Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 2013 u Ġunju 2014 kemm kien in-numru ta' għalliema li minn Malta ġew trasferiti lejn Għawdex? Liema suġġetti jgħallmu dawn l-għalliema u f’liema skejjel ġew ittrasferiti f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li bdew kors tal-MCAST f’Għawdex fil-bidu tas-sena skolastika 2013/2014 u kemm hu n-numru ta’ studenti li baqgħu jsegwu l-kors sal-aħħar tas-sena skolastika sal-aħħar ta’ Ġunju 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ studenti li bdew kors tal-MCAST f’Għawdex fil-bidu tas-sena skolastika 2013/2014 kien ta’ 266 u n-numru ta’ studenti li baqgħu jsegwu l-kors sal-aħħar tas-sena skolastika kien ta’ 251.
Jista’ l-Ministru jgħid l-cruiseliner li daħal barra Kemmuna fis-27 ta' Ġunju 2014 x'kien jismu u kemm kellu passiġġieri fuqu? Dawn il-passiġġieri niżlu Kemmuna jew Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cruiseliner li daħal barra Kemmuna fis-27 ta’ Ġunju kien il-vapur “Le Ponant” u li kellu ħamsa u ħamsin (55) passiġġier fuqu. Transport Malta hija nfurmata li dawn il-passiġġieri tniżżlu Kemmuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom il-cruiseliners li huma ppjanati li jiġu barra l-port tal-Imġarr f'Għawdex bejn l-1 ta' Lulju u l-aħħar ta' din is-sena? Kemm hu stmat li se jkun hemm passiġġieri fuq kull vapur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cruiseliners li huma ppjanati li se jankraw barra l-port tal-Imġarr Għawdex bejn l-1 ta’ Lulju u l-aħħar ta’ din is-sena huma s-segwenti:
Data
Vapur
Kapaċità massima ta' Passiġġieri
6 ta' Lulju 2014
Le Ponant
64
2 ta' Novembru 2014
Windsurf
300
3 ta' Novembru 2014
Deutschland
280
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10039, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-priority boarding tal-Gozo Channel hiex se ssir jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid ma l-aħħar tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10,039.
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il cruise liner huwa ppjanat li jidħol f’Għawdex bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u l-aħħar tas-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ippjanat li jidħlu 3 cruise liners barra l-port tal-Imġarr Għawdex u vapur ieħor barra Kemmuna bejn l-1 ta’ Lulju u l-aħħar tas-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il cruise liner huwa ppjanat li jidħol f’Għawdex bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u l-aħħar tas-sena 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u l-aħħar tas-sena 2014 b'kollox huwa ppjanat li jidħlu erba’ cruise liners,3 barra l-Port tal-Imġarr Għawdex u vapur ieħor barra Kemmuna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq arterjali f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex huma kif jidħlu fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10000, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid għaliex il-magażin 'Lets Gozo' ma baqax jiġi pubblikat fl-aħħar sena? L-għajnuna finanzjarja li kien jagħti l-Ministeru għal Għawdex għal dan il-magażin li kien jippromwovi lill-Għawdex baqgħet tingħata matul l-aħħar sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma tweġiba 10,000, għajr li nserraħlu moħħu li f’din l-leġiżlatura qed inkunu nieħdu ħafna aktar inizjattivi favur it-turiżmu fil-gżira Għawdxija milli kien jieħu Gvern preċedenti. Ninfurmah ukoll li dan qed isir dejjem f’sintonija mal-għaqdiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat Għawdex u x'inhu x-xogħol ta' kull impjegat f'dan il-kumpless? Hemm Bord li jmexxi dan il-Kumpless Sportiv? Jekk le kif jitmexxa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex huwa ta’ 32. Lista dettaljata tal-ħaddiema tal-Kumpless Sportiv u d-doveri tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kumpless Sportiv t’Għawdex m’għandux board ta’ tmexxija. It-tmexxija ta’ din l-entita’ governattiva hija koordinata mid-Direttur tal-Customer Services fil-Ministeru għal Għawdex, mill-Uffiċċjal inkarigat mill-Kumpless Sportiv u l-Uffiċċju Amministrattiv tal-istess Kumpless.
Iż-Żebbuġ (Għawdex — Shooting Range ta' Għajn Mellel - impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fix-shooting range ta' Għajn Mellel fiż-Żebbuġ u x'inhu x-xogħol ta' kull impjegat f'din ix-shooting range? Hemm Bord li jmexxi din ix-shooting range? Jekk le kif titmexxa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fix-Shooting Range ta’ Għajn Melel fiż-Żebbuġ Għawdex huwa ta’ 5. Lista dettaljata tal-ħaddiema fix-Shooting Range u d-doveri tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-Shooting Range ta’ Għajn Melel m’għandux board ta’ tmexxija. It-tmexxija ta’ din l-entita’ governattiva hija koordinata mid-Direttur tal-Customer Services fil-Ministeru għal Għawdex, mill-Uffiċċjal inkarigat mill-Kumpless Sportiv t’Għawdex, u minn Kumitat amministrattiv tax- Shooting Range.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9773 u 9443, peress li s'issa kull qal kien biss li kull safra swiet medja ta' €2,400 iżda ma weġbix il-mistoqsijiet l-oħra, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ma għandi xejn x’inżid ma mistoqsija parlamentari 9773, għajr li l-iskop hu dejjem sabiex jitkattar il-ġid f’Għawdex.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9415 fejn qal li l-iskema ‘Greener and Cleaner Gozo’ bdiet u l-persuni qed jingħataw taħriġ, jista' l-Ministru jgħid kemm nies qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt din l-iskema fil-preżent? Kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol kull wieħed minn dawn il-persuni li qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt din l-iskema? Kemm hu l-ħlas fil-ġimgħa li qed jieħu min jaħdem jew jitħarreġ taħt din l-iskema? Dawn il-persuni ngħataw kuntratt u jekk iva għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt? Dawn il-persuni tneħħew mir-reġistru ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9415.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nies qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt din l-iskema fil-preżent? Kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol kull wieħed minn dawn il-persuni li qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt l-iskema ‘Greener and Cleaner Gozo’? Kemm hu l-ħlas fil-ġimgħa li qed jieħu min jaħdem jew jitħarreġ taħt din l-iskema? Dawn il-persuni ngħataw kuntratt u jekk iva għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt? Dawn il-persuni tneħħew mir-reġistru ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol sakemm idumu jaħdmu jew jitħarrġu f’ din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskema “Greener and Cleaner Gozo” qed jitħarrġu 166 parteċipant.
Il-kriterji tal-eliġibilita` għall-iskema kienu li wieħed ikun qed jirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru u/jew xi ħadd li jkun ilu inattiv (mhux f’impieg) mill-1 ta’ Jannar 2014. Fil-mument tal-applikazzjoni in-numru ta’ nies li qed jipparteċipaw f’din l-iskema u li kienu fuq l-ewwel parti tar-reġistru kien ta’ 118. Minn dawn l-aktar persuna li ilha tirreġistra tmur lura 22 sena (1992).
Il-parteċipanti setgħu jagħżlu bejn 20 siegħa fil-ġimgħa jew inkella 40 siegħa fil-ġimgħa. Waqt dan it-taħriġ il-parteċipanti qed jingħataw €75.00 / €145.00 fil-ġimgħa rispettivament.
Mal-applikazzjonijiet tal-iskema l-parteċipanti ffirmaw dikjarazzjoni fejn qed jiġu nfurmati li għażlu li jipparteċipaw fl-iskema fuq bażi voluntarja. Iż-żmien ta’ taħriġ għal kull min applika huwa ta’ perjodu ta’ 20 ġimgħa: mill-5 ta’ Mejju sal-20 ta’ Settembru, 2014.
Kif intqal aktar ‘il fuq, l-iskema “Cleaner and Greener Gozo” kienet eliġibli għal persuni bla impjieg u għal dawk il-persuni li mad-data tal-applikazzjoni kienu qegħdin jirreġistraw fuq l-ewwel parti. Għaldaqstant matul l-20 ġimgħa tal-iskema dawk li kienu qed jirreġistraw għadhom jidhru bħala tali anke tul il-perjodu tal-iskema. Tant hu hekk li l-parteċipanti li huma reġistranti fuq l-ewwel parti huma obbligati li jattendu għal kull intervista jew taħriġ skont kif ikunu mitluba mill-Korporazzjoni.
In vista ta’ dak li kien qal f’risposti għal mistoqsijiet parlamentari oħra, jista’ l-Ministru jgħid meta se tibda titħaddem is-sistema ta’ priority boarding mill-Gozo Channel? Kif se titħaddem din is-sistema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid ma l-aħħar tweġiba li tajt fuq dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal f’Għawdex mill-1 ta’ Jannar sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ili kien ippjanat li jidħlu żewġ cruise liners barra l-port tal-Imġarr fix-xahar ta’ Mejju, imma minħabba l-maltemp dawn kellhom jiġu kkanċellati. Ninsan infurmat ukoll illi fis-27 ta’ Gunju daħal ukoll cruise liner barra Kemmuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li bdew kors tal-MCAST fil-bidu tas-sena skolastika 2013/2014 u kemm hu n-numru ta’ studenti li kienu għadhom qed isegwu kors fl-MCAST fl-ewwel ta’ Ġunju ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li bdew kors tal-MCAST fil-bidu tas-sena skolastika 2013/2014 kien 6417 u n-numru ta’ studenti li kienu għadhom qed isegwu kors fl-MCAST fl-ewwel ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien ta’ 5668.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-korsijiet kollha li qed isiru fil-preżent hux se jerġgħu jinfetħu u/jew jitkomplew fis-sena skolastika 2014/2015? Kemm-il kors ġdid huwa ppjanat li jsir f’Għawdex fis-sena skolastika li ġejja u liema huma dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-korsijiet kollha li qed isiru fil-preżent fic-Ċentru tal-MCAST t'Għawdex se jerġgħu jiġu offruti fis-sena akkademika 2014/2015. Se jkun offrut kors ġdid fit-tieni livell tal-qafas nazzjonali tal-kwalifiċi li huwa l-"MCAST Foundation Certificate in Horticulture and Animal Care". Il-kors fir-raba' livell “MCAST BTEC Diploma in Children's Play, Learning & Development” li nfetaħ f'Ottubru 2013 se jidħol fit-tieni sena tiegħu bi studenti fit-tieni sena tal-programm kif ukoll studenti ġodda fl-ewwel sena.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppublikat l-aħħar darba l-magazine ‘Lets Gozo’? Għaliex ma baqax jiġi ppublikat? L-għajnuna li kien jagħti l-Ministeru għal Għawdex għal dan il-magazine bl-intenzjoni li jippromwovu lill-Għawdex, baqgħet tingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar edizzjoni li ġiet ippublikata il-magazine ‘Let’s Gozo’ kienet ta’ April/Mejju/Ġunju 2013.