Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8841 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pont bejn Malta u Għawdex -studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir mill-kumpanija Ċiniża dwar pont bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk barra dan l-istudju hux qed jitkompla studju ieħor fuq il-possibilità ta’ mina taħt il-baħar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Avviżi dwar laqgħat — prezz kull reklam

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8406, jista’ l-Ministru jgħid għaliex sar reklam fil-gazzetti kollha ta’ kuljum li joħorġu mit-Tnejn sas-Sibt, iżda ma sarx l-istess reklam fil-gazzetta “In-Nazzjon”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Skolastiċi — konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsulta mal-kunsilli lokali qabel ma jaħtar il-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi? Jekk iva kif qed issir din il-konsultazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Meta ssir bidla fl-amministrazzjoni hija proċedura li l-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi, li jkunu nħatru mill-amministrazzjoni preċedenti, jiġu kkonfermati jew jinħatru nies oħra minflok il-persuni fil-ħatra. Jiena mhux sodisfatt li saret biżżejjed konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u għal li ġej se nara li din il-konsultazzjoni ssir b'mod aktar wiesa' u effettiv.

Skejjel — inizjattivi u proġetti - fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin kemm għadda flus lil kull skola primarja u sekondarja f'Malta u Għawdex biex jintużaw fuq inizjattivi u proġetti minn dawn l-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8802 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rapport dwar l-effett tal-maltemp fuq il-bajja ta’ Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Ministeru tiegħu għall-bajja ta’ Marsalforn biex jilqa’ għall-effett tal-maltemp fl-istess bajja? Se jimxi mar-rapport li sar? Jekk iva, meta mistenni jinbeda x-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkunsidra l-bżonnijiet ta’ Marsalforn b’mod ħolistiku u meta jkun il-waqt jinforma lill-pubbliku bil-pjanijiet tiegħu.
Leg 12 PQ #8803 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn – siġar tal-bruk

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ġiex infurmat li numru ta’ siġar tal-bruk inqalgħu mill-promenade ta’ Marsalforn? Jekk iva, meta ġie nfurmat u x’passi ttieħdu min-naħa tal-Ministeru?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid liema konsorzju ngħata direct order biex jarma l-arena tal-Karnival 2014 u dak konness magħha? Jista’ jgħid kif instab dan il-konsorzju? Kemm kienet l-ispiża totali li tħallas jew se jitħallas lil dan il-konsorzju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsorzju li ħa ħsieb ix-xogħol hu reġistrat taħt isem TEC Limited. Matul is-snin il-Kumitat tal-Karnival tkellem ma’ diversi entitajiet u individwi fil-qasam biex jistħarreġ min jista’ jissodisfa l-aħjar esiġenzi meħtieġa għall-post fejn kellha tintrama l-arena tal-Karnival. Dan kollu sar fuq l-istess bażi kif sar fl-2011 u fl-2012 meta l-organizzaturi tal-karnival kienu f’sitwazzjonijiet simili. L-ispiża totali tammonta għal €49,152.54 (bla VAT).

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid x’tenders inħarġu għall-Karnival 2014? Kemm ġew sottomessi kwotazzjonijiet għal kull xogħol li sar u li kienet mitluba kwotazzjoni? Kemm kien l-ammont ta’ kull kwotazzjoni? Min ingħata x-xogħol u kemm kien il-valur għal kull kwotazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-risposta 8804.

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid xi kwotazzjonijiet intalbu għall-Karnival 2014? Kemm ġew sottomessi kwotazzjonijiet għal kull xogħol li sar u li ntalbet kwotazzjoni? Kemm kien l-ammont ta’ kull kwotazzjoni? Min ingħata x-xogħol u kemm kien il-valur għal kull kwotazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-risposta 8804.

Kumitat tal-V18 — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru attivitajiet u inizjattivi s’issa mill-kumitat tal-V18? Meta saru dawn l-attivitajiet u fiex kienu jikkonsistu?

Response (BONNICI, OWEN)

Minn meta l-Belt Valletta ingħatat it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 fit-12 t’Ottubru 2012, il-Fondazzjoni Valletta 2018 tellgħet mal-erbgħin attività u inizjattiva. Dawn kienu jikkonsistu minn attivitajiet u inizjattivi marbutin mal-oqsma varji tal-iprogrammar tal-Fondazzjoni, jiġifieri attivitajiet ċelebrattivi, attivitajiet performattivi, sessjonijiet u programmi ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi u seminars u attivitajiet tal-komunità.
Leg 12 PQ #7923 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8796 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA Working Group fuq il-Kmamar tan-nar — Chairperson

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu ċ-chairperson tal-MEPA working group fuq il-kmamar tan-nar? Jista’ jgħid xi ħlasijiet qed jingħata għal dan ir-rwol inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jsir l-ebda ħlas mill-MEPA liċ-chairperson tal-Kumitat tal-kmamar tan-nar, l-Hon. Dr. Michael Falzon M.P.
Leg 12 PQ #8797 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi rwol fil-Ministeru u/jew xi entità/bord li jaqa’ taħt il-Ministeru? Jista’ jgħid xi ħlasijiet qed jingħata għal dan ir-rwol inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-persuna li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru għandu rwol ta' Segretarju Parlamentari.

Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta? Jista’ jgħid xi ħlasijiet/remunerazzjoni qed jingħata ta’ dan ir-rwol inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta huwa l-Onorevoli Silvio Parnis. Ninsab infurmat li għal dan ir-rwol, iċ-Chairman jirċievi l-ammont ta’ 25% ta’ Skala 1. Barra minnhekk huwa għandu wkoll benefiċċju ta’ telefonija fissa u ċellulari bla ħlas, faċilita tal-internet u benefiċċju ta’ karozza.
Leg 12 PQ #8799 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Priority boarding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ priority boarding b’nollijiet ġodda u differenti minn dawk normali, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8255 meta jgħid “nollijiet differenti minn dawk normali” qed jalludi għal nollijiet orħos jew ogħla? Jekk iva, kemm orħos jew kemm ogħla minn dawk normali?

Response (REFALO, ANTON)

Billi għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq dak li staqsa l-Onor. Interpellant, ikun xieraq li r-risposti jingħataw meta jkun il-waqt.
Leg 12 PQ #8800 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — nollijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8255, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li sewa €9,500 dwar is-sistema ta’ priority boarding fuq il-vapur tal-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 8799.
Leg 12 PQ #8801 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rapport dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn

Question

Ladarba r-rapport jew partijiet minnu li ġie kkummissjonat mill-Gvern preċedenti dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn mhuwiex pubbliku, jista’ l-Ministru jippubblika l-konklużjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess rapport?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposti għall-mistoqsija parlamentari 6785, 6689 u 7249.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – rwol ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtha? X’inhi l-kariga li qed tokkupa u xi ħlasijiet hemm konnessi ma’ din il-kariga inkluż perkaċċi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li l-isem tagħha ngħata separatament m’għandux aktar rwol f’dan id-dekasteru.
Leg 12 PQ #8791 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi rwol konness mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jgħid jekk hux konsulent u ta’ xiex? Jista’ jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni li qed tingħata lil dan l-individwu għar-rwol tiegħu nkluż ħlasijiet ta’ perkaċċi jekk hu l-każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar .

Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini? Jista’ jgħid x’remunerazzjoni jieħu inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini huwa l-Perit Charles Buhagiar. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7415.