Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċidenti f’Għawdex — talba għall-kumpens għal ħsarat lill-kunsili lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret lill-kunsilli lokali f’Għawdex għal ħsarat li ġarrbu persuni fil-vetturi tagħhom f’Għawdex konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux miżmuma tajjeb, mill-1 ta’ Settembru 2014 sal-lum? Jista’ jgħid kemm-il talba saret lil kull kunsill lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, skont kif miġbura mill-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex.
Leg 12 PQ #14319 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ karozza għas-Segretarju Permanenti

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 14068, jista’ l-Ministru jgħid għala ma weġibx għaliex il-karozza tas-segretarju permanenti fil-Ministeru tiegħu nxtrat b’direct order u ma nġabrux kwotazzjonijiet jew inħareġ tender? Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet li għamilt fil-mistoqsija oriġinali u li ma ġewx imwieġba, ċjoè, kemm swiet din il-karozza, x’inhi l-marka ta’ din il-karozza mixtrija u x’ġara mill-karozza li kien juża s-segretarju permanenti preċedenti? Ma jaħsibx il-Ministru li l-fatt li ma tax din l-informazzjoni mitluba huwa nuqqas serju ta’ trasparenza ta’ kif qed jintużaw il-fondi pubbliċi, anke in vista tal-kumment li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu li ma jaqbilx li mistoqsijiet bħal dawn ma jiġux imwieġba?

Response (REFALO, ANTON)

Il-karozza li hija tat-tip Opel, li swiet Euro 21.400 li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant inxtrat skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Il-karozza l-oħra li kienet tintuża mill-istess uffiċjali fil-kariga qiegħda tintuża minn uffiċjal ieħor tal-Ministeru.
Leg 12 PQ #14321 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – paga medja ta’ Ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex u kif tikkompara mal-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex bil-paga minima u x’persentaġġ jiffurmaw mill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’Għawdex? Kif jikkompara mal-ħaddiema bil-paga minima f’Malta u kif jikkompara mat-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ż-żewġ entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi li huma kkonċernati ma' impjiegi, jiġifieri l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, u l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Taxxi fuq kaċċaturi u nassaba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġiet introdotta taxxa ġdida ta’ €20 fuq kull kaċċatur u oħra ta’ aktar minn €30 fuq kull nassab? X’inhu l-iskop ta’ din it-taxxa? Din saret bi ftehim mal-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, mhu minnu xejn li l-Gvern introduċa xi taxxa kif qed jallega l-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #14331 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq ġodda f'Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u li allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u fl-liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema minn dawn it-toroq se jsiru matul is-sena 2015?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #14332 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Lokali f’Għawdex — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12321 jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna li ngħatat lil kull kunsill lokali f’Għawdex mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal liema skop ingħatat kull għajnuna u minn liema vot ġiet mogħtija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14200 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iż-Żebbuġ (Għawdex) – Triq il-Ponta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13911 li saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex titwessa’ Triq il-Ponta fiż-Żebbuġ, Għawdex, f’dik il-parti li tagħti għal ħdejn l-iskola primarja taż-Żebbuġ?

Response (REFALO, ANTON)

Minn imkien ma’ jirrizulta li l-interpellanza bin-numru 13911 kienet riferuta lil dan il-Ministeru, tant hu hekk, qed nerġa nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #14201 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skema Greener and Cleaner Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13853 peress li fir-risposta tiegħu, għalkemm il-Ministru għamel referenza għall-estimi tas-sena 2015 – Vot 17 rikurrenti, meta wieħed isib dan il-vot, hemm biss ċifra u l-ebda risposta għall-mistoqsijiet jekk hux se jerġa’ ndiedi l-iskema Greener and Cleaner Gozo jew xi skema simili? Jekk iva, meta u kemm hu maħsub li jkunu involti ħaddiema fiha? Jista’ jgħid għaliex qed jevita li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ċari u diretti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-skema li se tiġi mnedija hija dik msemmija fil-budget u se titħabbar mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaldaqstant għal din l-aħħar tar-risposta l-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14202 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – inċident fuq il-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel għadu ma wasalx għand il-Ministeru ghal Għawdex.

Gozo Channel – investigazzjoni dwar inċident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inkjesti u investigazzjonijiet saru dwar l-inċident li fih trakk inqaleb fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Min għamel dawn l-inkjesti u investigazzjonijiet? Jista’ jippreżenta kopja tar-rapporti li saru fuq dan l-inċident fuq il-Mejda tal-Kamra? X’passi qed jittieħdu biex ma jerġgħux jiġru inċidenti bħal dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ dan l-inċident qed issir investigazzjoni mill-Marine Safety Investigation Unit fi ħdan Transport Malta. L-għan ta’ din l-investigazzjoni hu sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm inċidenti simili fil-futur. Transport Malta wkoll nediet investigazzjonijiet oħra f’dak li jirrigwarda l-operat tal-vapur, hekk kif stabbilit skont ir-Regolamenti għall-Bastimenti Kummerċjali u l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. Dawn l-investigazzjonijiet kollha għadhom ma ġewx konklużi.
Leg 12 PQ #14204 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – xogħlijiet minn ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet tal-Gozo Channel qed isiru minn ħaddiema li huma impjegati ma’ kumpanija li ngħatat kuntratt ta’ servizz u mhux mill-ħaddiema impjegati direttament mal-Gozo Channel? Liema huma dawn il-kumpaniji u x’xogħol qed jaħgmlu għall-Gozo Channel? Kemm hu l-valur tal-kuntratt mogħti lil kull kumpanija u għal kemm żmien ngħata dan il-kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kif ġew magħżula dawn il-kumpaniji?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm kumpanija waħda li għandha ħaddiema li qed jagħmlu xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Din il-kumpanija hija l-Koperattiva Għawdxija għall-Indafa Pubblika. Il-valur tal-kuntratt indefinit huwa ta’ €100,000. Il-kumpanija intgħażlet wara li l-kumitat li evalwa l-offerti kollha mitfugħa intgħażel l-orħos waħda li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-offerta. Ġaladarba, l-Onorevoli Interpellant ingħata l-ammont tal-kuntratt, ma narax li hemm għalfejn li jkunu ippublikati dettalji oħra kunfidenzjali li huma inklużi fil-kuntratt minħabba is-sensittivita’ kummerċjali tiegħu.
Leg 12 PQ #14230 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12274 jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju? Jekk l-istudju huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender rigwardanti l-Environmental Impact Assessment, konċernanti l-istess Rural Airfield, qiegħed jiġi ppreparat u mistenni jibda l-istess EIA fil-futur qrib.
Leg 12 PQ #14065 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12774 jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju? Jekk l-istudju huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 12774 ma kinitx tikkonċerna lili.
Leg 12 PQ #14066 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Laqgħa mal-beekeepers Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jispjega min hu l-Ministru kkonċernat indikat minnu fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13818 fejn jien staqsejt: “Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat hu, bħala Ministru għal Għawdex kellux laqgħa ma’ dawk li jrabbu n-naħal f’Għawdex? Jekk iva, x’kien is-suġġett ta’ din il-laqgħa u min kien preżenti? Ġew mistiedna l- beekeepers kollha Għawdxin? X’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fuq it-tħassib tal- beekeepers Għawdxin dwar l-importazzjoni ta’ ammont kbir ta’ naħal minn pajjiż ieħor li seħħ fl-aħħar ġimgħat? Il-Ministeru għal Għawdex indaga jekk dan hux ser jaffettwa ħażin l-kolonji tan-naħal tal-post?” Jista’ jispjega għaliex għal din il-mistoqsija diretta li tikkonċerna l-Ministeru tiegħu wieġeb biss li din għandha ssir lill-Ministru kkonċernat?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima peress li l-kontenut tad-domanda hi policy ikkordinat mill-istess ministeru preċitat.
Leg 12 PQ #14068 Sitting 238 2015-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Segretarju Permanenti – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-karozza tas-Segretarju Permanenti nxtrat b’direct order u ma nġabrux kwotazzjonijiet jew inħareġ tender? Kemm swiet din il-karozza? X’inhi l-marka ta’ din il-karozza li nxtrat għas-Segretarju Permanenti? X’ġara mill-karozza li kien juża s-Segretarju Permanenti preċedenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza nxtrat skont ir-regolamenti ta' procurement tal-gvern.
Leg 12 PQ #13910 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – open day

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-open day li saret fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-okkażjoni tal-ġimgħa dwar is-servizz pubbliku, liema partijiet tal-Isptar ġew miftuħa għall-pubbliku? Jista’ jgħid kemm kienu n-nies li f’dik il-ġurnata marru jżuru dawn il-partijiet tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-partijiet miftuħa għall-pubbliku kienu: Id- Day Care Unit, L-Imaging Department, Il- Hyperbaric unit, u il-Blood Donation Area fl- Outpatients. Ghalkemm bosta nies żaru din l-open day ma nżammux records ta’ dawk li attendew.

Iż-Żebbuġ (Għawdex) – Triq il-Ponta

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex titwessa’ Triq il-Ponta fiż-Żebbuġ, Għawdex, f’dik il-parti li tagħti għal ħdejn l-iskola primarja taż-Żebbuġ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #13997 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — inċident tat-trakk - investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kumpanija Gozo Channel biex ma jerġgħux jiġru inċidenti simili għal dak li fih inqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jista' jgħid x'inkjesti jew investigazzjonijiet saru? Min għamilhom? Jista' jippreżenta kopja tar-rapporti li saru dwar dan l-inċident fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jistenna l-ewwel nett l-eżitu tar-rapport dwar l-inċident. Fir-rigward ta’ l-investigazzjonijiet li qed isiru nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #13998 Sitting 237 2015-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — mooring tal-vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija ġiet mogħtija l-kuntratt tal-mooring tal-vapuri tal-Gozo Channel? X'inhu x-xogħol li qed tagħmel din il-kumpanija li qabel kien isir mill-ħaddiema tal-Gozo Channel Co Ltd.? Kemm-il ħaddiem qed tħaddem din il-kumpanija fuq ix-xogħol mogħti lilha mill-Gozo Channel? Kemm hu l-valur tal-kuntratt mogħti lil din il-kumpanija u għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-kuntratt? Kif ġiet magħżula din il-kumpanija?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda kumpanija ma ġiet mogħtija l-kuntratt tal-mooring tal-vapuri tal-Gozo Channel.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fis-sena 2014, il-Ministeru tiegħu nefaq €9,900,000 iżjed milli kien budgeted? Jista’ jagħti d-dettalji ġew minfuqa l-€3,500,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak li kien ipprovdut fil-Vot numru 18 tal-Ministeru tiegħu fil-baġit tal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji fejn ġew minfuqa l-€6,400,000 li l-Ministeru nefaq aktar minn dak ipprovdut fil-Vot VII tal-Ministeru fil-baġit tal-2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-ammont ta’ €9,900,000, kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, joħroġ mill-Att Nru. XL tal-2014, imsejjaħ “Att għall-approprjazzjoni ta’ somma ta’ mhux iżjed minn mitejn u sitta u għoxrin miljun, ħames mija u tmienja u tmenin elf euro (€226,588,000) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2014”. Dan ma jikkostitwixxix nefqa addizzjonali “iżjed milli kien budgeted” iżda possibilità ta’ nefqa żejda li, fil-każ tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, ma teċċedix €3,500,000 taħt il-Vot Rikorrenti (Nru.18) u €6,400,000 taħt il-Vot Kapitali (nru. VII). Inżid ngħid li minn figuri proviżorji maħruġa mid- Departmental Accounting System kif mgħoddija lili, jirriżulta li, sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 fuq il-Vot Rikorrenti (in-nru.18) in-nefqa addizzjonali kienet ta’ €2,617,058.09 li minnha 17% kienu Personal Emoluments , 26% kienu Operational and Maintenance Expenses u 57% kienu Contributions to Government Entities . Fil-Vot Kapitali (nru.VII) in-nefqa li saret kienet fil-parametri tal-allokazzjoni oriġinali u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa addizzjonali.