Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet - membri nisa

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’membri huwa ta’ 182 li fosthom 84 huma nisa.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

stabilimenti kummerċjali — feed-in tariff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ l-avviż legali dwar il-feed-in tariff tal-istabilimenti kummerċjali stante li dak li kien in vigore skada f’Settembru li għadda u minn dakinhar sal-lum għalkemm għaddew 5 xhur dan baqa' ma ġiex ppubblikat? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex diversi kumpaniji li jissupplixxu u jistallaw pannelli foto-voltajiċi jinsabu f’diffikultà u jistgħu jispiċċaw jitterminaw l-impjieg ta’ diversi persuni li jaħdmu f’dan il-qasam?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-avviż legali dwar il-feed-in tariff li japplika għal stabilimenti kummerċjali li ma bbenifikawx minn grant għandu jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #7957 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2014 – kampanja pubbliċitarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7260 u jgħid kemm swiet b’kollox il-kampanja pubbliċitarja dwar il-Budget 2014? Jista’ jagħti spjegazzjoni ta’ kif intefaq dan l-ammont? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender u min ingħata x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2014 kienet ta’ €210,661. Din tkopri spejjez marbuta ma’ printing, posta, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u online, konferenzi tal-ahbarijiet u logistika kollha relatata flimkien ma’ billboards. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din l-ispiza kienet €175,000 jew 45% inqas minn kemm kienet l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013 li incidentalment ma kienx approvat mill-Parlament. L-ispiza sħiħa fuq il-kampanja ghall-Budget 2013 kienet ta’ €385,322. Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant li l-approvazzjoni ghall-hlas ta’ din l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013 ingħatat mill-Ministru tal-Finanzi lejliet id-data tal-ahhar elezzjoni generali.

Avviżi dwar laqgħat — prezz kull reklam

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm swew l-avviżi li saru dwar il-laqgħat li żammet mal-pubbliku f’Għawdex? Tista’ tgħid fuq liema media saru dawn l-avviżi u kemm sewa kull reklam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avviżi li saru dwar il-laqgħat li żammet mal-pubbliku f’Għawdex swew €1,719.81. Dawn l-avviżi ġew reklamati permezz tal-gazzetti. Il-prezzijiet ivarjaw skond il-ġurnal.
Leg 12 PQ #7922 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7923 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet li nħatru mill-Ministeru tiegħi mill-elezzjoni sal-lum huma iffurmati minn 68 persuna li minnhom 14 huma nisa.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-ilma — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 3 nisa fil-Bordijiet tal-Enemalta, WSC u MRA rispettivament.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet - membri nisa

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-elezzjoni sal-lum ġew maħtura mija u ħamsa u disgħin (195) membru fuq il-bordijiet tal-Ministeru li minnhom ħamsa u erbgħin (45) kienu nisa.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri fuq il-Bordijiet huwa ta’ 109 li minnhom 20 huma nisa.
Leg 12 PQ #7916 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet – membri nisa

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7552, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet maħtura mill-uffiċċju tiegħu u min huma l-membri fuq kull bord?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra , l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej — Bordijiet – membri nisa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #7918 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm mija u dsatax (119) membru li minnhom erbgħa u erbgħin (44) huma nisa.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn in-numru ta' membri fuq bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ta' 302 li minnhom 86 huma nisa.
Leg 12 PQ #7920 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-total ta’ membri li qegħdin iservu f’bordijiet jammonta għal tlieta u sebgħin (73) li minnhom disa’ u għoxrin (29) huma nisa.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li total ta’ membri huwa ta’ 187, li minnhom 39 huma nisa.
Leg 12 PQ #7702 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u l-Għarb?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb huwa ppjanat li jitlesta f’Mejju 2015.
Leg 12 PQ #7703 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2008 sal-lum, kull sena, kemm kien hemm ħaddiema f’kull sezzjoni jew uffiċċju ta’ kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Fl-istess perjodu u f’ kull sena kemm kien hemm ħaddiema li rtiraw mis-servizz pubbliku u f‘liema grad kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7704 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – fondi għall-proġett

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7451, jista’ l-Ministru jgħid x’apparat hu mistenni jinxtara b’ ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Meta hu mistenni li jinħareġ it-tender indikat fl-istess risposta tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-apparat li hu mistenni li jinxtara b’ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa : · Apparat għat-teatri kirurġiċi : magni għal anesthesia, magni tan-nifs għat-tfal u għal-kbar, magni tal-qalb għall-monitoraġġ u difibrillazzjoni, apparat għall-endoskopija, monitors għall-parametri diversi, inkubatur, eċċ. · Apparat għall-isptar bħal fridge għall-mediċini u għad-demm, couches, stretchers, trolleys, kabinets b’alarm magħhom għall-mediċini kontrollati, imwejjed għal-operazjonijiet, saqqijiet speċjaliżżati biex jevitaw il-feriti, eċċ. · Apparat għall-laboratorju, dentistrija w radioloġija bl-image intensifier għall-interventi fuq il-qalb u dawk avvanzati tal-orthopaedija. · Apparat ta’ disinfezzjoni u sterilizazzjoni · Apparat għall-fisjoterapija. It-tender hu mistenni li jiġi ppublikat sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.