Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6943 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew intalbu kwotazzjonijiet meta x-xogħlijiet, servizzi eċċ. involuti ma kienux daqshekk urġenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6944 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur wara li sentejn ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta’ din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6719 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — riċeviment f’Jum ir-Repubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riċeviment li kellu jsir f’Jum ir-Repubblika f’Għawdex u li għalih kien mistieden il-President tar-Repubblika kienx organizzat mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, liema dipartiment kien responsabbli għalih?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li r-riceviment li sar f'Jum ir-Repubblika f'Ghawdex kien organizzat mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #6720 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tempji tal-Ġgantija - scaffolding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex ikun jista’ jitneħħa l-iscaffolding li qed iżomm partijiet mit-tempji li kienu se jċedu fit-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex? Jekk iva, min qed jagħmlu? Jekk le, hemm il-ħsieb li ssir xi ħaġa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6721 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – ħitan mwaqqgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mibnija partijiet minn diversi ħitan li hemm fi Triq Għajn Qasab, fin-Nadur (triq li twassal għall-bajja tar-Ramla) u liema ħitan kienu waqgħu meta għamlet xita qawwija fix-xitwa tas-sena l-oħra u liema ħitan issa ilhom kważi sena imwaqqgħin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li dawn l-ħitan se jinbnew appena jkun possibli.
Leg 12 PQ #6785 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6689, jista’ l-Ministru jgħid kif rapport li jistudja u jagħti proposti dwar x’għandu jsir biex il-maltemp ma jibqax jagħmel ħsara f’Marsalforn, jista’ jkun kummerċjalment sensittiv? Jista’ jneħħi l-partijiet li skont hu huma kummerċjalment sensittivi u jippubblika l-kumplament tar-rapport f’ġieħ it-trasparenza li kienet waħda mill-għajtiet li rebaħ bihom l-elezzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6689

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6690, jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-toroq li fihom ġew approvati biex jipoġġew billboards mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum u dan peress li filwaqt li fir-risposta tiegħu ta l-lokalitajiet, naqas li jagħti l-ismijiet tat-toroq kif mitlub?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru adozzjonijiet kull sena mis-sena 2005 sal-lum u mil-liema pajjiżi saru dawn l-addozzjonijiet f’kull sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jaghtu rendikont tan-numri ta’ tfal li gew adottati fil-pajjizi rispettivi tagħhom. L-informazzjoni ta’ meta dawn l-adozzjonijiet gew registrati fil-qorti Maltija tinsab il-Qorti.
Leg 12 PQ #6714 Sitting 103 2013-12-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — esproprjazzjoni ta' artijiet privati fiċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-esproprjazzjoni riċenti li saret ta' diversi medded tal-artijiet privati fiċ-Ċittadella, r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid x'inhi l-area tal-artijiet espropjati u jipprovdi mappep tal-istess artijiet? Is-sidien tal-artijiet in kwistjoni ġew ikkonsultati qabel saret l-espropjazzjoni? Jekk le għaliex ma ġewx konsultati? Jista' jgħid bl-liema kundizzjonijiet saret din l-esporjazzjoni u jekk hux se terġa tingħata lura lis-sidien wara perijodu ta' żmien? Se jkun hemm kumpens lis-sidien għal din l-esporpjazzjoni u jekk iva kemm se jkun? Dan il-kumpens ġie miftiehem mas-sidien?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li medded ta’ artijiet privati ġewwa ċ-Ċittadella li llum huma rovini ġew akkwistati mill-Gvern taħt titolu ta’ possession and use bħala parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ‘implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Master Plan taċ-Ċittadella ERDF 246’. Minħabba l-importanza arkeoloġika u ekoloġika ta’ dawn is-siti, l-interventi fuqhom ser ikunu limitati għat-tindif superfiċjali tal-wiċċ u konsolidazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ u ta’ partijiet ta’ ħitan oriġinali li għadhom jeżistu. Avviż dwar dan l-akkwist tal-art ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Novembru 2013. L-artijiet akkwistati permezz ta’ dan l-avviż jidhru fuq il-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-art se tingħata lura lill-propjetarji ma’ tmiem il-proġett f’Ġunju 2015. Il-kumpens dovut għal kull biċċa art tidher fil-lista annessa.

Elezzjonijiet – għajnuna lil kandidati b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hix se tibqa’ tingħata għajnuna lill-kandidati b’diżabilità li jikkontestaw elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li tirċievi pensjoni tad-diŻabilita’, li tikkontesta elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew, tibqa tirċievi l-pensjoni.
Leg 12 PQ #6689 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

In vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 6607, jista’ l-Ministru jispjega x’hemm kummerċjalment sensittiv fir-rapport li sar dwar il-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn fil-maltemp? Ma jaħsibx il-Ministru li dan ir-rapport huwa fl-interess pubbliku u li r-residenti ta’ Marsalforn u kull min juża l-istess bajja għandu kull dritt li jkun jaf x’kienu l-konklużjonijiet tar-rapport u x’qed jiġi suġġerit li għandu jsir biex jilqa’ għall-ħsarat mill-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Dan il-gvern qed juża l-prassi mħaddma minn gvern preċedenti u għalhekk nifhem li ġaladarba l-Onor. Interpellant kien ministru f'dik l-amministrazzjoni, jaf x'jiġifieri meta ngħidu li l-informazzjoni hija sensittiva kummerċjalment biex tkun ippubblikata. Inserraħ ras l-Onor. Said li dak kollu li hu fl-interess pubbliku se jsir.

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

In vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 6573, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet ikkonsultata Transport Malta biex jitqiegħdu billboards fit-toroq jew maġenb it-toroq ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum? Jista’ jagħti lista tal-postijiet u toroq fejn kienu se jitpoġġew dawn il-billboards li dwarhom saret konsultazzjoni ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill- 1 ta’ Jannar 2012 sal-lum, Transport Malta irċeviet total ta’ 123 talba għat-tqegħid ta’ billboards fit-toroq jew mal-ġnub. Minn dawn it-talbiet 47 kienu approvati filwaqt li kien hemm 76 talba li ġew irrifjutati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ dawn it-talbiet lokalita’ b’lokalita’.

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6309, jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta tkun involuta fit-tpoġġija ta’ kwalunkwe billboards fit-toroq jew maġenb it-toroq ta’ Malta u Għawdex, kemm dawk li jitpoġġew b’mod proviżorju kif ukoll dawk li jitpoġġew b’ mod permanenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tiġi kkonsultata sabiex tevalwa s-sit, li jkun identifikat għat-tqegħid ta’ billboard, mil-lat ta’ sigurta’ fit-triq skont Kapitlu 499 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #6574 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà b'ċens perpetwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6364 u jgħid kemm il-proprjetà pubblika għandu l-Partit Laburista mikrija lilu jew mogħtija b'xi titolu ieħor bħal ċens perpetwu jew ċens temporanju? Jista' jagħti lista ta' dawn il-propjetajiet, fejn jinsabu u kemm jħallas il-Partit Laburista fis-sena għal kull proprjetà?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #6575 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6308 u jgħid kemm hemm permessi maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet għall-billboards proviżorji fuq art pubblika madwar Malta u Għawdex? Jista’ jagħti l-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ u l-permessi ta’ kull billboard?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 8 permessi ta’ Billboards li kienu maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet fi snin li għaddew u li għadhom attivi sallum. Dawn il-permessi huma għal perjodu ta’ sena u jerġgħu jiġġeddu għal perjodu ta’ sena oħra. Il-billboards koperti b’dawn il-permessi jinsabu fil-lokalitajiet ta’ Sta Venera, Naxxar, Swieqi, Pembroke, Marsa, u Ħal Qormi.
Leg 12 PQ #6576 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

In vista tar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 6375 fejn indika li general practioner, staff nurse, enrolled nurse u tliet health assistants qed jagħmlu xogħol f’oqsma differenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn l-oqsma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6607 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Malsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6380, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-istudji li saru fl-2011 u 2012 mill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament dwar il-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn mill-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li l-istudji msemmija huma ta' natura kummerċjali sensittiva mhuwiex xieraq li kopja tagħhom titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6609 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar Financial Feasibility Stydy icw the proposed EU Funded project – Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6589.
Leg 12 PQ #6380 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

studji dwar proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi tip ta' studji dwar xi proġetti kapitali li jrid iwettaq matul din il-leġi¿latura? Jekk fl-affermattiv għal-liema proġetti saru dawn l-istudji, lil min ġew ikkummissjonati u kemm sewa kull studju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li qegħdin jitkomplew studji konnessi mal-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalform mill-maltemp. Dawn l-istudji kienu kkummissjonati lill-ADI Associates u SVASEK Hyraulics fis-snin 2011 u 2012 rispettivament u s’issa swew b’kollox € 72,935.80.
Leg 12 PQ #6381 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm saru xogħlijiet ta' tisbiħ f'uffiċċji u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm sewa kull xogħol u min kienu l-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.