Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13329 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li ma għolew l-ebda fees of office mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, safejn dan għandu r-responsabilità li jbiddel tali miżati.

Ministeru għall-Ġustizzja Kultura u l-Gvern Lokali – Żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġa tajt fil-Mistoqsija Parlamentari 12779 fejn ġie spjegat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant diġa ġiet ippublikata fl-Abbozz tal-Liġi Numru 74 tal-2014. B’referenza għall-mistoqsija tal-Onorevoli Membru, ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Fees of Office bir-rati l-ġodda, kemm fejn kien hemm tnaqqis jew żieda f’dawn l-istess tariffi, daħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2015.

Ministeru għal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti sostanzjali mir-risposta għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, il-bqija ta’ l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra. (Ara dokument PL 4299 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 19 ta' Jannar 2015 fis-Seduta 228)

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda żieda jew mistennija li jkun hemm żieda għal din is-sena fil-fees of office li jikkonċernaw dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

L-Imġarr (Għawdex) – Suldati — faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet għandhom fejn jistekknu s-suldati li jkunu għassa fl-Imġarr Għawdex? Għaliex dawn is-suldati ma għandhomx gardjola u faċilitajet sanitarji?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-suldati li jkunu għassa fix-xatt, Mġarr, Għawdex, kienu qed jkunu fil-kabina ta’ waħda mill-laneċ tal-Forzi Armati ta’ Malta marbutin hemmhekk, liema kabina toffri kenn assolut mill-elementi ta’ riħ u xita. Faċilitajiet sanitarji huma disponnibli fl-uffiċċju tal-amministrazjoni tal-Iskwadra Marittima li qegħdin ftit metri l‘ bogħod. l-Onorevoli interpellant għandu jkun infurmat ukoll li fit-tmienja ta’ Jannar 2015 tlestiet gardjola li qed tiġi użata mis-suldati li jkunu stazzjonati l-Imġarr Għawdex.

Għawdex — Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili - complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-complement totali tal-membri tat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex? X’inhu r-rank ta’ dawn il-membri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement totali tal-membri tat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex huwa ta disa’ u għoxrin persuna. Ir-rank ta’ dawn il-persuni huma kif ġej: 5 Leading Assistance and Rescue Officer 20 Assistance Rescue Officer 2 Officers in scale 14 1 1 Clerk PC

Għawdex — Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili - complement - Tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-persuna li kienet tmexxi t-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex ftit xhur ilu ġiet trasferita f’dipartiment tal-Gvern? Huwa normali li membru tal-Protezzjoni Ċivili jintbgħat f’dipartiment tal-Gvern? Jekk hu normali kemm hemm każijiet simili fl-aħħar sentejn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li kienet tmexxi t-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili ġiet trasferita fuq talba tagħha stess, kif diġa ġie mwieġeb f’mistoqsija parlamentari 9134.
Leg 12 PQ #13153 Sitting 226 2015-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

KWH ikkunsmati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12799 u jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fit-tliet setturi li ġejjin? (a) domestiku (b) kummerċjali u (ċ) industrijali bejn l-1 ta’ April 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fl-istess tliet setturi separatament għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 u l-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm kien il-cost kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li ngħata f’kull wieħed miż-żewġ perjodi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġia tal-mistoqsija parlamentari 12799.

Suldati Għawdxin jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-Forzi Armati stazzjonati f’Għawdex? F’liema rank huma dawn is-suldati? Kemm hemm suldati Għawdxin (residenti f’Għawdex) li jaħdmu f’Malta? F’liema sezzjonijiet jaħdmu dawn is-suldati Għawdxin? Meta hu maħsub li jiġu trasferiti lejn Għawdex dawn is-suldati Għawdxin li għadhom jaħdmu f’Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13149, għal l-ewwel żewġ domandi f’din l-interpellanza. L-informazzjoni dwar ir-rank ta dawn is-suldati kif ukoll total ta suldati Għawdxin (residenti f’Għawdex) li jaħdmu f’Malta, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ninformah li dawn is-suldati jitilaw Għawdex skond l-esiġenza tas-servizz, meta jkun hemm vakanzi disponibbli, skond l-ordni ta’ l-anzjaneta u tiddependi ukoll mill-ħiliet u s-snajjiet investiti fl-istess individwu.
Leg 12 PQ #13287 Sitting 226 2015-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa tal-Kabinett f’Għawdex — spiża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li saret biex matul is-sena 2014 nżammet f’Għawdex laqgħa tal-Kabinett? Kif kienet maqsuma l-ispiża u kif intgħażlu dawk li taw is-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiza biex saret din il-laqgħa tal-Kabinett f’Għawdex kienet ta’ €6,827.95. L-ispiza kienet maqsuma b’dal-mod :- €2,950 (servizz ta’ arja kkundizzjonata), €992.85 (armar u zarmar tat-taghmir mehtieg), €1,893.90 (kiri ta’ screens) u €991.20 (transport, armar u zarmar u użu tal-mejda wzata għall-laqgħa). Is-servizzi ingħataw skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
Leg 12 PQ #13136 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat – Triq Sannat – bini ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Sannat fis-Sannat hiex se tinbena mill-ġdid matul is-sena 2015 u dan peress li f’mistoqsijiet preċedenti kien ta informazjoni fis-sens li din se ssir fi żmien qasir peress li din hi triq arterjali li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq Sannat hi fil-programm tal-gvern ċentrali f’din il-leġiżlatura.
Leg 12 PQ #13137 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra – Triq it-8 ta’ Settembru — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Triq it-8 ta’ Settembru fix-Xagħra Għawdex ma saritx sal-aħħar tas-sena 2014 kif kien indika fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11274? Jista’ jgħid issa meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq din it-tirq arterjali u meta hu mistenni jitlesta? Kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol b’kollox?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq Triq it-8 ta’ Settembru qegħdin jiġu kkordinati mal-Kunsil Lokali tax-Xagħra u li x-xogħol hu mistenni jibda sa l-aħħar ta’ Jannar 2015. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol fuq din it-triq hu stmat li ser jiġi jiswa €411,860 li jinkludi kisi bit-tarmak ta’ Pjazza Vittorja.
Leg 12 PQ #13138 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq arterjali fin-Nadur ġew mibnija mill-ġdid jew re-surfaced fil-leġiżlatura li għaddiet (2008-2013)? Jista’ jgħid kemm hu t-tul f’metri ta’ kull triq arterjali li saret? Jista’ jgħid mill-elezzjoni tal-2013 sal-lum kemm inbnew mill-ġdid jew ġew re-surfaced toroq arterjali fin-Nadur u kemm hu t-tul ta’ metri ta’ kull triq? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jsiru Triq it-Tiġrija, Triq il-Qala u triq il-Ħanaq li huma t-toroq arterjali li fadal isiru fin-Nadur?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-leġislatura li għaddiet saru xogħlijiet fuq Triq ir-Ramla u Triq il-Knisja fin-Nadur b’tul ta’ madwar 1500 metru u 320 metru rispettivament u mill-elezzjoni sal-lum saret parti minn Triq it-Tiġrija b’tul ta’ 56 metri kif ukoll inbniet mill-gdid u trangat parti minn Triq Dahlet Qorrot b’tul ta’ 120 metru. Jiena nfurmat ukoll li Triq it-Tiġrija, Triq il-Qala u Triq il-Ħenaq isiru aktar il-quddiem skont il-fondi allokati.
Leg 12 PQ #13139 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali, ħaddiema u konsulenti li telqu mis-segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum, liema huma l-uffiċjali, ħaddiema u konsulenti li kienu jaħdmu fis-segretarjat tiegħu u telqu jew spiċċaw? Jista’ jagħti r-raġuni għaliex u fejn qed jaħdmu llum dawn l-istess ex uffiċjali jew konsulenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li m’għadhomx jaħdmu fis-segretarjat telqu għal raġunijiet personali jew biex isegwu karriera differenti. Qed inpoġġi lista ta dawn il-ħaddiema fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13140 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem, in-Nadur u x-Xagħra – għajnuna għall-attivitajiet tal-Milied

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat fis-sena 2013 għall-attivitajiet tal-Milied f’Għajnsielem, fin-Nadur u fix-Xagħra? F’kull każ, kemm kien l-ammont li ngħata, lil liema għaqda ngħatat u għal liema attivitajiet? Jista’ jgħid x’għajnuna ngħatat jew ġiet imwiegħda u allura għad trid tingħata fis-sena 2014 għall-attivitajiet tal-Milied f’Għajnsielem, fin-Nadur u fix-Xagħra? F’kull każ, kemm kien l-ammont li ngħata, lil liema għaqda ngħata u għal liema attivitajiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Forzi Armati - complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-complement totali ta’ suldati tal-Forzi Armati t’Għawdex? X’inhu r-rank ta’ dawn is-suldati f’Għawdex? Liema xogħlijiet huma responsabbli minnhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-complement totali ta’ suldati tal-Forzi Armati t’Għawdex huwa ta’ 80. Il-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12836 Sitting 219 2014-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – sistema tal-arja kkundizzjonata fuq il-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġimgħat l-arja kkundizzjonata fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mhux qed tinxtgħel jew jekk qed tinxtgħel mhux qed tkun effettiva? X’passi ħa l-Ministeru tiegħu biex inaqqasa l-inkonvenjent tal-Għawdxin, Maltin u turisti li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Internpellant hija dik li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet għall-Yacht Marina u Cruise liner terminal/berth f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema postijiet f'Għawdex ġew indikati mill-Consortium Kala Marine Development biex fihom isiru yacht marina u cruise liner terminal/berth? In Vista tal-fatt li kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal minn esponenti tal-Gvern li kien hemm interess kbir għal dan il-proġett mill-privat, jista' jgħid jekk hux se jkompli miexi ma' dan il-bidder jew jekk hux se jerġa' jiftaħ is-sejħa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12758 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq Għajn Qasab — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir bankina fi Triq Għajn Qasab, in-Nadur, quddiem iċ-ċimiterju ġdid tal-Parroċċa tan-Nadur, peress li din it-triq hija triq arterjali u taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu u peress li f’din il-parti tat-triq m’hemmx bankina?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ma hux possibli li ssir bankina quddiem iċ-ċimiterju l-ġdid tal-Parroċċa tan-Nadur għaliex dan jinvolvi tneħħija ta’ parti sostanzjali mill-bankina eżistenti fuq in-naħa l-oħra tat-triq li tista’ toħloq periklu għat-traffiku. Jiena nfurmat ukoll li qed tiġi kkunsidrata alternattiva li ssir pedestrian crossing u parkeġġi riservati għall-karozza tal-mejtin u numru ta’ karozzi oħra tal-qraba waqt funerali. Dan qed isir b’konsultazzjoni mal-Parroċċa tan-Nadur.
Leg 12 PQ #12759 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' pont/mina bejn Malta u Għawdex — konsultazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12520, għaliex ma jridx jgħid liema stakeholders Għawdxin ġew ikkonsultati mill-kumpanija Ċiniża blacklisted dwar il-pont bejn Malta u Għawdex? Dan ifisser li ma ġie kkonsultat l-ebda stakeholder minn Għawdex? Jekk inhu hekk, x’għamel bħala Ministru għal Għawdex biex issir din il-konsultazzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12637.