Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal fostered ma’ familji Għawdxin matul is-sena 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
·Fis-sena 2012 kien hemm 30 tfal
fostered
ma’ 22 familja f’Għawdex;
·Fis-sena 2013 kien hemm 29 tfal
fostered
ma’ 22 familja f’Għawdex,
·Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2014 kien hemm 24 tfal
fostered
ma’ 21 familja f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet minn familji Għawdxin matul is-sena 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kienx hemm digrieti t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex. Fl-2013 kien hemm digriet wieħed (1) t’addozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex.
L-istatistika għall-ewwel sitt xhur tal-2014 għad trid tinġabar.
Anniversarju tal-Ħamsin Sena mill-Indipendenza — tiżjin f’Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-ħamsin sena anniversarju mill-Indipendenza f’Għawdex ma sar l-ebda tiżjin kif isir is-soltu fil-festi nazzjonali, la fi Triq ir-Repubblika, la fi Pjazza San Franġisk u lanqas fi Pjazza Indipendenza? Min ħa din id-deċiżjoni li ma jsir l-ebda tiżjin u armar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bereġ f’Għawdex u fejn jinsabu? Kemm-il tabib iservi f’dawn il-bereġ? Meta u għal kemm ħin ikunu miftuħa dawn il-bereġ kuljum għall-pubbliku?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’Għawdex hemm tnax (12)-il berġa li jinsabu: Kerċem, Għarb, Sannat, Xagħra, Nadur, Qala, Għajnsielem, Munxar, Xewkija, San Lawrenz, Għasri u Żebbuġ. F’kull berġa jkun hemm tabib wieħed. Is-servizz jingħata kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-iżvilupp f’Għawdex li daħlu għand l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jagħti lista’ dawn l-applikazzjonijiet u x’kien it-tip ta’ żvilupp li għalih saret l-applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10422, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ivvalidat mill-1 ta' Jannar 2014 sat- 30 ta' Ġunju 2014, mitejn u tmienja u tletin (238) applikazzjoni fil-gżira t'Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kemm kien in-numru ta’ enforcement orders ġodda li nħarġu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Għawdex u f’liema lokalitajiet kienu dawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10423, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet għoxrin (20) enforcement order , mill-1 ta' Jannar 2014 sat- 30 ta' Ġunju 2014, fil-gżira t'Għawdex.
L.C.
Amount
Ghajnsielem
2
Kercem
1
Nadur
2
Qala'
3
Rabat (Ghawdex)
3
Xaghra
2
Xewkija
1
Zebbug (Ghawdex)
6
Għawdex — Proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti u inizjattivi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li qed isiru f’Għawdex u li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti li għaddejin bħalissa li qed jiġu ffinanzjati taħt l-ERDF u ESF li minnhom qed jibbenefika Għawdex.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kemm intefqu fondi Ewropej f’Għawdex u fuq liema proġetti u inizjattivi ntefqu dawn il-fondi?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti konċernati fejn ġew proċessati pagamenti matul il-perjodu konċernat.
Learning Support Assistants trasferiti minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 2013 u Ġunju 2014 kemm kien in-numru ta' Learning Support Assistants li minn Malta ġew ittrasferiti lejn Għawdex u f’liema skejjel ġew trasferiti f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizz tal-Gozo Channel biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta mingħajr vettura, kemm minn dawn kienu turisti, kemm Maltin u kemm Għawdxin (ċjoè ħallsu n-noll abbinat mat-turisti, ma' Maltin u ma’ dawk li jgħixu Għawdex? Kemm kien id-dħul minn kull kategorija ta' passiġġieri u d-dħul totali mill-passiġġieri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien in-numru ta' vetturi bix-xufier li użaw is-servizz tal-Gozo Channel biex qasmu bejn Għawdex u Malta? Kemm minn dawn ħallsu n-noll ta' turisti, kemm ta' Maltin u kemm ta' dawk residenti Għawdex? Kemm kien id-dħul minn kull kategorija ta' nollijiet differenti li hemm għal vetturi bix-xufier u dħul totali mill-bejgħ ta' biljetti ta' vetturi bix-xufier?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien id-dħul totali tal-kumpanija Gozo Channel u kemm kienu l-ispejjeż totali tal-istess kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li fis-sena 2012, id-dħul kien ta’ €11,161,391 u l-ħrug kien ta’ €12,832,226, fis-sena 2013, id-diskrepanza bejn dħul u ħruġ naqset drastikament u issa kien hemm dħul ta’ €12,238,658, filwaqt li l-ispejjeż totali kienu ta’ €13,273,911. Dan ifisser li f’sena id-differenza negattiva bejn dhul u hrug naqset bi €635,582 li hu ekwivalenti ghall-38% inqas mis-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul is-sena 2013 u kemm-il operazzjoni saret mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014? X’tip ta’ operazzjonijiet kienu u kemm kien in-numru ta’ kull tip?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul is-sena 2013 saru elfejn sitt mija u tmienja u sebgħin (2678)-il operazzjoni filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014 saru elf ħames mija u disgħa u tletin (1539)-il operazzjoni fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema f’Għawdex u kif inhuma maqsumin f’kull skola, kemm dawk primarja, sekondarja, sixth form kif ukoll dawk l-iskejjel bhal dik ta' drama, tal-mużika u MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant rigward l-iskejjel tal-istat f'Għawdex hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-għadd ta' lecturers fl-MCAST Għawdex huwa ta' 26.
Għawdex – skejjel — numru ta’ Learning Support Assistants
Question
Jista’ l-Ministru kemm hu n-numru ta’ Learning Support Assistants f’Għawdex u kif inhuma maqsumin f’kull skola, kemm dawk primarja, sekondarja, sixth form, kif ukoll dawk l-iskejjel bħal dik tad-drama, tal-arti, tal-mużika u MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant rigward l-iskejjel tal-istat f'Għawdex hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li ġewwa l-MCAST fiċ-Ċentru għal Għawdex (MCAST, Gozo Centre) hemm żewġ Learning Support Assistants.
Għawdex – skejjel — xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola f'Għawdex liema xogħol ta' manutenzjoni jew estensjoni sar minn Marzu 2013 sal-aħħar ta' Ġunju 2014? F'kull każ, jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan ix-xogħol ta' manutenzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li x-xogħol ta’ manutenzjoni jew estensjoni li sar f’kull skola f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014 u n-nefqa fuq dan ix-xogħol kienu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista ma tinkludix ix-xogħol ta’ natura minuri li jinqala’ minn jum għal jum.
Għawdex – skejjel – allokazzjoni ta’ fondi għall-manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena skolastika, ċjoè dik bejn Settembru 2013 u Ġunju 2014, kemm kienet l-allokazzjoni li ngħatat kull skola f'Għawdex biex tintnefaq fuq l-bżonnijiet ta' kuljum u manutenzjoni ta' natura ordinarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-allokazzjoni li ngħatat kull skola f’Għawdex biex tintnefaq fuq il-bżonnijiet ta’ kuljum u manutenzjoni ta’ natura ordinarja kienet kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni għas-snin 2013 u 2014 qed jingħataw separatament għaliex il-fondi jiġu mqassma għal sena kalendarja.