Forzi Armati ta’ Malta – suldati stazzjonati f’Malta u Għawdex
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13149 jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu fl-Armata kull wieħed mit-80 suldat tal-Forzi Armati stazzjonati f’Għawdex? U b’ referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13286 jista’ jgħid kemm kull wieħed mill-91 suldat Għawdxi stazzjonat f’Malta ilu membru tal-Forzi Armati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża totali konnessa mal-pubblicità tal-Baġit 2015 kemm qabel il-Baġit kif ukoll wara l-Baġit? Jista’ jagħti break-down ta’ kif intefqu dawn l-ispejjeż, per eżempju f’ billboards,stampar, reklami fil-media, tined, laqgħat mal-pubbliku eċċ? Kif ingħataw il-kuntratti kollha konnessi mal-Baġit 2015? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa konnessa mal-baġit li saret fuq pubbliċità f‘kull gazzetta lokali? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull radio lokali? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull portal? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull stazzjon tat-televiżjoni lokali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, tista’ l-Ministru tgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtha diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 ma kienx hemm żieda fil-'fees of office' fi ħdan id-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta' tiegħi.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, iż-żidiet relattivi fil-fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, kif ukoll id-data meta dawn se jidħlu fis-seħħ, jidhru fl-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “ATT biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri amministrattivi oħra”. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Tabella A – Fees Ordinance, Tabella B – Skeda ta’ Tariffi qabel is-seħħ tal-Att u Tabella Ċ bit-tariffi riveduti. Tajjeb wieħed iżid li, bl-eċċezzjoni tad-dritt li jitħallas mal-ewwel ħruġ u ma’ kull tiġdid tal-liċenzja għall-produzzjoni kummerċjali ta’ żejt taż-żebbuġa, li ġie ntrodott għall-ewwel darba fl-2014, dawn il-fees of office kienu ilhom ma jiġu riveduti għal bosta snin.
Għawdex — Qala sax-Xewkija - trinek għal fiberlink
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol li qed isir fit-triq li twassal mill-Qala sax-Xewkija f'Għawdex hemmx maħsub ukoll t-trinek neċessarji biex minnhom tgħaddi l-infrastruttura neċessarja tat-tieni fiberlink cable bejn Malta u Għawdex li l-Gvern ħabbar li għandu l-intenzjoni li jagħmel f’qasir żmien? Jekk iva x’tip ta’ xogħol ġie maħsub f’din it-triq għal dan il-għan? Kemm sewa dan ix-xogħol u minn min qed isir? Liema entità se tagħmel tajjeb għal din l-ispiża?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju ta’ studju mhux maħsub li jsir xogħol ta’ trinek fl-art.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2014, xi proġetti saru f'Għawdex, mill-Ministeru għal Għawdex, li ġew iffinanzjati mill-vot tal-istess Ministeru u mhux minn fondi oħra nkluż tal-Unjoni Ewropeja? Jista' jagħti lista' ta' dawn il-proġetti u kemm sewa kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra .
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm rescuer wieħed biss mal-lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Għawdex? Għaliex la darba hemm rescuer wieħed biss, dan qed jaħdem f’shift u mhux bil-ġurnata li jolqot is-shifts kollha u jkopri l-aktar ħin li jista’ jkun hemm bżonnu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm suldat wieħed Għawdxi kwalifikat bħala rescuer li qiegħed jaħdem bix-xift u li qed jopera min fuq is-Search and Rescue boat ġewwa il-bażi Marittima ta’ Għawdex. Għalkemm dan l-individwu jaħdem bix-xift dan bħalissa qiegħed ukoll ‘on call’ f'ħinijiet li ma jkunx xogħol fil-bażi u dan sakemm jiġu kwalifikati u magħżula aktar Surface Rescue Swimmers ġodda.
F'Malta hawn iktar rescuers għal-lest fil-bażijiet tal-Forzi Armati u li jistgħu jiġu msejħa u jaslu kemm mill-ajru u kemm mill-baħar f'temp qasir.
Fil-preżent għaddejin pjanijiet biex jiġu magħżula u kwalifikati aktar membri mill-Iskwadra Marittima biex joperaw min fuq dawn is-Search and Rescue Boats f’Għawdex bħala surface rescue swimmers.
Għawdex — Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili - Tmexxija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13151, jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi t-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u kif ġiet magħżula din il-persuna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm Leading Assistance Rescue Officer imexxi t-Taqsima tal-Protezzjoni f’Għawdex. Din l-persuna ntagħżlet abbażi tal-fatt li għanda l-aktar esperjenza.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minn Novembru sal-lum għadu ma wieġibx il-mistoqsijiet parlamentari 13153 u 12799 fejn ġie mitlub jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fit-tliet setturi li ġejjin? (a) domestiku (b) kummerċjali u (ċ) industrijali bejn l-1 ta’ April 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fl-istess tliet setturi separatament għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 u l-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm kien il-cost kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li ngħata f’kull wieħed miż-żewġ perjodi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-units mibjugħa bejn April 2012 u Marzu 2013 jammontaw għall-1,327,781,161 KWh (elf, tlett mija sebgħa u għoxrin miljun, seba’ mija, wieħed u tmenin elf, mija, wieħed u sittin). L-eko-riduzzjoni kienet ta’ €11,138,476 (ħdax-il miljun, mija tmienja u tletin elf, erba’ mija sitta u sebgħin Ewro).
Il-units mibjugħa bejn April 2013 u Marzu 2014 jammontaw għall-1,312,186,974 KWh (elf, tlett mija u tnax-il miljun, mija, sitta u tmenin elf, disa’ mija, erbgħa u sebgħin). L-eko-riduzzjoni kienet ta’ €11,300,525 (ħdax-il miljun, tlett mitt elf, ħames mija, ħamsa u għoxrin Ewro).
Ministeru għal Għawdex — Vot għal toroq għall-2015
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista' jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b'dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat isir fuq kull waħda minn dawn it-toroq u kemm kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qedgħa tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt :-
Service
Old Fee
New Fee
1
Administering an Oath or receiving a declaration or affirmation with or without attestation of signature.
€1.75
€2.00
2
Affixing a signature to an exhibit referred to in an affidavit or declaration.
€1.16
€1.30
3
(a) Authentication of certificates at Head Office:
(i) authentication of a document of an educational nature and of other documents of a non-commercial nature.
€11.65
€12.90
(ii) authentication of certificates of a commercial nature.
€16.31
€18.00
(iii) authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries as authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order -
(b) Authentication of certificates or documents by Maltese embassies and consulates provided that the authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries that are authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order are exempt from this tariff.
€16.31
€18.00
4
Affixing a consular signature, and seal if required, to a declaration of existence.
€1.16
€1.30
5
Drawing a declaration of existence.
€1.16
€1.30
6
Legalising or attesting a signature.
€2.33
€2.60
7
Uniting documents and attaching the consular seal to the fastening.
€1.16
€1.30
8
Affixing a seal to a document when no signature is required.
€1.16
€1.30
9
For receiving a will under the provisions of article 679 (2) of the Civil Code (Chapter 16)
€2.33
€2.60
10
For the signature of any certificate required by article 14 of the Food, Drugs and Drinking Water Act (Chapter 231).
€4.66
€5.20
11
For effecting any registration not otherwise provided for.
€1.16
€1.30
12
For affixing a consular signature, and seal if required, not otherwise provided for.
€2.33
€2.60
13
National Long-Stay Visa (Category D)
€60.00
€66.00
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Żieda fil-Fees of Office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-dipartimenti/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi li m'hemmx fees of office li għolew jew mistennija jogħlew matul is-sena 2015.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Żieda fil-fees of Office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika żieda li kien hemm fil-fees of office għas-sena 2015 f’ dak li jikkonċerna il-Ministeru tiegħi hu kif ġej:
Isem tat-Tariffa
Ammont Preċedenti
Ammont Ġdid
Liċenzja ta’ bennej, għall-ħruġ tal-liċenzja u t-tiġdid
€11.65
€13
tagħha ta’ kull sena
Għall-eżami ta’ kandidati li jixtiequ jkollhom il-liċenzja
€23.29
€26
biex jagħmluha ta’ bennejja skont l-artikolu 95 tal-
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10) ta’ kull darba li
jsir l-eżami
Min-naħa ta’ Transport Malta ma kien hemm l-ebda fees of office li ser jogħlew matul is-sena 2015.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Żieda fil-fees of Office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Abbozz tal-Liġi Numru 74 tal-2014 li huwa l-Abbozz tal-Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri oħra amministrattivi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13138, jista l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fin-Nadur hijiex triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali? Jekk iva, jista’ jikkonferma li din ġiet
re-surfaced
jew mibnija mill-ġdid fil-Leġiżlatura li għaddiet (2008-2013)? Jekk iva, għaliex ma ġietx inkluża fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13138? Jekk jiriżulta dan, jista’ jagħti tweġiba korretta għall-mistoqsija oriġinali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li Triq San Gwann, in-Nadur hija triq arterjali u li din ġiet resurfaced fil-leġiżlatura li għaddiet. Jiena nfurmat li din it-Triq ma ġietx inkluża peress li x-xogħol kien sar mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma, fejn il-Ministeru għal Għawdex għamel biss kontribuzzjoni għal parti mill-ispiża u li t-tul li ġiet asfaltata kien ta’ madwar 430 metru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13138, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq it-Tiġrija, Triq il-Qala u Triq il-Ħanaq fin-Nadur humiex ippjanati li jsiru f’din il-Leġiżlatura? Jekk iva, f’liema sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq it-Tiġrija, Triq il-Qala u Triq il-Ħanaq isiru meta jkun possibli.
Għawdex — Ir-Rabat u ż-Żebbuġ - tiswijiet ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa fit-triq bejn ir-Rabat u ż-Żebbuġ Għawdex u t-triq bejn iż-Żebbuġ u l-Għasri u dan peress li fl-aħħar xhur ġraw diversi inċidenti per konsegwenza tal-istat ħażin ta' partijiet minn dawn it-toroq?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena ninsab infurmat li ser isiru studji biex tiġi investigata n-natura tas-sottoswol in vistu tal-movimenti li hemm f’dawn it-toroq u a konklużjoni ta’ dawn l-istudji tittieħed l-azzjoni neċċesarja.
Billboards illegali użati fil-kampanja dwar il-baġit 2015
Question
Fil-kampanja dwar il-baġit, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il billboard illegali ġie użat biex fuqu tpoġġew reklami mill-Gvern dwar il-baġit għas-sena 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-billboards b’rabta mal-baġit ghas-sena 2015, tpoġġew fil-postijiet indikati skont kif jipprovdi l-avviż legali rilevanti.