Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8254 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà b'ċens perpetwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u u jgħid (1) jekk il-Partit Laburista għandux aktar proprjetajiet tal-Gvern fil-pussess tiegħu bi kwalunkwe titolu barra dawk indikati fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 7111 u 7261 (2) jekk iva, b’liema titolu u xi ħlas hemm fuq kull proprjetà; (3) u fil-każ tal-Każin Laburista tar-Rabat Għawdex, jista’ jgħid meta dan għadda għand il-Partit Laburista, x’kien hemm fil-fond qabel dan ingħata lill-Partit Laburista u kemm titħallas kera fuq dan il-fond?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li b’żieda mat-tagħrif mogħti għall-mistoqsijiet parlamentari 7111 u 7261, hemm żewġ proprjetajiet oħra f’Ta’ Xbiex li ma kienux inkluza, minħabba difett li għandha s-sistema kompjuterizzata, liema difett qed jiġi rranġat. Il-kirjiet huma €279.52 u €817.60 fis-sena rispettivament. Dwar l-aħħar parti tad-domanda d-data mitluba hija s-26 ta’ Frar 1974 u l-fond kien użat mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. Il-ħlas tal-kera huwa ta’ €279.52 fis-sena.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet maħtura bħala Executive Chairman, Major Projects Coordination Agency (MPCA) fi ħdan il-Malta Enterprise. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja w intgħażlet bl-istess mod li ntgħażlu l-konsulenti legali fis-snin ta’ qabel. Xogħol l-MPCA huwa li tikkordina l-ħidma tal-i stakeholders kollha fil-każ taż ta’ proġetti kbar u kumplessi bħal per eżempju l-bini tal-Life Sciences Park, speċjalment fejn dawn il-proġetti jinvolvu aktar minn Ministeru wieħed u jinvolvu fondi Ewropej.

Malta Industrial Parks – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat tal-Malta Industrial Parks? Jista’jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant inħatret bħala Deputy Chairman u CEO tal-Malta Industrial Parks fi ħdan il-Malta Enterprise. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja w intgħażlet bl-istess mod li ntgħażlu l-konsulenti legali fis-snin ta’ qabel.
Leg 12 PQ #8234 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk id-diversi billboards li hemm madwar Malta u Għawdex, fosthom is-sitta li hemm fil-lista li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ittellgħux skont il-Guidelines of the Safe Placing of Billboards li jinsabu fl-iskeda tal-Avviż Legali 368 tal-2004? X'passi qed tieħu Tranport Malta biex tħares is-sigurtà fit-toroq u tenforza l-Guidelines of the Safe Placing of Billboards?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-mistqosija tiegħu lill-Ministru konċernat

Billboards

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk id-diversi billboards li hemm madwar Malta u Għawdex, fosthom is-sitta li hemm fil-lista li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ittellgħux skont il-Guidelines of the Safe Placing of Billboards li jinsabu fl-iskeda tal-Avviż Legali 368 tal-2004? X'passi qed tieħu Tranport Malta biex tħares is-sigurtà fit-toroq u tenforza l-Guidelines of the Safe Placing of Billboards?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiena infurmat li, wara spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-Awtorita tat-Trasport għal kull wieħed mill-billboards li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, l-awtorita’ lesta li tilqa’ talbiet sabiex jiġu identifikati siti alternattivi għal tali billboards u dawn jiġu rilokati skont l-iskeda tal-Avviz Legali 368 u applikabbli skond f'Artiklu 4 tal-Avviż Legali LN 171 tal-1993 (Ordni tal-1993 dwar Reklami).

Bordijiet — membri

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7925, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tal-bordijiet tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7961 u 7557 u jgħid kemm lill-Korporazzjoni Enemalta fil-preżent jiġiha l-prezz biex tiġġenera u tiddistribwixxi unit ta’ elettriku ġġenerat mill-impjant ta’ Delimara? Jista’ jgħid kemm hu l-prezz li bih jiġi mibjugħ kull unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża tal-elettriku minn Delimara hija ta’ 19-il ċenteżmu per Kwh. L-informazzjoni l-oħra tinsab fuq il-website tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 12 PQ #8143 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali fis-segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm uffiċjali fis-Segretarjat tiegħu li rriżenjaw, ġew trasferiti, tneħħew jew biddlu l-grad tagħhom fl-istess segretarjat privat? Liema kienu dawk l-uffiċjali li rriżenjaw, tneħħew, ġew trasferiti jew biddlu l-grad tagħhom fl-istess Segretarjat Privat? X’kienet ir-raġuni għal kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tliet riżenji li saru fuq raġunijiet personali. Dawn kienu assistent Segretarju Privat, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni u membru tas-Secretarial Pool. Ċaqlieq ieħor kien jinvolvi lis-Segretarju Privat u liċ-Chief of Staff.
Leg 12 PQ #8144 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali 7096: Investments Incentives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet biex jitħallsu fondi għas-sussidju lill-industrijalisti li joperaw f’Għawdex biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda li għandhom fuq trasport u affarijiet oħra relatati u dan taħt il-Vot Kapitali 7096 Investments Incentives tal-Ministeru tiegħu li kienu pendenti sal-aħħar tal-2013 u għal kemm kienu jammontaw dawn it-talbiet? Kemm hu n-numru ta’ imprendituri li kien għad fadlilhom jitħallsu? Għal liema snin kienu dawn it-talbiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li kien hemm talbiet minn sitt kumpaniji li kienu pendenti fl-aħħar tas-sena 2013 u li t-talbiet jammontaw għal € 75,927 għas-sena 2012 u €177,424 għas-sena 2013.
Leg 12 PQ #8145 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – vetturi użati mis-segretarjat privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm vetturi assenjati direttament mas-segretarjat privat tiegħu? X’inhi n-number plate ta’ kull vettura? Kemm intefaq fuel fuq kull vettura mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ vetturi assenjati direttament mas-segretarjat privat tiegħi u li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-21 ta’ Frar 2014 użaw fuel għall-ammonti ta’ €1,622.11 bejniethom.

Transport Malta – użu ta’ billboard minn terzi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5593, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-abbuż li kien qed issir minn terzi, li kien qed juża bażi ta' gantry sign proprjetà tat-Transport Malta issa twaqqaf? Meta tneħħiet il-billboard illegali u meta se titwaħħal il-gantry sign minn Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ser tkun qed tieħu azzjoni biex dan il-billboard illegali jitneħħa. Dan wara li kien sar rapport għand il-MEPA u li eventwalment saret kommunikazzjoni ma’ din l-istess Awtorita'.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jista’ jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna indikata hija mpjegata ta’ Malta Enterprise. Giet impjegata mit-13 ta’ Frar 2014, bħala Chief Officer f’Business First, bil-kundizzjonijiet kollha, inkluż il-pakkett finanzjarju, li ġġorr magħha l-kariga ta’ Chief Officer fl-istruttura ta’ Malta Enterprise. Ir-reklutaġġ għal din il-kariga sar skont il-proċeduri stabbiliti fis-servizz pubbliku f’każi bħal dawn, liema proċeduri kienu osservati bir-reqqa u l-aktar persuna kwalifikata kienet magħżula.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna indikata hija impjegata ta’ Malta Enterprise. Giet impjegata mit-13 ta’ Jannar 2014 bħala Head of Communications and PR, bil-kundizzjonijiet kollha, inkluż il-pakkett finanzjarju li ġġorr magħha l-kariga ta’ Head fl-istruttura ta’ Malta Enterprise. Il-kariga mtliet wara li nħolqot vakanza u r-reklutaġġ sar skont il-proċeduri stabbiliti fis-servizz pubbliku f’każi bħal dawn, liema proċeduri kienu osservati bir-reqqa u l-aktar persuna kwalifikata kienet magħżula.

Avviżi dwar laqgħat – indirizz żbaljat ta’ area office

Question

Tista’ l-Ministru tispjega għaliex fl-avviżi li saru għal-laqgħat tagħha mal-pubbliku fir-Rabat, Għawdex intuża l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala l-indirizz tal-area office tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta dan id-dipartiment ilu madwar 30 sena li mexa minn dan l-indirizz u llum f’dan l-indirizz hemm tgħix familja privata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar żball fin-numru, però żgur illi kulħadd jaf fejn jinsab area office tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex. Xhieda ta' dan huwa n-numru kbir ta' nies li ġew.
Leg 12 PQ #7960 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – kunsilli lokali u NGOs — għajnuna

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 7555 għaliex l-għajnuna mill-fondi ta’ eko-Għawdex li ngħatat lill-NGOs u kunsill lokali f’Għawdex matul is-sena 2012 kienet kważi erba’ darbiet aktar minn dik mogħtija matul is-sena li għaddiet (2013)?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-maġġior parti ta’ din l-għajnuna ingħatat fil-kuntest tal-iskemi ta’ finanzjament ta’ proġetti sostenibbli mill-Kunsilli Lokali u NGOs. Skont l-kuntratt oriġinali ta’ finanzjament, ħafna minn dawn il-proġetti tlestew fis-snin 2011 u 2012, u allura s-somma għal 2013 tirrifletti pagamenti li saru fuq parti minn dawk il-proġetti li ingħataw estensjoni.

Enemalta – elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7557 u jgħid fil-preżent kemm jiġiha lill-Korporazzjoni Enemalta l-prezz biex tiġġenera u tiddistribwixxi unit ta’ elettriku ġġenerat mill-impjant ta’ Delimara? Jista’ jgħid kemm hu l-prezz li bih jiġi mibjugħ kull unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7962 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid min huma l-konsulenti tiegħu llum u kemm qed jitħallas kull wieħed minn dawn il-konsulenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti li ghandu llum il-Ministru huma l-istess li kellu skont il-mistoqsija parlamentari 2429.
Leg 12 PQ #8141 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Priority Boarding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-nies li għandhom pass maħruġ mill-kumpanija Gozo Channel biex jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex u min huma dawk li għandhom pass għall-priority boarding? Il-kumpanija Gozo Channel għandha policy dwar lil min għandhom jinħarġu dawn il-passes? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-entitlement huwa bħalma kien hemm fil-leġislatura ta’ qabel din.
Leg 12 PQ #8142 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) – extensive patching fi Triq Mons. Pietru Pace

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex, qed isir extensive patching minflok re-surfacing? Meta hu ppjanat mill-Ministeru tiegħu li jsir re-surfacing ta’ din it-triq arterjali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li sar extensive patching fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex peress li t-triq trid tiġi rikostruwita biex tkun tista’ tiġi asfaltata kompletament.
Leg 12 PQ #7928 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn total ta’ mija u d-disgħa u erbgħin (149) membru fuq bordijiet maħtura mill-Ministeru, disgħa u għoxrin (29) huma nisa.