Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6944 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur wara li sentejn ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta’ din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li għal issa ma hux ippjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur din is-sena.
Leg 12 PQ #7141 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex – skemi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex ibbenefikaw minn fondi taħt skemi li ġew imnedija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali mill-1 ta’ April 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2013? Jista’ jgħid mil-liema skema kull kunsill ibbenefika u kemm ħa fondi taħt kull skema?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7142 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tax-Xagħra (Għawdex) – kuntratti ta’ servizz

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6799, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u ċioè min ħa l-kuntratti tas-servizz li ta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra u kemm huwa l-ħlas għal kull persuna li ħadet dawn il-kuntratti ta’ servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex – liċenzja ta’ casino

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħatat il-liċenzja tal-casino f’Għawdex? Kemm applikaw għal din il-liċenzja? Meta se jinfetaħ dan il-casino u kemm hu mistenni li jħaddem nies?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ġie nfurmat mill-Privatisation Unit li għal din il-koncessjoni kien hemm proponent wiehed. Dan il-proponent ma setax jikkwalifika għal din il-koncessjoni, billi m’ottemporax ruħu mar-‘Request for Proposals’. Il-Gvern, tramite l-Awtorita’ ghal-Lotteriji u Loghob (LGA), qed jistudja incentivi godda biex din l-industrija taqbad f’Ghawdex in linea mal-politika tal-Gvern sabiex Ghawdex tingħata spinta ekonomika.
Leg 12 PQ #7247 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Tempji tal-Ġgantija — rapport

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7086, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-Ggantija mill-Prof Alex Torpiano?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport.
Leg 12 PQ #7248 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet — membri nisa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull bord li nħatar mill-Gvern mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta’ membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni ghadha qed tingabar u tinghata f'seduta ohra.
Leg 12 PQ #7249 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - studji dwar protezzjoni tal-bajja

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 6785 u 6689, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jippubblika r-rapport jew partijiet minnu dwar l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Gvern preċedenti dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn? Ma jaħsibx il-Ministru li b’dan in-nuqqas tiegħu qed imur totalment kontra l-wegħda espressa u ċara tal-Gvern li jifforma parti minnu hu li jkun Gvern trasparenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandix xi nżid mar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari 6785 u 6689.
Leg 12 PQ #7121 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B ‘referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jiosta’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-masterplan taċ-Cittadella – li jikkonsisti f’numru ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni tal-parti interna taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huwa stmat li jiswa € 14,584,500. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa mistenni li jinbeda fil-ġranet li ġejjin. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta sa’ Ġunju 2015. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti moghtija għall-mistoqsijiet 7117, 7118 u 7119.
Leg 12 PQ #7122 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett tal-masterplan taċ-Cittadella li kien finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji tal-Area Ekonomika Ewropea (EEA Financial Mechanisms)? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett? Jista’ jpoġġi sommarju ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Masterplan taċ-Cittadella b’kollox sewa €315,656 . Ix-xogħol fuq il-preparazzjoni tal-Masterplan sar mill-Kumpanija Politecnica Ingegneria ed Architettura ta’ Modena. Ix-xogħol fuq dan il-proġett tlesta f’April 2010. L-offerti li ntefgħu għal dan ix-xogħol inkluża l-VAT kienu kif imniżżla hawn taħt; 1 Prince Research Consultants Ltd €352,500 2 Politechnica Ingegneria ed Architettura €316,800 3 ADI Associates €322,140 4 Cittadella Urban Renewal Consortium €342,200 5 Valerio Schembri Protect Workshop Ltd €265,500 6 Mangion, Mangion & Partners €349,870 7 ABC Appalti Bonifiche €335,400 8 Heritage Enterprise Consultancy LTD €244,197.22 9 EMDP €318,600 Il-Masterplan qieghed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xagħra (Għawdex) – skola primarja — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, Għawdex? Jikkonferma l-Ministru li x-xogħol waqaf għal perijodu twil u li hemm inkonvenjent għat-tfal li jattendu din l-iskola primarja fosthom tfal li qed imorru l-iskola fi klassijiet provi¿orji u mhux addattati? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, Għawdex s’issa saru dawn ix-xogħlijiet: 1. Twaħħil ta' twieqi ġodda fil-klassijiet kollha tal-iskola. 2. Ġie applikat membrane fuq is-saqaf kollu tal-iskola. 3. Sar xogħol ta' tikħil u żebgħa fuq il-ħitan ta' barra kif ukoll ta' ġewwa, inkluż fil-klassijiet. 4. Twaħħil ta’ tapit tar-rubber fil-bitħa ta’ barra. Fil-preżent qed tiġi nstallata sistema tal-elettriku ġdida u nfurmat li kwazi l-klassijiet kollha tlestew minn din il-fażi. Ix-xogħlijiet fil-klassijiet waqfu għal erba' t'ijiem biex sar ix-xogħol ta’ installazzjoni tal-elettriku u tikħil u tibjid fis-sezzjoni tal-amministrazzjoni. Biex ma' jkunx hemm inkonvenjent għat-tfal, il-klassijiet tal- kindergarten ġew rilokati fi klassijiet temporanji. Dawn il-klassijiet huma attrezzati bin-neċessitajiet kollha meħtieġa, saħansitra interactive whiteboards . Ta' min isemmi li dawn il-klassijiet temporanji kollha għandhom dawl u ventilazzjoni naturali u jinstabu qrib it- toilets . Dan kollu sar biex ma ssirx inkonvenjenza lit-tfal tal-iskola u l-istaff. Ta’ min isemmi li l-Kap tal-Iskola dejjem żamm lill-ġenituri infurmati fuq x’kien qed jiġri fl-iskola. Ix-xogħol fl-Iskola Primarja tax-Xagħra hu mistenni jkun lest fil-vakanzi tas-sajf li ġej, fejn huwa ppjanat li jitwaħħal madum ġdid fl-iskola.
Leg 12 PQ #7134 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz fadal ir-rikostruzzjoni tal-parti ta’ triq quddiem ta’ Dbieġi u li nħargu l-offerti u sar ix-xogħol sal-junction ta’ Triq ir-Rokon. Jien infurmat ukoll li mhux ser ikun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u li x-xogħol fuq dan il-kuntratt mistenni li jiġi jiswa €669,999.00 .
Leg 12 PQ #7135 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Victoria (Għawdex) – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li se jsir fi Triq Għajn Qatet, Victoria, Għawdex, hux se jkun fuq it-tul tat-triq kollha u hux se jsir l-asfaltar tat-triq kollha? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Ser jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej, u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu fuq dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ asfaltar fi Triq Għajn Qatet Victoria se jsir fuq parti mit-triq u li nħarġu l-offerti għal dan l-asfaltar. Jien infurmat ukoll li qegħdin jiġu evalwati l-offerti u għalhekk il-valur mistenni tax-xogħol jiddependi mill-eżitu tal-evalwazzjoni. Mhux se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej għal dan ix-xogħol.
Leg 12 PQ #7140 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat – Triq is-Sannat – xogħol ta’ re-surfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Sannat, fis-Sannat hiex se tiġi re-surfaced matul is-sena 2014 u jekk iva, meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

l-Onorevoli Interpellant għandu ikun jaf li t-triq li qed jirreferi għalija ser terġa tinbena mill-ġdid.

Għawdex – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’ Għawdex (ex-Arriva)? X’ tip ta’ vetturi huma dawn u kemm hi s-seating capacity ta’ kull vettura? Meta hi d-data tal-manifattura ta’ kull vettura li taħdem f’Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi li jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’Għawdex huwa ta’ 12, fejn 10 vetturi jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku u 2 vetturi oħra jinżammu bħala vetturi addizzjonali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jindika is-seating capacity, it-tip ta’ vettura kif ukoll id-data tal-manifattura tat-12-il vettura li hemm allokati ġewwa Għawdex.

Għawdex – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati (ex-Arriva) mal-kumpanija li issa qed tħaddem it-trasport pubbliku f’ Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arriva Group, l-ishma tal-kumpanija li kienet topera t-trasport pubbliku f’Malta, jiġifieri l-Arriva Malta Ltd, għaddew f’ idejn il-Gvern u l-isem tal-kumpanija inbidel f’Malta Public Transport Services (Operations Ltd). B’ hekk il-ħaddiema li kienu impjegati ma’ din il-kumpanija għadhom impjegati mal-istess kumpanija b’ isem differenti. B’ kollox f’Għawdex hemm 44 ħaddiem maqsumin fil-kategoriji hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Full Time Part Time Total Xufiera 33 33 Kummerċjali 1 1 Operations 9 9 Engineering 1 1 43 1 44
Leg 12 PQ #7117 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6949, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Cittadella u fl-liema stadju jinsabu dawn is-sejħiet?

Response (REFALO, ANTON)

Is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huma kif imniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7118 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3086/2013 – xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħu ħames offerti għal din is-sejħa. Il-valur ta’ kull offerta huwa kif jidher hawn taħt; Road Construction Co. Ltd €648,430.60 Agius Stone Works (Restoration JV) €455,182.28 Joe Grima €434,702.70 MC Restauri di Corrada Miloro €546,316.80 Gaulos Conservation €397,790.66
Leg 12 PQ #7119 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – servizz ta’ moniteraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3079/2013 – provista ta’ servizzi ta’ moniteraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħet offerta waħda għat-tender numru CT3079/2013 – provvista ta’ servizzi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li l-valur tagħha kien ta’ €46,754.55.
Leg 12 PQ #7120 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 39 – restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Cittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevolli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #7109 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – sejħiet għall-postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6946 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.