Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fis-sena 2014, il-Ministeru tiegħu nefaq €46,250,000 iżjed milli kien budgeted? Jista’ jagħti d-dettalji ġew minfuqa l-€14,630,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 16 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jgħid fejn ġew minfuqa l-€10,620,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 17 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji fejn ġew minfuqa l-€21,000,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak ipprovdut fil-Vot VI tal-Ministeru fil-baġit tal-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern alloka iktar fondi minn dak li oriġinarjament kien budgeted għall-ministeru għall-2014 fuq inizjattivi u servizzi varji u meħtieġa. Dawn il-fondi ffurmaw parti mill-baġit addizzjonali tal-Gvern. Infurmat li l-ammonti li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant intnefqu kif jidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2015, il-Ministeru hux se jerġa jniedi l-Iskema Greener and Cleaner Gozo jew xi skema simili? Jekk iva, meta u kemm hu maħsub li jkunu involuti ħaddiema fiha u minn fejn se tiġi ffinanzjata?
Response (REFALO, ANTON)
Nistiden lill-Onorevoli Interpellant jaqra sew l-estimi finanzjarji tal-2015 – Vot 17 Rikkurrenti, Ministeru għal Għawdex fejn issib ir-risposta relattiva.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega għaliex fis-sena 2014, il-Ministeru tiegħu nefaq €4,500,000 iżjed milli kien budgeted? Jista’ jagħti d-dettalji ġew minfuqa l-€1,700,000 li l-Ministeru nefqa aktar minn dak li kien provdut fil-Vot numru 12 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji fejn ġew minfuqa l-€2,850,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak ipprovdut fil-Vot III tal-Ministeru fil-budget tal-baġit?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi L-Onorevoli interpellant għall-ispjegazzjonijiet mniżżla f'paġni numru 14 u 15 tad-dokument Supplementary Financial Estimates 2014 ippublikat mill-Ministeru għall-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fis-sena 2014, il-Ministeru tiegħu nefaq €11,900,000 iżjed milli kien budgeted? Jista’ jagħti d-dettalji ġew minfuqa l-€4,000,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 14 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jgħid fejn ġew minfuqa l-€900,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 15 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji fejn ġew minfuqa s-€7,00,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak ipprovdut fil-Vot V tal-Ministeru fil-baġit tal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Dan minħabba l-fatt, li b’effett minn April 2014, dawn id-dipartimenti/entitajiet m’għadhomx jaqgħu aktar taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turiżmu imma saru jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11685 u jagħti lista ta’ direct orders li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum u dan stante li issa għaddew tliet xhur u l-Ministru baqa’ ma weġibx dik il-mistoqsija? Jista’ jagħti ukoll d-direct orders mogħtija minn kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mid-data tal-mistoqsija oriġinali sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra
Għawdex — Trinek għall-Fibre link bejn il-Qala u x-Xewkija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13582, jista’ l-Ministru jispjega kif ittieħdet id-deċiżjoni li ma jsiru l-ebda trinek għall-fibre link cable li se jgħaddi bejn Malta u Għawdex fit-triq li twassal bejn il-Qala u x-Xewkija? Dan se jkun ifisser li meta jsir dan il-fibre link cable se terġa’ tinfetaħ it-triq imsemmija biex ikun jista’ jiġi mgħoddi? Għaliex mhux qed isir ix-xogħol kollu ta’ ppjanar meħtieġ la darba għaddej ix-xogħol ta’ resurfacing tat-triq li twassal mill-Qala sax-Xewkija?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamanetari numru 13582.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12055 jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt tat-tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?
Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruiseliner terminal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġi magħżul il-bidder għall-bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex hux qed jitmexxa mill-Privatization Unit? Jekk le, min qed imexxi dan il-proċess? X’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex f’dan il-proċess tenut kont li dan huwa proġett li se jsir f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proċess sabiex jigi magħżul il-bidder għall-bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex qed jitmexxa mill-Privitazation Unit. Il-Ministeru għal Għawdex qed jistenna l-eżitu tal-evalwazzjoni li qed jagħmel l-istess Privitazation Unit.
Ix-Xewkija – Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi ċ-ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva fix-Xewkija? Kif intgħażlet din il-persuna? Jista’ jagħti lista ta’ korsijiet li qed jingħataw f’dan iċ-Ċentru u kemm hu n-numru ta’ studenti f’kull kors bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva fix-Xewkija qed jitmexxa minn żewġ persuni, għalliema fil-pożizzjoni ta’ Officer in Charge, u Adult Educator Coordinator. L-għalliema intgħażlet wara sejħa interna mill-gradi tal-għalliema. Il-Coordinator intgħażel wara li saru l-intervisti fost dawk li applikaw għal sejħa pubblika għal Part-Time Adult Educators ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-3 ta’ Ottubru 2014. L-ismijiet ta' dawn iż-żewġ persuni qed jingħataw separatament lill-Onor. Interpellant.
It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12213 u jgħid fejn kienu assenjati matul ix-xhur li kienu fl-iskema l-ħaddiema li kienu fl-iskema Greener and Cleaner Gozo? Kemm kien hemm ħaddiema minn din l-iskema ma’ kull dipartiment? Liema huma x-xogħlijiet li twettqu minn dawn il-166 ħaddiem fix-xhur tal-iskema? Kemm swiet din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-estimi finanzjarji 2014 (Vot 20 Rikkorenti – Progammes and Initiatives) fejn issib ir-risposta relattiva. Kien hemm 166 partecipant eliġibli u kollha kellhom l-opportunita’ jipparteċipaw. Dawn ġew mogħtija diversi taħriġ mad-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp, mal-Kunsilli Lokali kif ukoll mal-NGO’s f’diversi xogħlijiet madwar il-Gżira Għawdxija.
Għajnsielem — Triq Sant'Antnin - ilmenti dwar irwejjaħ tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qattx irċeviet ilmenti dwar irwejjaħ tad-drenaġġ li qed idejqu lir-residenti ta' Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem, Għawdex? X'passi ttieħdu mill-Korporazzjoni biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irċeviet ilment wieħed biss rigward it-triq imsemmija. Saru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji, il-problema ġiet individwata u l-inkonvenjent ġie riżolt f’qasir żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat kellux laqgħa ma’ dawk li jrabbu n-naħal f’Għawdex? Jekk iva, x’kien is-suġġett ta’ din il-laqgħa u min kien preżenti? Ġew mistiedna l-beekeepers kollha Għawdxin? X’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fuq it-tħassib tal-beekeepers Għawdxin dwar l-importazzjoni ta’ ammont kbir ta’ naħal minn pajjiż ieħor li seħħ fl-aħħar ġimgħat? Il-Ministeru għal Għawdex indaga jekk dan hux ser jaffettwa ħażin l-kolonji tan-naħal tal-post?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari bin-numru 12768, fejn diġa fie ndikat li l-fees of office m’hux ser jogħlew.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-mizati tas-servizzi mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari diga gew ippubblikati fl-Abbozz tal-Ligi Numru 74 tal-2014 li huwa l-Abbozz tal-Ligi li jimplimenta l-Mizuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u mizuri amministrattivi oħra.
Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari — Reviżjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u dan peress li fl-aħħar sena u nofs intqal kemm-il darba li dan kien li jiġi ppubblikat b’mod imminenti iżda sal-lum jidher li din ir-reviżjoni għadha ma ġietx ippubblikata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-kodiċi ta' etika jigi ppubblikat fi ftit zmien ieħor.
Ministeru għall-Finanzi — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ learning support assistants fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tal-Knisja? Kif inhuma maqsumin f’kull skola li hemm f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm learning support assistants li jirrisjedu f’Għawdex iżda li jaħdmu fi skejjel f’Malta, kemm dawk tal-Gvern, privati jew tal-Knisja? Kif inhuma maqsumin f’kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru liema toroq f’Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex u jista’ jagħti lista ta’ dawn it-toroq lokalità b’lokalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru għal Għawdex huma t-toroq arterjali li lista tagħhom qed inpoġġiha fuq il-mejda tal-kamra. Jiena nfurmat ukoll li fejn hemm toroq li qatt ma ġew asfaltati dawn ikunu jridu jiġu asfaltati l-ewwel darba mill-Gvern Ċentrali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13288, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma u jassigura lil din il-Kamra li fil-kampaja pubbliċitarja għall-Baġit 2015 li saret mill-Gvern, ma ntu¿a l-ebda billboard illegali biex fuqu tpoġġew riklami tal-Gvern imħallsa mill-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m’għandi xejn x’inzid mat-twegiba għal mistoqsija parlamentari 13288.