Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi tal-Unjoni Ewropea — toroq rurali f'Għawdex

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12516, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li mistenni jintefaq fuq toroq rurali f’Għawdex minn total ta’ €6 miljun li ġew allokati għal dan l-iskop minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Liema toroq rurali huma mistennija jsiru f’Għawdex u sa meta jrid jitlesta x-xogħol biex ma jintilfux dawn il-fondi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex hemm pjanat dan ix-xogħol; Triq il-Barbaġann, Qala €105,314.79 Triq il-Kalati Puniċi, Qala €107,770.35 Triq Aċċaturi, Xagħra €62,885.51 Ix-xogħol irid jitlesta sa Ġunju 2015.
Leg 12 PQ #12799 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

KWH ikkunsmati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fit-tliet setturi li ġejjin: a. domestiku; b. kummerċjali; u c. industrijali, bejn l-1t’ April 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fl-istess tliet setturi separatament għall-perjodu bejn l-1 t’April 2013 u l-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm kien il-cost kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li ngħata f’ kull wieħed miż-żewġ perjodi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #12800 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Università — Kors tal-Kriminoloġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12617, jista' l-Ministru jgħid għaliex la darba fis-snin preċedent dejjem ingħatat għajnuna finanzjarja mill-Ministeru tiegħu sabiex jinżamm kors tal-Kriminoloġija fiċ-ċentru tal-Università ta’ Għawdex din is-sena din l-għajnuna ma ngħatatx biex jerġa jibda dan il-kors f’Ottubru li għadda tant li dan il-kors ma sarx Għawdex ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li peress li n-numru ta' applikanti għal dan il-kors kien żgħir, ittieħdet id-deċiżjoni li ma jiftaħx għal din is-sena.

Bidder għall-Yacht Marina u Cruise liner terminal f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-persuni u/jew kumpaniji li jiffurmaw il-Kala Marine Developemnt Consortium li hu l-unika bidder għall-yacht marina u cruise liner terminal f'Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12619 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex – inizjattivi u proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11684, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li saru fl-2013 u fl-2014 mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex bħala promozzjoni t’Għawdex fis-suq internazzjonali? Kemm swiet kull inizjattiva? Liema kienu dawk il-fieri barra minn Malta li Għawdex ħa sehem fihom u kemm swiet il-parteċipazzjoni f’kull fiera?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra .
Leg 12 PQ #12613 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett taċ-Ċittadella f’Għawdex u meta mistenni jitlesta? Kemm inħarġu pagamenti s’issa fuq dan il-proġett u lil liema kuntratturi? Kemm kien l-ammont ta’ kull pagamenti? Kemm se tkun l-ispiża totali tal-proġett taċ-Ċittadella u kemm minn dan l-ammont hu mistenni li jkun ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej xogħol estensiv fuq il-komponenti kbar kollha tal-proġett taċ-Cittadella. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta lejn nofs is-sena d-dieħla. Lista ta’ pagamenti maħruġa tinsab fil-lista li qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-valur ta’ dan il-proġett huwa ta’ €14,584,500 (inkluża l-VAT). Ir-rata ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea huwa ta’ 85%.
Leg 12 PQ #12614 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti jew inizjattivi, barra dak taċ-Ċittadella, li bħalissa qed isiru f’Għawdex u huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? F’kull każ fejn wasal kull proġett jew inizjattiva u meta hu mistenni jitlesta? F’kull każ kemm se jiswa kull proġett jew inizjattiva u kemm minn dan l-ammont totali hu pproġettat li jkun ko-finanzjat minn fondi Ewropej?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba b’konnessjoni ma’ dawk il-proġetti jew inizjattivi li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li bħalissa qegħdin jiġu mplementati mill-Ministeru għal Għawdex. Rigward l-inizjattivi u proġetti ko-finazjati mill-fondi Ewropej li qegħdin jiġu mwettqa f’Għawdex minn entitajiet oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jagħti data definittiva meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fis-sena 2015? Ma jaħsibx li dan huwa nuqqas fil-konfront ta’ dawk kollha li jixtiequ jikkandidaw ruħhom għal dawn l-elezzjonijiet? Jista’ jgħid lil din il-Kamra x’informazzjoni ta mal-għeluq tal-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali li fiha ta d-data tal-istess elezzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa spjegajt ampjament li d-data se tiġi mħabbra hekk kif ikollna d-deċiżjoni tal- Qorti Kostituzzjonali u dan bil-għan li f’każ li l-Qorti tiddeċiedi li r-referendum jista jsir, allura r-referendum u l-elezzjonijiet lokali jsiru fl-istess ġurnata.
Leg 12 PQ #12616 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel f’Għawdex — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-ewwel ta’ Jannar 2014 sal-lum kemm kienet in-nefqa fil-manutenzjoni f’kull skola f’Għawdex? Jista’ jagħti breakdown ta’ kif intefqu dawn il-flus f’kull skola u liema xogħol sar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Matul ix-xhur tas-sajf sar xogħol kbir ta’ tisbiħ fl-iskola Primarja tax-Xagħra u fil-Middle School ġewwa r-Rabat, Għawdex.
Leg 12 PQ #12617 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Università — Kors tal-Kriminoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għas-sena skolastika 2014/2015 għadda għajnuna lill-Università ta’ Malta biex isir il-Kors tal-Kriminoloġija fiċ-Ċentru tal-Università t’Għawdex kif indika fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 11914? Jekk ingħatat din l-għajnuna, għaliex dan il-kors mhux qed isir f’Għawdex ukoll?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma mgħoddija lill-Universita’ ta’ Malta fis-sena 2014 kienet tkopri il-kors tal-Kriminoloġija għas-sena akkademika 2013/14 kif kien indikat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 11914.
Leg 12 PQ #12618 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex – inizjattivi u proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11684, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li saru fl-2013 u fl-2014 mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex bħala promozzjoni t’Għawdex fis-suq domestiku? Kemm swiet kull inizjattiva? Liema kienu dawk l-għaqdiet li ngħataw għajnuna minn dan il-vot biex jiġu organizzati attivitajiet f’Għawdex u kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #12607 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta’ studenti Għawdxin mit-total ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena 2000 sas-sena 2014, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġi ta’ studenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena 2000 sas-sena 2014, sena b’sena, huma kif ġej: Sena AkkademikaPersentaġġ ta’ gradwati Għawdxin 1999/06.29% 2000/15.69% 2001/26.15% 2002/37.43% 2003/47.91% 2004/57.22% 2005/67.74% 2006/78.95% 2007/810.43% 2008/911.19% 2009/1010.51% 2010/117.23% 2011/128.09% 2012/1310.47% 2013/149.20%

Għawdex – Yacht Marina u Cruiseliner berth/terminal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 12272 u ċjoè liema postijiet f’Għawdex ġew indikati mill-Consortium Kala Marina Development biex fihom isiru yacht marina u cruise liner berth/terminal? In vista tal-fatt li kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal minn esponenti tal-Gvern li kien hemm interess kbir għal dan il-proġett mill-privat, jista’ jgħid hux se jkompli miexi ma’ dan il-bidder jew jekk hux se jerġa’ jiftaħ is-sejħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.

Kumpaniji li jiffurmaw il-consortium għal yacht marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-persuni u/jew kumpaniji li jiffurmaw il-Kala Marine Development Consortium li huwa l-uniku bidder għal yacht marina u cruise linerterminal f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12608.
Leg 12 PQ #12610 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Chairman – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jagħti l-informazzjoni eżatta dwar kemm hu l-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li għandu ċ-Chiarman attwali tal-Gozo Channel? Ma jaħsibx li din hija informazzjoni li għandu jagħti lil din il-Kamra peress li dan iċ-Chairman qed imexxi kumpanija pubblika u allura qed jitħallas minn finanzi pubbliċi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iċ-Chairman tal-Gozo Channel għandu rwol ta’ Executive Chairman u għalhekk jitħallas € 30,000 fis-sena u għandu l-perkacci imsemmija, u cioe’ karozza tal-kumpanija, mobile tal-kumpanija, free travel pass u polza tal-assikurazzjoni personali. Jekk wieħed jipparaguna dan il-pakkett mal-pakkett li kellu ċ-Chairman tal-Gozo Channel fis-sena 2010, issib li l-pakkett taċ-Chairman presenti huwa madwar 25 elf Euro anqas minn dak taċ-Chairman tal-Gozo Channel fl-2010. Dan mingħajr ma wieħed jinsa bis-suċċessi li qed tirreġistra l-Gozo Channel Co.Ltd., taħt amministrazzjoni Laburista. Din il-kumpanija issa tinsab fid-direzzjoni t-tajba u nistqarr illi bi ħsiebna nerġgħu nġibu l-istess kumpanija fuq saqajjha.
Leg 12 PQ #12611 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – għażla tal-awdituri interni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula l-awdituri interni tal-Gozo Channel u min għażilhom? Kienet għażla diretta tal-Ministeru tiegħu jew inkella ġew magħżula mill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel stess? X’inhu r-rwol tal-istess awdituri interni? L-ispiża ta’ madwar €60,000 għal dawn l-awdituri minn min qed titħallas, mill-Ministeru għal Għawdex jew mill-kumpanija Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 11883 u barra minn hekk ninfurmah li l-irwol ta l-istess awdituri hu li jagħmlu l- audit kollu tal-kumpanija u l-ispejjeż qed jitħalsu mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #12612 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat, Għawdex — Grawnd ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-subien - floodlights

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex għadu ma ġiex installat dawl artifiċjali (floodlights) fil-grawnd li hemm ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-Subien fir-Rabat Għawdex minkejja l-wegħdiet ripetuti tal-Ministeru tiegħu li dan kien se jiġi installat fi żmien qasir? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex wara nżul ix-xemx in-nurseries tat-tliet clubs tal-futbol tar-Rabat Għawdex ma jkunux jistgħu jżommu t-taħriġ f'dan il-grawnd?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-installazzjoni tal-floodlights fil-grawnd li jinsab fl-iskola Sekondarja tar-Rabat Għawdex, qiegħda tiġi kkonsidrata u evalwata. Dan fid-dawl ta’ spezzjonijiet li qegħdin isiru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, peress li ġew skoperti ħsarat infrastrutturali fl-ewwel sular tal-carpark li jinsab taħt l-istess grawnd u għalhekk l-ewwel trid tiġi indirizzata din il-problema.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — toroq rurali f'Għawdex

Question

Jista' l-MInistru jgħid kemm mis-€6 miljun li ġew allokati minn fondi tal-Unjoni Ewropea biex isiru toroq rurali se jintużaw għal toroq rurali f'Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-allokazzjoni ta’ €6 miljun ser isiru numru ta’ toroq rurali mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha.
Leg 12 PQ #12520 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' pont/mina bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jkun lest l-istudju li qed isir minn kumpanija Ċiniża blacklisted dwar il-pont jew mina bejn Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista’ ta’ stakeholders Għawdxin li ġew konsultati sal-lum minn din il-kumpanija Ċiniża fil-preparazzjoni tar-rapport tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12322.
Leg 12 PQ #12320 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema impjegati mal-kumpanija Gozo Channel fuq bażi full time u kemm hu t-total ta’ ħaddiema impjegati mal-istess kumpanija fuq bażi part time? Jista’ jgħid f’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed ukoll l-attenzjoni ta’ l-Onor. Chris Said illi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, il- Gozo Channel impjegat persuna waħda biss, bħala inġinier, sabiex bil-ħaddiema li sibna, nerġgħu nerfgħu lill-kumpanija fuq saqajjha.