Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għall-Isport — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni taċ-chairman inkluż perkaċċi jekk hu l-każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport hu l-Onor. Dr Luciano Busuttil. Infurmat li bħala Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport ma jitħallas ebda remunerazzjoni u l-anqas perkaċċi iżda onorarja li tammonta għal €13,976.24 fis-sena.
Leg 12 PQ #8794 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jgħid x’remunerazzjoni qed jingħata għal dan ir-rwol inkluż il-perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Iċ-chairman huwa Deo Debattista u għandu renumerazzjoni daqskemm kellha ċ-chairperson ta’ qabel.
Leg 12 PQ #8795 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija — remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu l-Kummissarju kontra l-Burokrazija? Jista’ jgħid xi ħlasijiet qed jingħata l-Kummissarju għal dan ir-rwol inkluż il-perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fid-data li saret din il-mistoqsija parlamentari l-Kummissarju Kontra l-Burokrazija kien l-Onor Dr Michael Falzon. Id-dettalji tal-ħlasijiet huma dawn :- · Salarju ta’ 55% ta’ skala 4 · Expense allowance ta’ 35% ta’ skala 7 · Uzu ta’ karozza jew car allowance ta’ €4,660 · Mobile u internet

Enemalta – ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement numru ta’ ħaddiema Għawdxin impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta ġewx trasferiti minn Għawdex għal Malta? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li ġew trasferiti, fuq liema kriterju u fejn intbagħtu jaħdmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tradesmen minn Għawdex bdew jagħtu xi servizzi Malta, fejn kien hemm il-ħtieġa, skont l-esiġenzi tal-Korporazzjoni.
Leg 12 PQ #8778 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – item of expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7548 u jgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2013 taħt kull item of expenditure f’Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema għal liema items saru dawn it-trasferimenti? X’ kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8786 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kampanja pubbliċitarja — Nefqa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8366, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm swiet b’kollox il-kampanja pubbliċitarja fil-media lokali li serviet bħala avviżi għal-laqgħat li saru minnu u minn kull Ministru u Segretarju Parlamentari bit-titolu “Gvern li jisma’” u/jew “Gvern Viċin in-Nies”? Min kien inkarigat biex jagħmel din il-kampanja? Kif intgħażel? Jista’ jagħti break down ta’ kemm intefaq fuq kull stazzjoni tat-TV, fuq kull radju, fuq kull gazzetta u fuq kull portal tal-aħbarijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika dwar liema kampanja qed jirreferi.
Leg 12 PQ #8787 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tax-Xagħra – xogħlijiet fi Triq Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li qed jagħmel il-Kunsill Lokali tax-Xagħra fi Triq Marsalforn ġewwa x-Xagħra stess? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq l-imsemmija triq u meta hu maħsub li jitlestew?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-ewwel parti ta’ Triq Marsalforn fix-Xagħra jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa stmat li x-xogħol ta’ resurfacing ta’ din it-triq ser jiswa €207,818.58c u ser ikun iffinanzjat mill-iskema tal-Public Private Partnership. Ix-xogħol mistenni li jkun konkluż sat-30 ta’ Ġunju 2014.
Leg 12 PQ #8788 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali – ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex għandu ħaddiema tal-IPSL assenjati miegħu u x’inhu x-xogħol li qed jagħmel kull ħaddiem ma’ kull Kunsill Lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-għadd ta’ ħaddiema tal-IPSL assenjati mal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex. Intant jien infurmat li bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar ix-xogħol li qed jagħmel kull ħaddiem minn dawn. Din l-informazzjoni qed tiġi mgħoddija lill-IPSL u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax xi rwol mill-Ministeru? X’inhu r-rwol tiegħu u jekk hux qed jingħata xi ħlas/kumpens għal dan ix-xogħol? Jista’ jgħid x’inhuma l-ħlasijiet li qed jingħata nkluż il-ħlas tal-perkaċċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, fil-preżent ma għandu l-ebda rwol ma’ dan il-Ministeru.

Transport Malta – użu ta’ billboard minn terzi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5593 u 8229, jista’ l-Ministru jikkonferma li Transport Malta se tapplika klawsola tal-Avviż Legali 368 tal-2004 għat-tneħħija ta’ billboards mhux awtorizzati, sabiex jitwaqqaf dan l-abbuż u dan peress li infrastruttura ta’ Transport Malta qed tintuża illegalment u jidher li l-billboard mhux qiegħda skont il-guidelines of the Safe Placing of Billboards? Jista’ l-Ministru jgħid meta se titwaħħal il-gantry sign minn Transport Malta minflok dan il-billboard illegali?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8229.

Avviżi dwar laqgħat — prezz kull reklam

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8260, tista’ l-Ministru tgħid għaliex sar reklam fil-gazzetti kollha ta’ kuljum inkluż il-Maltatoday li toħroġ biss nhar ta’ Erbgħa u ma sarx reklam fin-Nazzjon? Dan sar sempliċement għaliex In-Nazzjon huwa ġurnal tal-partit fl-Oppożizzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mument ukoll tagħmel parti mill-Media.link Communications. Anke dan il-gurnal huwa tal-PN fl-Oppożizzjoni.
Leg 12 PQ #8365 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Ħal Għaxaq — Community Work Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme assenjati mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid x’qed jagħmel kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u kemm ilu assenjat kull ħaddiem ma’ dan il-kunsill?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li hemm ħames (5) ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme assenjati mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq. Tlieta (3) minnhom jagħmlu xogħol relatat ma’ manutenzjonijiet tat-toroq, qtugħ ta’ ħaxix u tindif madwar il-lokal. It-tnejn (2) l-oħra jagħmlu xogħol ta’ tindif tal-uffiċini u qadi ieħor relatat mal-istess uffiċini tal-kunsill.
Leg 12 PQ #8366 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kampanja ta’ pubbliċità — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm swiet b’kollox il-kampanja ta’ pubbliċità għas-sensiela ta’ laqgħat bit-titolu ‘Gvern li Jisma’ jew ‘Gvern Viċin in-Nies’? Min kien inkarigat biex jagħmel din il-kampanja? Kif intgħażel? Jista’ jagħti break down ta’ kemm intefaq fuq kull stazzjon tat-TV, fuq kull radju, fuq kull gazzetta u fuq kull portal tal-aħbarijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jippreċiza għall-liema kampanja pubblicitarja qiegħed jirreferi.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8232, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.

Malta Industrial Parks – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8233, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8230, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta? Jista’ jgħid liema proċeduri tas-servizz pubbliku ġew segwiti biex saret din l-għażla u kemm-il persuna applikat għal dan il-post?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8231, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta? Jista’ jgħid liema proċeduri tas-servizz pubbliku ġew segwiti biex saret din l-għażla u kemm-il persuna applikat għal dan il-post?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.

Għawdex — studenti - grades

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fis-sessjonijiet ta’ Mejju u Settembru 2013 x’kienu l-grades miksuba minn studenti Għawdxin f’kull eżami li sar fil-livell avvanzat u intermedju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-grades miksuba minn studenti Għawdxin f’kull eżami li sar fil-livell Avvanzat u Intermedju f’Mejju u Settembru 2013 huma kif jidhru fit-Tabelli 1 sa 4 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull Tabella turi s-suġġett, il-livell, is-sessjoni tal-eżami, il-gradi miksuba minn A sa E, kemm kien hemm studenti assenti u t-total għal kull suġġett.
Leg 12 PQ #8360 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex –Qualification allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jieħdu l-qualification allowance fl-uffiċċji, dipartimenti jew fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? X’inhu l-grad tagħhom? F’liema uffiċċju qed jaħdmu? X’inhi l-kwalifika li għaliha qed jieħdu l-allowance u kemm hi l-allowance li qed titħallas f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8361 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Item of Expenditure Ministry for Gozo Nru 7901 – proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali li se jitwettqu f’Għawdex matul is-sena 2014 u li l-ħlas tagħhom se jsir mill-Item of Expenditure Ministry for Gozo numru 7901 ‘EU Structural Funds 2007-2013’? Kemm hu stmat li jiswa kull proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-proġetti kapitali li se jitwettqu f’Għawdex matul 2014 u li ser jiġu mħallsa minn Expenditure Item numru 7901 huma: Titlu tal-Proġett Stima (VAT Inkluz) Stima ta’ kemm se jiġu mħallsa fit -2014 (VAT Inkluz) ERDF 246 – Implementation of the Citadella Masterplan Recommendations €14,581,657 €8,261,424 ERDF 31 – Upgrading of Zewwieqa Waterfront Għajnsielem, Gozo €5,483,094.07 €113,715