Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #12321 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Lokali f’Għawdex — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna li ngħatat lil kull kunsill lokali f’Għawdex mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal liema skop ingħatat kull għajnuna u minn liema vot ġiet mogħtija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qedha tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #12322 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pont bejn Malta u Għawdex — rapport

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11498, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun lest ir-rapport li qed isir mill-kumpanija tal-Gvern Ċiniż li hija blacklisted dwar il-possibilità ta’ pont bejn Malta u Għawdex? Jikkonferma l-Ministru li din il-kumpanija tat indikazzjoni lill-Gvern li dan il-pont jiġi jiswa madwar 750 miljun Euro? Jista’ jagħti lista ta’ stakeholders Għawdxin, bħall-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Association li ġew ikkonsultati minn din il-kumpanija u meta ġew ikkonsultati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposta li diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari 11498
Leg 12 PQ #12512 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Mental Health Community Services – lista ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12193 u ċjoè li hemm 92 persuna fil-lista ta' stennija biex jirċievu intervent psikoloġiku fil-Mental Health Community Services u 196 tfal fil-lista ta' stennija biex jirċievu intervent psikoloġiku fil-Child Guidance Clinic, jista' l-Ministru jispjega kif il-Gvern ma impjegax persuni ggradwati fil-masters in Clinical Psychology (pre-warrant) li qed jistennew li jinfetħu vakanzi ta' mpjieg, wara li t-taħriġ ta’ dawn l-istess persuni sewa lill-Gvern 'il fuq minn €9,000 kull persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is servizz tal-psikoloġi huwa rikonnexut bħala validissimu u bżonjuż biex tiġi ndirizzata d-domanda għal dan is-servizz f’diversi oqsma. Il-bżonn preżenti fil-Ministeru huwa ta’ Psikologi bil-warrant u mhux ta’ ‘Psychology Assistants’. Infatti l-Ministeru ħa l-passi neċessarji biex sakemm jiġu ngaġġatti aktar psikologi mal-Gvern, tinħareġ sejħa ta’ nteress għas-servizz tal-psikologi li ma jaħdmux mal-gvern, biex dawn joffru numru ta’ sigħat tas-servizz li s-servizzi tas-Saħħa Mentali inkluż iċ-Child Guidance Clinic. Din is-sejħa ħarġet fil-ġimgħat li għaddew u qed tiġi evalwata bl-għan li jkunu jistgħu jiżdiedu s-sigħat tas-servizz.
Leg 12 PQ #12513 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Psychologist – lista ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12194 u ċjoè fejn qal li hemm 260 student fil-lista ta' stennija għall-psikoloġi fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minħabba socio-emotional u/jew behavioural difficulites, jista' l-Ministru jispjega kif l-Gvern ma impjegax persuni ggradwati fil-masters in Clinical Psychology (pre-warrant) li qed jistennew li jinfetħu vakanzi ta' mpjieg, wara li t-taħriġ tagħhom sewa lill-Gvern 'il fuq minn €9,000 kull persuna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kif kien isir qabel, minħabba l-ftehim settorjali li kien hemm mal-Unjon tal-Psikoloġi (Malta Union of Professional Psychologists), il-Ministeru tal-Edukazzjoni kien jimpjega Educational Psychologists. Issa li bil-ftehim il-ġdid jistgħu jiġu impjegati psikologi oħra li mhux neċessarjament huma Education Psychologists mad-Direttorat tal-Edukazzjoni, id-Direttorat studja din il-possibbiltà. F’Marzu 2011 kienet ħarġet applikazzjoni għall-Clinical Psychologist imma d-Direttorat ma rċieva l-ebda applikazzjoni. F’Diċembru 2013 ħarġet sejħa għal Tender għas-servizzi ta’ Clinical Psychologist u fil-fatt minn Marzu 2014, persuna bdiet toffri s-servizzi tagħha permezz ta’ dan it-tender. Il-Clinical Psychologist hija kkwalifikata u warranted. F’Ġunju 2014 ġie wkoll trasferit Clinical Psychologist mid-Diviżjoni tas-Saħħa, li qiegħed fi grad maniġerjali. Dan qed jimmaniġġja l-iSchool Psychological Services iżda qiegħed ukoll jidħol f’każijiet individwali. Ma ġewx impjegati persuni oħra ggradwati fil-Clinical Psychology minħabba l-Capacity Building Exercise. Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-psikoloġi, inkluż Clinical Psychologists, tkun tista’ toħroġ fil-qrib wara li tingħata l-approvazzjoni tal-Capacity Building.
Leg 12 PQ #12515 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — dwal fuq il-monument

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-sistema ta' dwal li hemm mal-Monument ta' Dr. Anton Tabone fid-daħla tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex hi mitfija? Kemm ilha mitfija din is-sistema? Għaliex dan il-monument tħalla f’din is-sitwazzjoni? Min huwa responsabbli minn din il-manutenzjoni? Issir manutenzjoni tal-monumenti li hemm madwar Għawdex? Minn min issir? Jinżammu rekords ta’ dawn ix-xogħlijiet? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Medja tal-Kamra tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fuq kull monument li hemm f’Għawdex fl-aħħar sena u nofs?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab informat li l-Ministeru għal Għawdex ħa ħsieb li s-sistema tad-dawl li hemm mal-Monument ta’ Dr. Anton Tabone fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tiġi rranġata. Jiena nfurmat ukoll li ssir manutenzjoni ta’ monumenti madwar Għawdex f’postijiet pubbliċi minn ħaddiema tad-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp u f’ċerti każijiet jinvolvi entitajiet oħra. Barra minn xogħol fuq monumenti sar restawr fuq skulturi u strutturi ta’ valur storiku fosthom l-istatwa tas-Salvatur fuq l-għolja tal-Merzuq li ġiet irrestawrata wara snin sħaħ ta’ abbandun u ġiet ukoll mixgħula bi flood lights . Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet fuq manutenzjoni ta’ monumenti, skulturi u strutturi oħra li saru fl-aħħar sena u nofs.
Leg 12 PQ #12305 Sitting 202 2014-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat, Għawdex — Grawnd ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-subien - floodlights

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ġiex istallat dawl artifiċjali (floodlights) fil-grawnd li hemm ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-Subien fir-Rabat Għawdex minkejja l-wegħdiet ripetuti tal-Ministeru tiegħu li dan kien se jiġi stallat fi żmien qasir? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex wara nżul ix-xemx in-nursieries tat-tliet clus tal-futbol tar-Rabat Għawdex ma jkunux jistgħu jżommu t-taħriġ f'dan il-grawnd?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #12215 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Helicopter/ajruplan fixed-wing bejn Malta u Għawdex — rapport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11887, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-feasibility study dwar proġett ta’ helicopter jew ajruplan fixed wing bejn Malta u Għawdex li ngħata lil Grant Thornton ghas-somma ta’ €8,850 hux lest? Jekk mhux lest, meta hu mistenni jitlesta? Jekk lest, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-feasibility study qed jiġi finalizzat.
Leg 12 PQ #12268 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Chairman tal-Gozo Channel — pakkett finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju li qed jieħu ċ-Chairman tal-Gozo Channel inkluż karozza, mobile u perkaċċi oħra? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu l-awdituri interni li ġew mqabda mill-Ministeru għal Għawdex fuq l-istess kumpanija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mall-mistoqsija parlamentari numru 9584, għajr li s-salarju huwa hafna inqas minn ta qablu. Hemm 3 Awdituri Interni li 2 minnhom qed jaħdmu 30 siegħa fil-ġimgħa filwaqt li l-Awditur l-ieħor qed jaħdem 15-il siegħa fil-ġimgħa. Il-paga tagħhom hija l-massimu ta’ skala 9 jiġifieri €20,938 imħallsa pro rata.

Att dwar il-Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità f'Malta u Għawdex li abbażi tagħha se jiġi determinat kemm se jkun hemm kunsilliera fil-kunsilli lokali ai termini tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni ppublikata fil-gazzetta tal-Gvern skont l-Artikolu 73 tat-Taqsima VII tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, liema informazzjoni qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – Yacht Marina u Cruiseliner berth/terminal

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqisja parlamentari 11886 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema hi dik il-kumpanija jew konsorzju li ssottometta l-interess biex jagħmel yacht marina u cruise liner berth/terminal f'Għawdex? Liema postijiet ġew indikati minn din il-kumpanija jew konsorzju biex fihom isiru dawn il-proġetti? In vista tal-fatt li skont esponenti tal-Gvern stess kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal li hemm interess kbir, il-Gvern se jkompli miexi ma dan il-bidder jew se jerġa' jiftaħ is-sejħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li s-sottomissjoni li daħlet, KALA MARINE DEVELOPMENT CONSORTIUM, qegħdha tiġi evalwata mill-Evaluation Committee fi ħdan il-Privatisation Unit.
Leg 12 PQ #12274 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u se jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 12 PQ #12291 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex — gradwazzjoni ta’ studenti mill-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ studenti residenti f’Għawdex li se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2014? Kemm hu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti Għawdxin mit-total ta’ gradwati ta’ din is-sena? Jista’ jgħid f’liema oqsma se jiggradwaw u mil-liema lokalitajiet f’Għawdex ġejjin dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numri ta’ studenti Għawdxin li ser jiggradwaw matul Novembru/Diċembru 2014 maqsuma fuq il-lokalitajiet ta’ residenza kif ukoll fuq il-korsijiet rispettivi li temmew. In-numru ta’ gradwati Għawdxin jirrappreżentaw 8.4% mit-total ta’ gradwati għal din is-sena.
Leg 12 PQ #12055 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt tat-tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm u l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-tweġiba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #12193 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Mental Health Community Services – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija biex jaraw psychologist fil-Mental Health Community Services u fiċ-Child Guidance Clinic? Kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut biex jara psychologist f’dawn il-units jingħata l-appuntament u jibda l-intervent psikoloġiku meħtieġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Hemm 92 persuna fil-lista ta’ stennija biex jaraw psychologistfil-Mental Health Community Services. Fiċ-Child Guidance Clinic il-lista ta' stennija hija maqsuma skont l-urġenza tal-każ - 151 każ mhux urġenti u 45 każ urġenti. Iż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut biex jara psychologist f’dawn il-unitsjingħata l-appuntament u jibda l-intervent psikoloġiku meħtieġ fil-każ tal-adulti varja bejn ġimagħtejn għal sitt xhur, skont il-lokalità tal-Mental Health Clinic. Fil-każ tat-tfal iż-żmien ta' stennija jvarja skont l-urgenza tal-każ bejn 6 xhur sa sena u nofs. Każijiet urġenti ħafna jiġu kkonsidrati skont il-mertu tal-każ.
Leg 12 PQ #12194 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Psychologist – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija biex jaraw clinical psychologist għas-servizzi mogħtija mill-Ministeru tiegħu meta jiġu riferuti minħabba socio-emotional u/jew behavioural difficulties? Kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex dawn jingħataw appuntament u jibdew bl-interventi meħtieġa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti riferuti lill-psikologi fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minħabba socio-emotional u/jew behavioural difficulties u li qegħdin fil-lista ta’ stennija hu ta’ 260. Iż-żmien ta’ stennija jiddependi fuq in-natura u l-urġenża tal-każ kif ukoll fuq in-numru ta’ studenti fil-lista ta’ stennija. Bħalissa beda eżerċizzju biex jiġu indirizzati l-waiting lists.
Leg 12 PQ #12195 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq li twassal mix-Xewkija għall-Qala — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qed isiru fit-triq li twassal mix-Xewkija għall-Qala f’Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol? Liema kumpanija qed tagħmel dan ix-xogħol u kif ġiet magħżula? Kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol? Jaf il-Ministru li din it-triq xorta għadha tintuża għat-traffiku waqt li għaddej ix-xogħol u hemm perikli kbar għas-sewwieqa fosthom minħabba l-ħofor u t-tħarbit li hemm? X’qed isir biex jitneħħa dan il-periklu waqt li għaddej ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Il-proġett jikkonsisti fi tqiegħid ta’ 400mm pressure main minn Ħondoq sa ta’ Ta’ Ċenċ. Liema main se jkun qed jissostitwixxi l-main l-antik. Se jkunu qed jinbidlu wkoll l-konnessjoniet tal-ilma tad-djar, l-mains l-qodma fir-rotta kollha u se jkun qed jsir resurfacing tat-toroq. Dan ix-xogħol jkun konkluż sa l-aħħar tas-sena 2015. It-tender ġie ippublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kuntrattur magħżul hu GTE Joint Venture għal-ammount ta’ €4,155,056.67. Il-WSC qedgħin kontinwament jissorveljaw ix-xogħlijiet għab-bażi tar-regolamenti tal-Health and Safety.
Leg 12 PQ #12213 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skema Greener and Cleaner Gozo — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu assenjati matul ix-xhur li kienu fl-iskema l-ħaddiema li kien fl-iskema Greener and Cleaner Gozo? Kemm kien hemm ħaddiema minn din l-iskema ma’ kull dipartiment? Liema huma x-xogħlijiet li twettqu minn dawn il-166 ħaddiem fix-xhur tal-iskema? Kemm swiet din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #12214 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Helicopter/ajruplan fixed-wing bejn Malta u Għawdex — rapport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11887, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Social Economic Impact Assessment dwar proġett ta’ helicopter jew ajruplan fixed wing bejn Malta u Għawdex li ngħata lil Pricewaterhouse Coopers għas-somma ta’ €40,427, hux lest? Jekk mhux lest, meta hu mistenni jitlesta? Jekk lest, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Social Economic Impact Assessment qed jiġi finalizzat.

Mina bejn Malta u Għawdex – tender għal proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender dwar il-fattibilità ta’ mina bejn Malta u Għawdex inħariġx, u dan peress li l-Prim Ministru fi stqarrija ministerjali tat-18 ta’ Ġunju 2013, sena u erba’ xhur ilu, kien informa lil dan il-Parlament li fuq parir tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Gvern kien iddeċieda li jkompli bl-istudji mibdija mill-Gvern preċedenti u jmur għal studju ta’ fattibilità, li, skont l-istqarrija tal-Prim Ministru t-tender għalih kellu jinħareġ sal-aħħar tas-sena 2013? Jekk inħareġ dan it-tender, li suppost skont il-Prim Ministru nħareġ mill-inqas għaxar xhur ilu, fiex wasal il-proċess u jekk le, meta hu mistenni li jinħareġ dan it-tender?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9043.
Leg 12 PQ #11917 Sitting 199 2014-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Mina bejn Malta u Għawdex – tender għal proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender dwar il-fattibilità ta’ mina bejn Malta u Għawdex inħariġx, u dan peress li l-Prim Ministru fi stqarrija ministerjali tat-18 ta’ Ġunju 2013, sena u erba’ xhur ilu, kien informa lil dan il-Parlament li fuq parir tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Gvern kien iddeċieda li jkompli bl-istudji mibdija mill-Gvern preċedenti u jmur għal studju ta’ fattibilità, li, skont kif l-istqarrija tal-Prim Ministru, t- tender għalih kellu jinħareġ sal-aħħar tas-sena 2013? Jekk inħareġ dan it- tender , li suppost skont il-Prim Ministru nħareġ mill-inqas għaxar xhur ilu, fiex wasal il-proċess u jekk le, meta hu mistenni li jinħareġ dan it- tender ?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat għat-Trasport u l-Infrastruttura.