħlet Qorrot. Minkejja dawn l-arranġamenti, l-pulizija lesta li tikkonsidra kull suġġeriment li jista’ jsirilha sabiex il-ġarr tal-logħob tan-nar f’Għawdex isir bis-sigurtà kollha rikjesta, kemm għall-persuni involuti fl-istess ġarr, kif ukoll bl-inqas periklu u inkonvenjent għall-pubbliku.