Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-kors qed isir fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex matul is-sena akkademika li bdiet f’Ottubru 2014? Fl-liema sena wasal kull kors u kemm hu n-numru ta’ studenti li qed jattendu għal kull kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-korsijiet li qed isiru fiċ-Ċentru tal-Università ta’ Malta f’Għawdex matul is-sena akkademika li bdiet flimkien mas-sena tal-kors kif ukoll in-numru ta’ studenti għal kull sena huma kif se nsemmi:
- Diploma in Commerce (l-Ewwel Sena) - 10 studenti
- Diploma in Commerce (it-Tieni Sena) - 5 studenti
- Bachelor of Commerce (it-Tieni Sena) - 6 studenti
- Post Graduate Diploma in Educational Leadership (it-Tieni Sena) - 40 student
- Diploma in Facilitating Inclusive Education (it-Tieni Sena) - 40 student
- Master of Science in Sustainable Energy – 2 studenti (dan il-kors huwa fuq bażi ta’ riċerka, jiġifieri ma jkunx hemm lekċers)
Il-korsijiet offruti fiċ-Ċentru t’Għawdex permezz ta’ video-conferencing huma:
- MBA (Executive) (l-Ewwel Sena) - 7 studenti
- MBA (Executive) (it-Tieni Sena) - 3 studenti
- Higher Diploma in Public Accounting and Finance (it-Tieni Sena) - 6 studenti
Anniversarju tal-Ħamsin Sena mill-Indipendenza — tiżjin f’Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10896, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskuża li ma sarx tiżjin f’Għawdex fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-Indipendenza għax kien hemm xogħol għaddej fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex, tapplikax ukoll għal Triq ir-Repubblika u Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, fejn f’kull Jum Nazzjonali jsir tiżjin u dwal tal-okkażjoni iżda f’dan l-anniversarju, li skont il-Ministru fir-risposta, kienu ċelebrazzjonijiet kbar u denji, ma sar xejn?
Response (REFALO, ANTON)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-50 anniversarju tal-Indipendenza kien iċċelebrat kif jixraq mill-poplu kollu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini l-ġdid tal-Qorti għal Għawdex li ġie mħabbar sena ilu fil-budget għas-sena 2014? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jintuża dan il-Qorti ġdid f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11358. Dwar it-tieni parti it-tlestija tiddependi mill-eżitu ta’ diversi proċeduri fosthom il-konsultazzjoni pubblika li għaddejja bħalissa.
Għawdex – proġett tal-yacht marina u cruise liner berth/terminal
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi dik il-kumpanija jew konsorzju li ssottometta l-interess biex jagħmel yacht marina u cruise liner berth/terminal f'Għawdex? Liema postijiet ġew indikati minn din il-kumpanija jew konsorzju biex fihom isiru dawn il-proġetti? In vista tal-fatt li kien hemm bidder wieħed biss, il-Gvern ser ikompli miexi ma’ dan il-bidder jew ser jerġa’ jiftaħ is-sejħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex f'Għawdex jinfetaħ l-ewwel casino u dan in vista tal-fatt li din kienet wegħda elettorali għal Għawdex? Meta mistenni jibda jopera dan il-casino f' Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jesplora l-possibiltajiet kollha sabiex dan iseħħ.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-wegħda tal-Gvern li jkun hemm fast ferry service bejn Malta u Għawdex? Meta mistenni jibda jopera dan is-servizz u min ser ikun qed joperah? Minn fejn sa fejn ser jopera u f’liema ħinijiet tal-ġurnata? Ser ikun servizz għall-passiġġieri biss jew ser jinkludi wkoll vetturi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jesplora l-possibiltajiet sabiex dan iseħħ.
Helicopter/ajruplan fixed wing bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibda jopera helicopter jew ajruplan fixed wing bejn Malta u Għawdex? Meta mistenni li jibda dan is-servizz mwiegħed minn dan il-Gvern?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jagħmel l-istudji kollha neċessarji u relattivi għal u li jippreċedu, tali proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-iskola tal-arti tneħħiet minn Għajnsielem, x’ser isir fuq l-isem tal-istess skola? L-isem Skola tal-Arti Wistin Camilleri ser jinżamm? X’ser isir mill-monument ta’ Wistin Camilleri li kien hemm fl-istess Skola tal-arti f’Għajnsielem u li sal-lum għadu fl-istess post, li issa jifforma parti mill-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba li issa nbidel il-kunċett tal-iskola, ċ-ċentru l-ġdid fix-Xewkija se jkun jismu School for Visual and Performing Arts, Gozo. Il-monument lill-pittur Wistin Camilleri se jibqa’ fejn jinsab bħalissa. L-MCAST ħa ħsieb li l-istatwa tinżamm fi stat tajjeb waqt il-proċess ta’ rinovazzjoni tal-campus il-ġdid f’Għajnsielem.
Għawdex – Nadur — ħitan imwaqqa’ fi Triq Għajn Qasab
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġu msewwija numru ta' ħitan li waqgħu bil-maltemp fl-aħħar sentejn fi Triq Għajn Qasab (it-triq li twassal għall-bajja tar-Ramla) fin-Nadur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jingħataw it-taħriġ il-Pulizija Għawdxin u għaliex dan it-taħriġ ma jsirx f’Għawdex stess bħalma kien isir qabel?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-taħriġ tal-in-service din id-darba għandu format differenti minn dak li kien isir fil-passat u żdied fil-livell, u peress li l-iskariġġ tal-uffiċċjali li qed jiġu mgħajta għal dan it-taħriġ hu limitat għal ġurnata waħda, hu minnu li s-sistema preżenti hi aktar vjabbli u titlob li dan it-taħriġ isir fl-Akkademja tal-Pulizija, milli jsir f’Għawdex, kif sar fi ftit okkażżjonijiet fil-passat, però qed tibqa’ tiġi studjata l-possibiltà li t-taħriġ isir f’Għawdex stess.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' Triq Sannat fis-Sannat, Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-dokument tal-offerta qiegħed jiġi pproċessat mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tkun tista’ tiġi ppublikata l-offerta. Ix-xogħol isir skont l-eżitu tal-offerta.
Ministeru għal Għawdex – allowance għall-kwalifiki
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10874, jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm kien hemm talbiet minn impjegati fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li talbu biex jieħdu allowance għal xi kwalifiki li għandhom u li din ġiet miċħuda? F’kull każ għaliex it-talba ġiet miċħuda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kien hemm 16 il-talba għal-Qualification Allowance. Minn dawn tlieta ġew miċħuda. F’żewġ każijiet l-uffiċjali kkonċernati kienu fi Grad ta’ Skala 5 u skont il-provedimenti tal-PSMC mhux permess li titħallas Allowance f’dik iċ-ċirkustanza. Fil-każ l-ieħor l-kwalifika preżentata ma kinitx relevanti max-xogħol tal-impjegat li preżenta t-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini ta’ Qorti ġdid f’Għawdex li sena ilu l-Gvern kien ħabbar fil-budget għal din is-sena kurrenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejja il-konsultazzjoni pubblika fuq l-għażla tas-sit kif mitlub fil-Pjan Lokali.
Għajnsielem Għawdex -Pavimentar tal-Pjazza tas-Santwarju
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-ftehim li għamel mal-Kurja t'Għawdex u/jew il-Parroċċa t'Għajnsielem fuq l-għajnuna li ser tingħata biex isir il-pavimentar tal-Pjazza tas-Santwarju f'Għajnsielem? Kemm ser tkun l-għajnuna li ser jagħti l-Gvern? Min ser joħroġ l-ammont rikjest biex isir il-proġett kollu? Xi pjanti ser jintużaw għal dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Gvern mistenni jinvesti mija u sitt elef Ewro (€106,000) għall-kommunità ta’ Għajnsielem. Dan l-ammont mistenni jkopri parti mill-ispejjeż tal-proġett msemmi. Il-pjanti li ser jintużaw huma dawk imfassla mill-Parroċċa.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern dwar il-pensjonijiet għas-snin li ġejjin? Il-Ministeru tiegħu ser jimxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport tal-Kumitat li kien immexxi mis-Sur Spiteri Gingell, liema rapport tfassal minn numru t'esperti wara xhur twal ta' konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien li hu kien Ministru u anke qabel, minkejja li l-Gvern ta’ dak iż-żmien kellu dan ir-rapport quddiemu sa minn Dicembru 2010, kważi ma mplimenta ebda rakkomandazzjoni li saret fih. B’konsegwenza ta’ dan, meta l-Pensions Strategy Group li waqqaf il-Gvern preżenti f’Gunju 2013 reġa eżamina dawn ir-rakkomandazzjonijiet sab li tant intilef żmien prezzjuż li kellu jerġa’ jibda x-xogħol mill-ġdid. Dan il-Grupp issa kważi temm il-ħidma tiegħu fuq it-tfassil tal-istrateġija tal-pensjonijiet u din se tkun qed titħabbar dalwaqt.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isiru f’Għawdex min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex bejn l-ewwel t’Ottubru 2014 u l-aħħar ta’ Diċembru 2104? F’kull każ kemm ser tkun l-ispiża u x’tip ta’ xogħol ser isir fuq kull triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel t’Ottubru 2014 u l-aħħar ta’ Diċembru 2014 huwa ppjanat li jimbeda x-xogħol fuq Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħlijiet jinkludu tiġdid tas-servizzi tal-ilma kif ukoll wiċċ ġdid ta’ tarmak bi stima ta €411,860
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru issa l-korsijiet kollha li kienu jsiru fl-Iskola tal-Arti li sa ftit xhur ilu kienet f’Għajnsielem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet tal-arti li kienu jsiru f’Għajnsielem issa qed isiru fiċ-Ċentru għall-Arti Viżwali u Performattiva li nfetaħ fix-Xewkija. Il-korsijiet tal-crafts qed isiru fil-workshops tal-MCAST f’Għajnsielem, fiċ-Ċentru għat-Tagħlim tal-Adulti li hemm fil-bini tas-Sixth Form tar-Rabat Għawdex, fil-kunsilli lokali, kif ukoll f’erba’ skejjel primarji: Ta’ Sannat, in-Nadur, ir-Rabat u x-Xagħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir mill-iskola tad-drama li sa ftit ilu kienet fin-Nadur? X’sar mill-korsijiet li kienu jsiru f’din l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet li kienu jsiru fl-iskola tad-Drama fin-Nadur issa qed isiru fiċ-Ċentru l-ġdid tal-Arti Viżwali u Performattiva li nfetaħ fix-Xewkija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-apparat li kien hemm fl-Iskola tal-Arti li sa ftit ilu kienet f’Għajnsielem u li kien ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Kien hemm apparat li ma jistax jiġi trasferit lejn skola oħra u għalhekk ser jispiċċa l-użu tiegħu? Jekk iva, kemm kien il-valur ta’ dan l-apparat? Ser ikun hemm obbligu li tingħata rifuzjoni tal-ko-finanzjamanet li kien sar għalih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-apparat kollu mixtri mill-fondi tal-Unjoni Ewropea jinsab fil-workshops tal-MCAST biex ikompli jintuża kemm mill-istudenti tal-MCAST matul il-jum kif ukoll mill-istudenti adulti għal korsijiet organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Dawk li jħallu l-iskola kmieni.