Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9443 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-spiża medja ta’ kull safra hi ta’€2,400.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9444 u jgħid x’ miżuri ttieħdu matul l-2013 u matul din is-sena għall-promozzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa’ kull miżura li ttieħdet fl-2013 u kemm hi stmata li ser tiswa’ kull miżura li ttieħdet sa issa din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u kif ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn l-miżuri Ghawdex diġà bbenefika b’żieda fit-turiżmu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk għall-perijodu 2014-2020 hemmx il-pjan li jintefqu f'Għawdex tal-inqas 10% ta' elf mija u tmienja u għoxrin miljun euro miġjuba mill-Unjoni Ewropea mill-Gvern preċedenti?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Gvern kkommetta li jonfoq 10% tal-Fondi Ewropej għal Għawdex kif kien sar għall-perijodu 2007-2013
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid fil-perijodu 2007-2013 kemm kien il-persentaġġ ta' fondi tal-Unjoni Ewropea li ntefaq f'Għawdex?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninstab infurmat li l-perċentaġġi tal-ħlassijiet, wara ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea 2007-2013 fuq proġetti f’Għawdex sa Mejju ta’ din is-sena kienet ta’ 5.53%
Iċ-Ċittadella – Visitor Centre – spazju kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid issa li x-xogħol fuq il-Visitor Centre taċ-Ċittadella huwa lest, jekk hux se jinħarġu offerti pubbliċi għall-ispazju kummerċjali fl-istess ċentru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq il-Visitors’ Centre taċ-Ċittadella beda f’dawn l-aħħar jiem u li ma hemmx hsieb li jinħarġu offerti pubbliċi għal spazju kummerċjali fl-istess ċentru.
Ix-Xewkija – xogħol fuq tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Gvern fix-Xewkija? Liema xogħol sar s’issa? Meta sar dan ix-xogħol u minn min sar? Kemm sewa l-istess xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ix-xogħol miexi skont kif ipprogrammat. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol qed isir mill-persuni li rebħu it-tender li nħarget fl-amministrazzjoni preċedenti u li ġiet aġġudikata f’din l-amministrazzjoni skond ir-regolamenti tax-xiri pubbliku. Ix-xogħol inbeda f’Diċembru 2013 u għadu għaddej.
Fiera Internazzjonali ta' Malta — Kumpaniji u negozji Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, kumpaniji u negozji Għawdxin hux se jiġu megħjuna mill-Ministeru għal Għawdex biex jesebixxu fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta bħal ma kien isir fis-snin li għaddew?
Response (REFALO, ANTON)
Wara konsultazzjoni ma’ rapprezentanti ta’ setturi tan-negozju f’Għawdex, inħass il-bzonn li fondi għall-parteċipazzjoni ta’ negozji fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, jiġu wzati b’mod iktar immirat u effiċjenti u dwar dan għaddejjin diskussjonijiet ma’ operaturi u rapprezentanti tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni tal-PBS għall-festival tal-Eurovision 2014 li sar f'Kopenhagen? Jista' jgħid kemm kienu l-ispejjeż relatati ma din id-delegazzjoni f'dawk li huma flights, akkomodazzjoni, subsistence allowances u allowances oħra jekk inhu l-każ u jispeċifikaw s-somma totali tal-ispiża?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw spearatament kienux jiffurmaw parti mid-delegazzjoni tal-PBS fil-festival tal-Eurovision f'Kopenhagen? Jista' jgħid x'kien l-irwol tagħhom u jekk il-PBS ħallasx xi fondi għall-parteċipazzjoni tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwi in kwistjoni kienu akkreditati mill-PBS bħal ma’ kienu wkoll akkreditati ġurnalisti minn media oħra. L-ispiża ta’ dawn iż-żewġ individwi m’hijix se tinġarr mill-PBS.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn fejn qed jopera s-segretarjat tal-Commonwealth u jekk dan jiffurmax parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid kemm huma l-impjegati sal-aħħar ta' April 2014 f'dan is-segretarjat, min huma, kemm qed jitħallsu individwalment u kif ġew reklutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-uffiċċju tiegħi ma jezistix Segretarjat tal-Commonwealth.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Kap tas-segretarjat tal-Commonwealth u jispeċifika s-salarju, allowances u benefiċċji oħra jekk inhu l-każ?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kundizzjoni ta' impjieg ta' individwu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jispeċifika meta beda r-rwol tiegħu?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8791 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi rwol konness mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jgħid jekk hux konsulent u ta’ xiex? Jista’ jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni li qed tingħata lil dan l-individwu għar-rwol tiegħu nkluż ħlasijiet ta’ perkaċċi jekk hu l-każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi m’għandu l-ebda rwol konness mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-PBS għas-sena 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Audited Accounts tal-PBS għas-sena finanzjara Ottubru 2012/Settembru 2013 għadhom ma ġewx ppreżentati lill-MFSA. Malli jiġu ppreżentati lill-MFSA, dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-grant/għotja tal-Gvern bħala PSO jew EPSO lill-PBS għall-iskedi tal-programmi bejn Ottubru 2013 u Ġunju 2014? Kif tqassmu dawn il-fondi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown bil-libsa ta' programmi li kwalifikaw għal dawn il-fondi pubbliċi u kemm kien l-ammont li kwalifikaw għalih għal kull programm
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont tal-grant tal-Gvern bħala EPSO baqa’ l-istess bħas-sena ta’ qabel. Il-prassi dejjem kienet li r-rapport jigi ppreżentat lill-Mejda tal-Kamra wara li jkun iffinalizzat l-awdittjar. Għaldaqstant ir-rapport għas-sena Ottubru 2013 u Septembru 2014 jiġi ppre¿entat f’nofs is-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ‘Greener and Cleaner Gozo’ bdietx? Jekk iva, kemm nies qed jaħdmu taħt din l-iskema? Kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol kull wieħed minn dawn il-persuni li qed jaħdmu taħt din l-iskema? Kemm hu l-ħlas fil-ġimgħa li qed jieħdu min jaħdem taħt din l-iskema? Fejn qed jaħdmu kull wieħed u waħda mill-persuni li daħlu f’din l-iskema? Dawn il-persuni ngħataw kuntratt u jekk iva għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-iskema bdiet u li l-persuni li qegħdin fiha qed jingħataw taħriġ mid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp, mis-Settur Privat kif ukoll min NGO’s.
Jista’ l-Ministru, b’ referenza għall-mistoqsija parlamentari 9341, iwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u cioé kemm kien il-valur tal-offerti sottomessi u liema offerta ġiet magħżula biex tingħata l-konċessjoni ta’ restorant/cafeteria fit-Terminal taċ-Ċirkewwa? Jista’ jgħid min kienu l-offerenti u min intgħażel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma hemm xejn x’inżid mall-Mistoqsija Parlamentari 9341.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ miżuri ttieħdu matul l-2013 u matul din is-sena għall-promozzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa’ kull miżura li ttieħdet fl-2013 u kemm hi stmata li ser tiswa’ kull miżura li ttieħdet sa issa din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.