Peress li l-Prim Ministru ftit ilu ammetta mal-Gazzetta "The Times of Malta" li l-Gvern kien qed juża billboards illegali biex jagħmel reklamar tiegħu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-billboards illegali li kien qed juża l-Gvern? Fejn qegħdin dawn il-billboards u kemm ħallas lill-kuntrattur li kellu dawn il-billboards mingħajr permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu 2013 sakemm titwieġeb il-mistoqsija?
Peress li l-Prim Ministru ammetta mal-gazzetta "The Times of Malta" li kien se jiġbed l-attenzjoni tal-kuntrattur għal fatt li kien qed jirriklama fuq billboards illegali, jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ħa? Jista' jgħid jekk il-Gvern kompliex juża dawn il-billboards illegali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kif iddikjarajt pubblikament, ingibdet l-attenzjoni dwar il-billboards imsemmija biex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata u qed tittiehed azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid, min wara li ġie ntrodott id-divorzju f'pajjiżna, kemm huma l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar erbgħa snin ġew reġistrati divorzji b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin kif ġej:
Matul is-sena 2011 kien hemm 40
Matul is-sena 2012 kien hemm 420
Marul is-sena 2013 kien hemm 334
Matul is-sena 2014 (sa l-aħħar ta Arpil) kien hemm 86
Jista' l-Ministru jgħid, minn wara li ġie ntroddot id-divorzju f'pajjiżna, kemm kien in-numru ta' dawk il persuni divorzjati li reġgħu żżewġu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu d-divorzju u reġgħu żżewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati divorzji sena b’sena.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tingħata l-konċessjoni ta' restorant/snackbar fit-Terminal taċ-Ċirkewwa? X’proċess sar s'issa u kemm ntefgħu offerti? Kemm kien il-valur tal-offerti u liema waħda ġiet magħżula?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proċess biex tingħata l-konċessjoni ta' restorant/cafeteria fit-Terminal taċ-Ċirkewwa beda billi ħarġet sejħa għall-offerti fl- 20 ta’ Settembru 2013 bid-data ta' l-egħluq tat-18 ta’ Ottubru 2013. L-offerti ġew ipproċessati u kumpanija intghazlet wara l-process tal-ghazla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex l-intenzjoni li tikri l-bars ta' fuq il-vapur lill-terzi? Jekk iva, beda l-proċess u xi proċess qed jintuża biex issir l-għażla?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Kumpanija Gozo Channel m’għandha l-ebda intenzjoni li tikri l-bars ta’ fuq il-vapur.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiddaħħal l-kunċett ta' priority boarding mill-Gozo Channel? Meta se jibda jitħaddem? Kemm se jkunu l-prezzijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għal-Mistoqsija Parlamentari 9343, bħalissa il-Kumpanija Gozo Channel għadha għaddejja bl-istudji u bil-preparamenti biex jiddaħħal il-kunċett ta’ pre online booking.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 9057, 8782 u 7415, jista' l-Ministru jkun speċifiku u jgħid ċar u tond u jagħti l-figuri ta’ kemm huma fil-preżent ir-remunerazzjoni, inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ, konnessi mal-kariga ta’ chairman tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC)?
Response (MIZZI, JOE)
Għal darb’oħra nerġa nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7415. Ninfurmah li m’għandi xejn iktar x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-istess mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – rwol ta’ individwu
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9058 u 8790, jista' l-Ministru jispeċifika f’ammonti ta’ flus kemm kien is-salarju tal-konsulent għall-anzjanità attiva, u jispeċifika f’ammonti f’euros l-allowances ta’ fuel u mobile li kien qed jingħata? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu għadux iservi ta’ konsulent fl-istess Ministeru u jekk iva, x’inhu r-rwol tiegħu fi ħdan il-Ministeri jew xi dipartment li jaqgħu taħtu fil-preżent?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8792 u 7415, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni, inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ, konnessi mal-kariga taċ-chairman tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) matul l-aħħar sena?
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – rwol ta’ individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8790, jista’ l-Ministru jgħid xi rwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fi ħdan xi dekasteru li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali bejn l-11 ta’ Marzu 2013 sa meta l-persuna konċernata ma baqatx fil-kariga, xi ħlasijiet ingħatat għal dan l-irwol inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija kienet ġiet ittrasferita mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali (fl-SVPR) f’April 2013 fejn ingħatat rwol ta’ konsulent fuq l-anzjanita’ attiva. Ta’ dan ix-xogħol il-persuna imsemmija baqgħet tieħu l-istess salarju li kellha imma kienet tingħata allowance għat-telefon ċellulari u għall-fuel.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – rwol ta’ individwu
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8789, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kellux xi rwol konness mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘il quddiem, igħid ingħatax xi ħlasijiet tar-rwol tiegħu u jispeċifika kemm huma dawn il-ħlasijiet/remunerazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament kellu rwol konness mar-riforma fl-isport u ta’ dan l-irwol l-individwu ma ħa l-ebda ħlas/remunerazzjoni.
Jista’ l-Prim Minsitru jgħid x’se jkun l-irwol tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu? Jista’ jgħid x’remunerazzjoni se jingħata inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir minn kumpanija Ċiniża dwar il-pont bejn Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-gvern għaddej bl-istudji tiegħu dwar kif tista’ ssir link permanenti bejn Malta u Għawdex u meta jkun il-waqt dan il-gvern jinforma lil din il-Kamra u lill- pubbliku bil-konklużjonijiet tal-istudji li qed isiru biex jittejjeb is-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-full feasibility study fuq il-possibilità ta’ mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex wara li aktar minn sentejn ilu kien ġie konkluż il-pre-feasibility study fuq l-istess mina?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9043.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8797 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li bħalissa qed tokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Parlamentari kellux/għandux xi rwol fil-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn it-13 ta’ Marzu 2013 u l-ħatra tiegħu ta’ Segretarju Parlamentari? Jista’ jgħid xi ħlasijiet ingħata għal dan l-irwol/rwoli jekk inhu l-każ inkluż perkaċċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8797, li l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel referenza għaliha, għadha tgħodd.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissarju kontra l-Burokrazija l-ġdid hux se jingħata l-istess ħlas u perkaċċi bħall-Kummissarju ta’ qablu? Jekk le, jista’ jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li ser jingħata inkluż il-perkaċċi jekk inhu l-każ?
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8797, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni, inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ, taċ-chairperson li kien hemm qabel dak preżenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-remunerazzjoni hija dik ta’ chairperson Kliniku li jaħdem fil-katagorija ta’contract B.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, u jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni u l-perkaċċi li qed jingħata jekk inhu l-każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairman tal-Enemalta huwa Dr Charles Mangion. Ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji li jirċievi huma simili ta’ dawk ta’ ‘chairpersons’ (‘non-executive’) preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex residenti ta’ Triq Mile End fil-Ħamrun ma jibqgħux għal ħinijiet twal bla ilma? Jaf li dawn ir-residenti ilhom minn Settembru li għadda kważi kuljum u għal ħinijiet twal bla ilma? X’sar wara d-diversi rapporti li saru minn dawn ir-residenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħarġu l-permessi neċessarji u x-xogħol f’din it-triq beda.