Direttorat għal Proġetti u Żviluppi – inizjattivi favur is-settur agrikolu f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-miżuri, inizjattivi u proġetti li nħarġu mill-10 ta’ Marzu 2013 ’l hawn mid-direttorat għall-Proġetti u Żviluppi (sezzjoni agrikoltura) li hemm fil-Ministeru tiegħu bil-għan li jittejjeb is-settur agrikolu f’Għawdex? Kemm swiet kull inizjattiva, miżura jew proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li:
· Saru korsijiet dwar l-użu sostenibli tal-Pestiċidi fl-Agrikoltura lill-ħaddiema tad-direttorat u l-bdiewa li wasslu għall-għoti ta’ liċenzja lill-partiċipanti biex dawn ikunu jistgħu jużaw il-pestiċidi bi spiża ta’ €1,080.
· Saru sessjonijiet ta’ informazzjoni għal-bdiewa fuq konservazzjoni fl-agrikolutra, fuq il-mard tad-dwieli u fuq metodi naturali ta’ sterilizzar tal-ħamrija fis-serer bi spiża ta’ €922.22. Saret ukoll laqgħa flimkien mad-Dipartiment tal-Agrikoltura dwar l-użu tan-nitrati fl-agrikoltura.
· Ingħataw servizzi ta’ pariri tekniċi lill-bdiewa b’mod regolari.
· Għaddejja riċerka fuq metodi naturali ta’ sterilizzar tal-ħamrija bi spiża ta’ €2748.19.
· Ingħatat għajnuna lill-bdiewa għat-trasport ta’ prodotti agrikoli lejn Malta bi spiża ta’ €41,547.30
Ix-Xewkija — Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie magħżul biex imexxi ċ-Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva li nfetaħ fix-Xewkija? Saret sejħa? Kemm applikaw? Xi kwalifiki għandha l-persuna magħżula? X’sar mill-persuni li kienu jmexxu l-iskola tad-Drama fin-Nadur, li issa ngħalqet, u l-iskola tal-Arti f’Għajnsielem, li issa ngħalqet ukoll?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hemm għalliema fil-kariga ta’ officer-in-charge li qed tmexxi t-taqsima tal-mużika fix-Xewkija. Ma saret l-ebda sejħa speċifika għal min se jmexxi ċ-Ċentru għalissa. Bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet għal Part-Time adult educators li tinkludi wkoll sejħa għal koordinaturi. Mill-applikanti għal din l-aħħar kariga se tintagħżel persuna sabiex tkun koordinatur tat-taqsima tal-arti u d-drama. L-iskola tad-Drama li kienet fin-Nadur kienet immexxija minn koordinatriċi part-time u li tat ir-riżenja tagħha minn jeddha nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru 2014. L-iskola tal-Arti u l-Artiġġjanat f’Għajnsielem kienet titmexxa minn għalliem fil-kariga ta’ officer-in-charge. Din il-persuna llum qed tagħmel xogħol fl-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex.
Ix-Xewkija – Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva — korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors hemm preżentament fiċ-Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva tax-Xewkija u kemm hemm studenti li qed isegwu kull kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fl-Iskola Għawdxija tal-Arti Viżiva u Performattiva infetħu total ta’ 102 korsijiet f’livelli differenti fl-oqsma tal-Arti, Drama u Mużika għas-sena tat-tagħlim 2014/2015.
It-total ta’ applikanti għal dawn il-korsijiet huwa ta’ 1206 imqassma kif gej: 225 irreġistraw għal korsijiet tad-Drama, 445 irreġistraw għal korsijiet tal-Arti, u 536 irreġistraw għal korsijiet tal-Mużika.
Ir-Rabat Għawdex – Triq Ninu Cremona — resurfacing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex parti minn Triq Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex reġgħet ġiet miftuħa wara li kienet ġiet resurfaced riċentament mill-Ministeru tiegħu? Dan riżultat tal-fatt li meta ġiet resurfaced din it-triq ma ġewx mibdula s-servizzi fl-istess triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li Triq Ninu Cremona infetħet biex isiru tiswijiet ta’ ħsara kkawżata minn pressa żejda fil-main tal-ilma minħabba li ngħalqet parti mid-distribuzzjoni fi pjazza Savina. Jiena nfurmat ukoll li qabel ma ġiet resurfaced din it-triq ġew mibdula is-servizzi tad-djar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-intake ta’ studenti residenti f’Għawdex għal kull kors li beda din is-sena fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa? Għal kull kors, jista’ l-Ministru jgħid dawn l-istudenti, kemm nisa u kemm irġiel, mil-liema lokalitajiet f’Għawdex ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu kemm hemm impjegati li qed jagħmlu xogħol bit-telework? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b’xahar minn mindu ġiet introdotta din il-miżura family friendly fis-settur pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm impjegati li għamlu talba għall-qualification allowance u din it-talba ġiet irrifjutata? F’kull każ għaliex it-talba ġiet irrifjutata? F’liema dipartimenti qed jew kienu jaħdmu dawn l-impjegati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11357.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm ġew ingaġġati persuni f’pożizzjonijiet f’dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Liema huma dawn il-po¿izzjonijiet? Min huma l-persuni li issa qegħdin jokkupaw kull pożizzjoni li nħarġet fil-perjodu indikat? X’inhu l-pakkett finanzjarju (salarju fis-sena, allowances eċċ.) marbut ma’ kull pożizzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-Kriminoloġija li kellu jibda fiċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex fil-bidu ta’ din is-sena akkademika fil-fatt ma bediex? X’kienu r-raġunijiet għal dan u min ħa d-deċiżjoni li ma jsirx?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università rċeviet tmien applikazzjonijiet għall-kors tal-Kriminoloġija li kellu jibda fiċ-Ċentru tal-Universita` f’Għawdex. Waħda minn dawn l-applikanti għażlet li ssegwi kors ieħor. B’hekk in-numru ta’ applikanti għal dan il-kors niżel għal sebgħa.
L-uffiċċju tal-Finanzi tal-Universita` iddetermina li dan in-numru kien baxx wisq biex l-Universita` tibda dan il-kors f’Għawdex u dawn kollha ġew offruti post fuq il-kors li beda Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-iskema Greener and Cleaner? Kemm mill-mija u sitta u sittin parteċipant li kienu qed jitħarrġu b’din l-iskema sabu xogħol permanenti fi tmiem din l-iskema li skont risposta għall-mistoqsija parlamentari 10036 kien fl-20 ta’ Settembru 2014? Kemm mill-parteċipanti għadhom sal-lum jirreġistraw għax-xogħol? Kemm mill-parteċipanti reġgħu ġew impoġġija f’xi skema oħra simili wara d-data tal-20 ta’ Settembru 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-166 parteċipant li tħarrġu taħt l-iskema Greener and Cleaner f’Għawdex u li ntemmet fl-20 ta’ Settembru 2014, disa’ parteċipanti sabu xogħol, 127 parteċipant għadhom jirreġistraw għax-xogħol sal-lum u 30 parteċipant temmew l-iskema u m’għadhomx jirreġistraw. Mill-127 parteċipant li għadhom jirreġistraw, erbgħa ġew impoġġija fil- Community Work Scheme.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11268 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ir-rapport li kellha tagħmel il-kumpanija Ċiniza dwar il-pont bejn Għawdex u Malta u dan in vista li r-rapport kellu jkun lest fi żmien sena u dan il-perjodu ilu li għadda? Jista' jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, dejjem jekk hu lest?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi rapport għad irid jiġi finalizzat. Dan minħabba li l-iskop tal-istess rapport ġie mwessa’ sabiex jinkludi numru ta’ alternattivi oħra għal dan il-proġett.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11269, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema lokalitajiet f’Għawdex kienu l-applikazzjonijiet ġodda li ġew validati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp f’Għawdex matul l-ewwel disa’ xhur (Jannar – Settembru) ta’ kull sena mis-sena 2011 sas-sena kurrenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11517, tabella anessa turi kemm ġew validati applikazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal żvilupp f'Għawdex matul l-ewwel disa’ xhur (Jannar - Settembru) ta' kull sena, mis-sena 2011 sas-sena kurrenti miġbura skont il-kunsill lokali relevanti.
Year
Local Council
2011
2012
2013
2014
Total
Fontana
8
7
10
16
41
Ghajnsielem
22
26
36
41
125
Gharb
17
24
17
23
81
Ghasri
10
12
12
3
37
Kercem
9
16
24
19
68
Munxar
18
11
12
9
50
Nadur
31
37
35
44
147
Qala
23
23
22
17
85
Rabat (Gozo)
35
55
54
61
205
San Lawrenz
7
6
6
4
23
Sannat
23
18
17
9
67
Xaghra
27
41
53
47
168
Xewkija
18
29
38
39
124
Zebbug (Gozo)
20
31
28
31
110
Total
268
336
364
363
1,331
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11270, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema lokalitajiet f’Għawdex saru l-avviżi ta’ infurzar mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Iżvilupp f’Għawdex matul l-ewwel disa’ xhur (Jannar – Settembru) ta’ kull sena, mis-sena 2011 sas-sena kurrenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija kif gej:
Local Council
Jan - Sep 2011
Jan - Sep 2012
Jan - Sep 2013
Jan - Sep 2014
Fontana
4
0
0
1
Ghajnsielem
21
7
3
7
Gharb
2
2
2
0
Ghasri
1
3
1
0
Kercem
8
1
1
2
Munxar
4
0
1
0
Nadur
9
2
3
6
Qala
6
3
7
5
Rabat
9
8
1
6
San Lawrenz
4
1
1
5
Sannat
10
1
0
1
Xaghra
15
3
2
6
Xewkija
7
2
5
9
Zebbug
11
2
5
8
111
35
32
56
Ministeru għal Għawdex – persuni fuq contract of service
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10873, jista’ l-Ministru jgħid il-25 persuna li ġew ingaġġati fuq contract of service fil-Ministeru għal Għawdex, għal perjodi li jvarjaw bejn erba’ xhur u sitta u tletin xahar, f’liema uffiċċju jew sezzjonijiet tal-Ministeru qed jaqdu dmirhom, u f’liema karigi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mina jew bridge bejn Malta u Għawdex – referendum fost l-Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jekk għadux beħsiebu jsejjaħ referendum fost l-Għawdxin biex jagħżlu jekk jippreferux mina jew bridge bejn Malta u Għawdex, u dan peress li għaddew aktar minn ħmistax-il xahar u minn dakinhar sal-lum ma’ ssemma xejn iżjed fuq dan ir-referendum?
Response (REFALO, ANTON)
l-Gvern bħalissa għaddej bl-istudji sabiex l-istess Gvern ikun jista’ jieħu d-deċiżjoni infurmata dwar il-possibilita’ ta’ bini ta’ pont jew mina bejn Malta u Ghawdex. Dan minħabba li l-iskop tal-istess rapport ġie mwessa’ sabiex jinkludi numru ta’ alternattivi oħra għal dan il-proġett.
Titjiriet scheduled bejn Malta u Għawdex – sejħa għall-expression of interest
Question
Jista' l-Ministru, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jgħid jekk inħarġitx is-sejħa għal expression of interest biex ikun hemm titjiriet scheduled bejn Malta u Għawdex, issa li għaddew ħmistax-il xahar minn meta kien ħabbar din l-intenzjoni? Jekk ħarġet din is-sejħa x'interess kien hemm u fiex wasal il-proċess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jagħmel l-istudji kollha neċessarji u relattivi għall-fini li nvaraw tali proġett.
Servizz ta’ fast catamaran bejn Għawdex u Malta u bejn Għawdex u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jgħid kemm kien hemm kumpaniji jew persuni li wrew interess li joperaw fast catamaran bejn Għawdex u Malta u bejn Għawdex u Sqallija, u dan peress li dakinhar kien qal li nħarġet din is-sejħa u issa li għaddew 15-il xahar ma ssemma xejn iżjed? Fiex wasal il-proċess biex jibda dan is-servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-imsemmi artiklu ġejt kwotat ħazin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rapport fuq l-bridge bejn Malta u Għawdex li kellu jsir mill-kumpanija Ċiniża tlestiex u dan peress illi meta ġie ffirmat il-ftehim ma’ din il-kumpanija fl-14 ta' Ġunju 2013 kien ntqal li dan kellu jkun lest fi żmien ħmistax-il xahar? Jekk dan ir-rapport tlesta, jista' jpoġġi kopja tiegħu jew tal-inqas il-konklużjonijiet tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu mhux lest, meta hu maħsub li jitlesta dan ir-rapport?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tender dwar il-fattibilità ta' mina bejn Malta u Għawdex inħariġx u dan peress li l-Prim Ministru fi stqarrija ministerjali tat-18 ta' Ġunju 2013 kien informa lil dan il-Parlament li fuq parir tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ministeru tal-Infrastruttura l-Gvern kien iddeċieda li jkompli bl-istudji mibdija mill-Gvern preċedenti u jmur għal studju ta’ fattibilità li skont dik l-istqarrija t-tender għalih kellu jinħareġ sal-aħħar tas-sena 2013? Jekk inħareġ dan it-tender fiex wasal il-proċess, u jekk le, meta hu mistenni li jinħareġ dan it-tender?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.