Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fis-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha diġa ingħatat b’mod estensiv mal-għeluq tal-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-rijallinjament tal- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
M’għandi xejn xi nżid ma’ dak li diġa ġie ampjament iddikjarat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-konsorzju li ngħata l-kuntratt ta’ konsulenza li jaqbeż it €350,000 biex jiġi kkreat digital hub f’Għawdex? Kif ingħata dan il-kuntratt u x’tip ta’ rapporti jridu jitħejjew?
Gozo Channel –– sistema ta’ arja kundizzjonata — manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi għall-manutenzjoni u tiswija ta’ arja kundizzjonata tuża l-Gozo Channel? Kif ingħata dan il-kuntratt? Lil liema kumpanija jew individwu ngħata u kemm hu l-ħlas għall-istess servizzi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni tal-apparat tal-arja kundizzjonata ssir mill-membri tal-ekwipaġġ stess. F’każi fejn ikun bżonn iktar għajnuna l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd tqabbad diversi kumpaniji u ndividwi biex jagħmlu tali manutenzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kumpaniji u ndividwi li l-kumpanija qabdet biex jagħmlu dan ix-xogħol minn Marzu 2013 sallum.
L-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub biex jagħmel riferenza wkoll għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 10442 u 10443.
Għawdex – Yacht Marina u Cruiseliner berth/terminal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema hi dik il-kumpanija jew konsorjzu li ssottometta l-interess biex jagħmel yacht marina u cruise liner berth/terminal f’Għawdex? Liema postijiet ġew indikati minn din il-kumpanija jew konsorzju biex fihom isiru dawn il-proġetti? In vista tal-fatt li skont esponenti tal-Gvern stess kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal li hemm interess kbir, il-Gvern se jkompli miexi ma’ dan il-bidder jew se jerġa’ jiftaħ is-sejħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sottomissjoni li daħlet, kienet Kala Marine Development Consortsium li qiegħda tiġi evalwata mill-Evaluation Committee fi ħdan il-Privatisation Unit, u għaldaqstant il-Ministeru għal Għawdex mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti aktar dettalji f'dan l-istadju.
Helicopter/ajruplan fixed-wing bejn Malta u Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11497, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel l-istudju dwar il-proġett ta’ helicopter jew ajruplan fixed-wing bejn Malta u Għawdex u Għawdex u Sqallija? Kif intgħażel min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jiswa? Min qiegħed jagħmel dan l-istudju x’termini ngħata biex jistudja dwarhom? Min intgħażel biex jagħmel dan l-istudju, ingħata data li fiha jrid ilesti dan l-istudju, u jekk iva, sa meta jrid ilestih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ żewġ sejħiet għall-offerti għal dawn l-istudji. L-għoti tal-kuntratt ingħata lill-orħos offerta - is-Socio Economic Impact Assessment lil Pricewaterhouse Coopers b’valur ta’ Euro 40,427 u l-Feasibilty Study lil Grant Thornton b’valur ta’ Euro 8,850, biż-żewġ studji jimxu skont l-iskeda ppjanata.
Għajnsielem Għawdex — Pavimentar tal-Pjazza tas-Santwarju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11272, in vista tal-fatt li f’Jum il-Festa tal-Madonna ta’ Loretu, waqt il-quddiesa tal-festa, il-Ministru fuq l-altar ippreżenta ċ-ċekk lill-arċipriet tal-parroċċa ta’ Għajnsielem, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta’ €106,000 lill-parroċċa ta’ Għajnsielem huwiex diġà mħallas kollu jew inkella parti minnu, peress li dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim li ġie ffirmat mal-parroċċa ta’ Għajnsielem fuq dan il-proġett li se jiġi kofinanzjat minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru ngħatax kopja tal-pjanti tal-proġett u jekk dawn il-pjanti ġewx sottomessi lill-MEPA? Jista’ jpoġġi l-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra? Fil-ftehim li sar, ġie stipulat sa meta għandu jitlesta dan il-proġett u x’regolamenti ta’ tendering se jintużaw stante li hemm fondi pubbliċi involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li tħallas €50,000, li l-pjanti huma pubbliċi, u li l-Parroċċa hi responsabbli mill-permessi, li tikkonkludu l-proġett fl-iqsar żmien possibbli u li tosserva l-ispirtu tal-Avviż Legali 296/2010. Il-ftehim qed jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Ara dokument PL3709 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 f'Seduta 199)
Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu assenjati matul ix-xhur li kienu fl-iskema l-ħaddiema li kienu fl-iskema ‘Ħaddar u Sebbaħ’? Kemm kien hemm ħaddiema minn din l-iskema ma’ kull dipartiment? Liema huma x-xogħlijiet li twettqu minn dawn il-166 ħaddiem fix-xhur tal-iskema? Kemm swiet din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tezisti l-ebda skem bit-titlu 'Haddar u Sebbah'
Ministeru għal Għawdex – għajnuna finanzjarja – korsijiet fl-Università f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum kemm-il darba l-Ministeru għal Għawdex ta għajnuna finanzjarja biex ikun jistgħu jin¿ammu korsijiet Universitarji fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex? F’liema snin ingħatat din l-għajnuna, u għal-liema korsijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ta għajnuna finanzjarja kull sena mis-sena 2000 sal-lum. Informazzjoni dwar dawn l-għajnuniet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11496, jista’ l-Ministru jgħid x’possibilitajiet qed jesplora biex ikun hemm fast ferry service bejn Għawdex u Malta? Fiex waslet din l-esplorazzjoni, u kemm se jdum jesplora l-Ministeru għal Għawdex? Jikkonferma li f’laqgħat li saru dan l-aħħar is-segretarju permanenti fil-Ministeru tiegħu qal li dan il-proġett imwiegħed qabel l-elezzjoni mill-Gvern issa ġie scrapped u mhux se jsir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija diġa' fil-Parlament għall-mistoqsija parlamentari 11496.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti f’kull skola primarja u sekondarja ġewwa Għawdex, kemm dawk tal-istat kif ukoll dawk tal-Knisja? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema u LSAs f’kull waħda minn dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11516, issa ladarba r-rapport dwar il-pont bejn Malta u Għawdex li kellu jitlesta minn kumpanija Ċiniża blacklisted baqa’ ma tlestiex fil-ħin mogħti mill-Gvern stess, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta dan ir-rapport? Il-Gvern għandu mira meta jrid li jkun għandu dan ir-rapport? Din id-data ngħatat lill-kumpanija Ċiniża jew inkella din ingħatat iż-żmien kollu li trid biex tlestih?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11516, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-alternattivi l-oħra għal pont bejn Malta u Għawdex li se jiġu inklużi fir-rapport li qiegħed isir mill-kumpanija tal-Gvern Ċiniż li hija blacklisted? Dan ifisser li l-kumpanija waslet għall-konklużjoni li pont mhux fattibbli u allura qed tistudja alternattivi oħra? Jista’ jgħid kemm-il darba rappreżentati ta’ din il-kumpanija tal-Gvern Ċiniż kienu Għawdex biex iwettqu dan l-istudju u ma’ min ikkonsultaw? Saru laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders Għawdxin fuq dan l-istudju? Jekk iva, ma’ min u meta?
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-azzjonisti tal-kumpanija Gozo Channel u kemm hu n-numru ta’ shares ta’ kull azzjonist f’din il-kumpanija? Jista’ jgħid min hu s-segretarju tal-kumpanija Gozo Channel? Min huma l-awdituri interni tal-istess kumpanija u kif intgħażlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-azzjonisti tal-kumpanija Gozo Channel huma:
a. Malta Government Investments Limited - C 10175 - 1,410,849 issued shares (100% paid up)
b. Malta Investment Management Company Limited - C 9588 - 1 issued share (100% paid up)
Is-Segretarju tal-kumpanija Gozo Channel hi Dr. Mandy Farrugia LL.D. L-awdituri interni huma s-Sur Tony Coleiro, is-Sur Laurie Apap u l-Kaptan Mario Grech. Dawn kienu appuntati mill-Ministeru għal Għawdex, u approvati mill-
board
tal-Gozo Channel.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena u data bdew joperaw it-tliet vapuri tal-Gozo Channel: Ta’ Pinu, Malita u Gaudos? Minn meta bdew joperaw sal-lum, kemm-il darba dawn il-vapuri ddaħħlu għall-manutenzjoni regolari u f’liema sena sar dan għal kull wieħed minn dawn it-tliet vapuri? Fejn sar dan ix-xogħol kull darba? Jinżammu rekords ta’ dawn ix-xogħlijiet? Meta kienet l-aħħar darba li kull wieħed minn dawn it-tliet vapuri ddaħħal għall-manutenzjoni regolari? Hemm regoli li jistipulaw kull kemm żmien irid isir dan it-tip ta’ xogħol fuq dawn il-vapuri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fuq il-vapuri tal-Gozo Channel hemm numru ta’ viti tal-ilma fit-toilets tal-istess vapuri li ma jiffunzjonawx? Min hu responsabbli li dawn jitranġaw fl-iqsar żmien possibbli?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-'maintenance department' fi ħdan il-kumpanija Gozo Channel għamel il-verfiki neċessarji u minnhom irriżulta li 'is-sensor operated taps' kollha qegħdin jiffunzjonaw.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fil-Konsorzju li ngħata kuntratt ta’ konsulenza li jaqbeż it-€350,000 biex jiġi kkrejat digital hub f’Għawdex? Kif ingħata dan il-kuntratt u x’tip ta’ rapporti jridu jitħejjew?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Qorti tal-Appell ma tilħaqx tiddeċiedi r-rikors li għandha quddiema dwar ir-referendum fuq il-kaċċa, meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali? Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jiffissa data meta għandhom isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali matul is-sena 2015 biex ineħħi l-inċertezza, l-aktar fost dawk li se jikkandidaw ruħhom għal dawn l-elezzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda rikors pendenti dwar ir-referendum fuq il-kaċċa quddiem il-Qorti tal-Appell.
Direttorat għat-Turiżmu – iniżjattivi u proġetti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-miżuri, inizjattivi u proġetti li nħarġu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum mid-Direttorat għat-Turiżmu fi ħdan il-Ministeru tiegħu bil-għan li jippromwovi s-settur turistiku f’Għawdex? Kemm swiet kull inizjattiva, miżura jew proġett u mil-liema vot ġew imħallsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.