Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex huma:
1. Il-Kumpless Sportiv tar-Rabat .
2. Shooting Range f’Għajn Malel, iż-Żebbuġ.
3. Il-Korsa ta’ Xħajma (amministrata mill-Gozo Horse Racing Association)
4. Gozo Stadium (amminstrat mill-Gozo Football Association)
Triq minn Nadur sar-Ramla – xogħlijiet fuq it-tieni parti tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata bidu għax-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li twassal minn Nadur sar-Ramla wara li l-ewwel parti kienet tlestiet fil-leġiżlatura l-oħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ma għandi xejn x’inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6944.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata l-finishing coat tat-triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra wara li x-xogħol fuq din it-triq kien sar fil-leġiżlatura li għaddiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-triq li minn San Lawrenz twassal għad-Dwejra qiegħda fi stat tajjeb u l-aħħar kisja tingħata aktar 'il quddiem meta jkun il-waqt.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu fuq Triq it-Torri Sopu fin-Nadur fejn hemm retaining wall li jidher li hu fil-periklu li jċedi? Saru rapport fuq dan ir-retaining wall? X’inhu l-pjan tal-Ministeru fuq dan ir-retaining wall?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qed jitħejja dokument biex toħroġ offerta għax-xogħol meħtieġ biex jitranġa dan ir-retaining wall.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm korsijiet differenti fil-Campus tal-MCAST f’Għawdex? Liema huma dawn il-korsijiet u kemm-il student qed jattendu dawn il-korsijiet? F’liema sena wasal kull kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-kumpanija Gozo Channel? Min huma dawn il-membri? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ membri f’dan il-Bord fis-sena 2012?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel jikkonsisti f’disa’ membri. Dawn huma Joe Cordina, Lisa Brooke, Victor J. Borg, Michael Attard, Josianne Cutajar, Carmel Muscat, Kevin Mompalao, George Said u George Camilleri. Fl-2012 il-bord tad-diretturi kien jikkonsisti f’disa’ membri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-somma ta' nofs miljun euro li kellha titħallas lill-assoċjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal faċilitajiet sportivi f' Għawdex tħallsitx u jekk tħallset meta sar dan il-pagament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari sar pagament wieħed lill-assoċjazzjoni indikata mill-Onor. Interpellant. Il-pagament sar f’Marzu 2014 u kien jammonta għal Ewro100, 000.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar spezzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kif indikat fit-tabella li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’servizzi inxtraw/inkrew mill-Uffiċċju tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2014? Jista’ jispeċifika xi ħlasijiet saru jew huma pendent fl-istess dati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħu, inkluz għal-perjodu ta’ żmien is-Segretarjat Parlamenatri għall-Ġustizzja, għamel uzu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija minnu bi spiza medja ta’ € 863.70c kull darba .F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda kont pendenti ma din l-kumpanija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’servizzi inxtraw/inkrew mill-Uffiċċju tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2014? Jista’ jispeċifika xi ħlasijiet saru jew huma pendent fl-istess dati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għal perjodu bejn Marzu 2013 sa’ nofs Mejju 2014, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġba tal-mistoqsija parlamentari 5958.
Fil-perjodu bejn l-aħħar nofs ta’ Mejju sal-lum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għamel uzu ta’ darba mis-servizzi tal-kumpanija msemmija minnu bi spiza ta’ € 1,029.90c.F dan l-kaz ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma din l-kumpanija hemm €5,605 f’kontijiet pendenti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna li tmexxi s-segretarjat tal-Commonwealth responsabbli mill-Organizzazjoni taċ-CHOGM f’Malta? Jista’ jispeċifika s-salarju, allowances u benefiċċji oħra jekk ikun il-każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-persuna li tmexxi s-Segretarjat tal-Commonwealth bħalissa hija l-E.T. Kamalesh Sharma.
Jekk l-Onor. Interpellant irid ikun jaf aktar dettalji, ġentilment nitolbu jidħol fil-website tal-Commonwealth, www.thecommonwealth.org.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed jopera s-segretarjat tal-Commonwealth u jgħid kemm hu l-complement ta’ ħaddiema/uffiċjali, min huma, f’liema karigi jinsabu, kemm qed jitħallsu individwalment u kif ġew reklutati?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Commonwealth jopera minn Londra. Dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba, l-Onor. Interpellant jista' jidħol fil-website tas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara tant snin, din is-sena l-attività kulturali Notte Gozitana – Lejliet Lapsi ma saritx f’Lejliet Lapsi? Se ssir f’xi data oħra u jekk iva, meta?
Response (REFALO, ANTON)
Bħalma jaf l-Onor. Interpellant f’Ghawdex qed isiru diversi attivitajiet minn żmien għal żmien biex iħajru aktar turiżmu intern lejn Għawdex u dawn kienu suċċess kbir għalhekk se jkomplu jkunu organizzati fiż-żmien li ġej taħt diversi ismijiet. Din is-sena ma kellnix Lejlet Lapsi iżda s'issa diġà kellna diversi attivitajiet simili.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizzjattivi u proġetti saru s’issa taħt il-vot Eko-Għawdex mill-budget allokat għas-sena 2014?,Kemm swiet kull inizjattiva jew proġett? Kif inhu maħsub li jintuża l-bilanċ li fadal?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena nfurmat li sal-aħħar ta’ Mejju, mill-vot EkoGħawdex kienet saret in-nefqa ta’ €120,234.43 Il-bilanċ li fadal huwa kommess kollu fuq proġetti u inizjattivi marbuta ma’ din il-viżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-Kap tal-iskola tal-Arti f' Għawdex u l-għalliema qabel iddeċieda li jmexxi din l-iskola minn Għajnsielem għax-Xewkija? Jekk iva kif saret din il-konsultazzjoni u meta? Saret konsultazzjoni mal-Union tal-għalliema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru kkonsulta mad-Direttorati u mat-tmexxija tal-MCAST dwar il-pjanijiet għal kampus ġdid tal-MCAST f’Għajnsielem.
Peress illi l-kundizzjonijiet tal-għalliema f’din l-iskola ma nbidlux, ma nħassx li kien hemm il-ħtieġa li ssir konsultazzjoni mal-Union tal-għalliema f’dan l-istadju tal-proċess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex ġiex ikkonsultat dwar it-tneħħija tal-iskola tal-Arti minn Għajnsielem? Jekk iva x'kien il-parir li ta' l-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edukazzjoni mhix parti mid-dekasteru t’Ġħawdex u għalek nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fiera Internazzjonali ta' Malta — Kumpaniji u negozji Għawdxin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9579 jista' l-Ministru jgħid jekk Għawdex hux se jkollu stand fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta kif kellu għal ħafna snin? Jekk le l-budget allokat għal dan il-għan kif se jintefaq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mal-mistoqsija parlamentari 9579, għajr li l -Gvern preżenti kien, għadu u se jibqa’ jgħin lin-negozji kollha Għawdxin biex verament iqumu fuq saqajhom, ikunu aktar kompetittitvi, joħolqu l-impjiegi u jsaħħu l-ekonomija Għawdxija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9442, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jagħti dettalji dwar il-valur tal-offerti li ġew sottomessi għall-konċessjoni ta' restorant/cafeteria fit-terminal taċ-Ċirkewwa? Ma jaħsibx il-Ministru li dan ma jirriflettix proċess trasparenti? Jista' jgħid liema offerta ġiet magħżula biex tingħata din il-konċessjoni u kemm kien il-valur tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm xejn x’inżid mal-mistoqsijiet parlamentari 9341 u 9442, għajr li ngħatat lill-aktar offerta vantaġġuża.