Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15005 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Nefqa tat-turisti għal btala f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux statistika li turi kemm jonfoq iżjed fi trasport turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk għandux statistika li turi kemm l-istess turist, on average, jagħmel iżjed ħin f’ivvjaġġar minn turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni li turi kemm jonfoq iżjed fi transport turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Għawdex, ma teżistix. Madanakollu, l-benefiċċju ekonomiku ta’ persuna li jqatta’ l-btala tiegħu Għawdex ikkumparat ma’ dak ta’ day tripper, hu b’mod evidenti akbar. Il-Gvern fil-fatt qed jaħdem sabiex it-turiżmu f’Għawdex inaqqas mid-dipendenza tiegħu fuq id-day trippers ħalli jassikura benefiċċju ekonomiku akbar għal Għawdex. Il-Gvern determinat biex idawwar it-trend li kienet qabdet taħt il-Gvernijiet preċedenti li jgħalqu l-lukandi f’Għawdex. Indikaturi li juru kemm l-istess turist, on average, jagħmel iżjed ħin f’ivjaġġar minn turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta, ma jeżistux lanqas. Niċċara lill-Onorevoli Interpellant illi din it-tip ta’ data qatt ma kienet teżisti.
Leg 12 PQ #15006 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – priority boarding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda s-sistema tal-priority boarding fuq il-vapuri tal-Gozo Channel peress li fl-aħħar xhur din il-proposta tiegħu ma reġgħetx issemmiet u dan minkejja li kien qal diversi drabi pubblikament li din kienet ser tiġi introdotta? Kif ser titħaddem din is-sistema u x’benefiċċji ser ikollha? Sar studju dwar din is-sistema ta’ priority boarding? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 10187.
Leg 12 PQ #15007 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra– xogħlijiet fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-main tal-ilma u katusi tad-drenaġġ li għaddejjin minn Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja fix-Xagħra, Għawdex humiex ser jinbidlu issa li ser isir xogħol ta’ re-surfacing f’din it-triq u pjazza? Jaf il-Ministru li saru spezzjonijiet li juru li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna u hemm bżonn jinbidlu? Għaliex jidher li ser jitkompla x-xogħol biex jingħata wiċċ meta mhux ser jiġu solvuti l-problemi li hemm taħt wiċċ it-triq? Ma jaħsibx li dan jista’ jwassal biex wara ftit żmien f’każ ta’ ħsarat ikollu jerġa’ jitqatta’ l-wiċċ ġdid li ser isir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-mains ta' l-ilma nbidlu kollha, kif ukoll ser isiru t-tibdiliet neċessarji kull fejn hemm ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ.
Leg 12 PQ #15008 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pont bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pont bejn Malta u Għawdex issa li għaddew aktar minn sena u nofs minn meta ġie ffirmat il-ftehim mal-kumpanija blacklisted tal-Gvern Ċiniż dwar dan il-pont?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija numru 12759.
Leg 12 PQ #15009 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — Bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġi magħżul il-bidder għal bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex hux qed jitmexxa mill-Privitisation Unit? Jekk le, min qed imexxi dan il-proċess? Jekk iva, fiex wasal il-proċess? Kemm-il bidder kien hemm u liema huma dawn il-bidders?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15010 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-ebda parti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex mhu ser tiġi pprivatizzata jew ser tibda titħaddem mill-privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa determinat li jkompli jtejjeb is-servizz tas-saħħa għal pazjenti Maltin u Għawdxin filwaqt li jibqa jagħti dan is-servizz bla ħlas.

Gozo Channel – investigazzjoni dwar inċident

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14203, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni dwar l-inċident meta nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel mill-Marine Safety Investigation Unit fi ħdan Transport Malta u l-investigazzjoni l-oħra li nediet Transport Malta f’dak li jirrigwarda l-operat tal-vapur kif stabbilit fir-regolamenti għall-bastimenti kummerċjali u l-Att dwar l-Bastimenti Merkantili, ġewx konklu¿i? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni li qed tiġi kondotta mill-Marine Safety Investigation Unit għadha ma ġietx konkluża. Ninsab infurmat ukoll li din l-investigazzjoni hija fi stadju avvanzat u tinsab fit-terminu ta’ żmien impost mill-Kummissjoni Ewropea lill-istati membri. Fir-rigward tal-investigazzjoni li tnediet mid-Direttorat tal-Portijiet fi ħdan Transport Malta, ġew innutati numru ta’ osservazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-operat tal-Gozo Channel, liema osservazzjoniet se jiġu mgħoddija lill-istess operatur sabiex jiġu ndirizzati.
Leg 12 PQ #14996 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — restoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji għal restoranti ġewwa Għawdex? Kif inhuma mifruxa fil-lokalitajiet ta’ Għawdex dawn il-liċenzji?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi numru totali ta’ ristoranti ġewwa Għawdex li għandhom liċenzja li nħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa ta’ 102. It-tabella li turi f’liema lokalitajiet jinsabu dawn ir-ristoranti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14997 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Dive sites f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-dive sites f’Għawdex? Jista’ jgħid x’investiment sar f’kull dive site minn dawk imsemmija f’Għawdex mill-Ministeru tiegħu mill-ewwel ta’ Jannar 2014 sal-lum? X’qed isir f’kull site biex l-aċċess għad-divers ikun aktar faċli?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14998 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-ospitalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Maltin u Għawdxin jaħdmu f’Għawdex fil-qasam tal-ospitalità ċjoè fil-lukandi u restoranti? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija jaħdmu fl-istess qasam? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u Għawdxin u kemm minn dawk barranin jaħdmu fir-restoranti u kemm fil-lukandi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li l-indirizz tagħhom hu Għawdex u li kienu jaħdmu f'Għawdex fil-qasam tal-ospitalità ċjoè fil-lukandi u r-restoranti f’Ottubru 2014 kien ta' 804 persuni. In-numru ta' ħaddiema barranin li jaħdmu f’dan il-qasam kien ta' 182 persuna. It-tabella ta' hawn taħt turi kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin u barranin li l-indirizz tagħhom hu Għawdex maqsuma f’kemm kienu jaħdmu fil-lukandi u kemm fir-restoranti rispettivament. Ottubru 2014 Barranin li jaħdmu Għawdex Għawdxin li jaħdmu Għawdex Total Settur tal-Lukandi (Accommodation) 112 292 404 Settur tar-restoranti (Food & Beverage Services activities) 70 330 400 Qasam tal-Ospitalità 182 622 804
Leg 12 PQ #14999 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Inċidenti f’Għawdex — talba għal kumpens għal ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret għal ħsarat li ġarrbu persuni bil-vetturi tagħhom f’toroq arterjali f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux mi¿muma tajjeb, mill-1 ta’ Settembru 2014 sal-lum? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom? Din il-mistoqsija qed issir lill-Ministru għal Għawdex peress li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura meta mistoqsi dan fil-mistoqsija 14558, ma weġibx u talab li din issir lil Ministru għal Għawdex bħala l-Ministru kkonċernat.

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru ghal Ghawdex ma rceviex talbiet formali kif imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 12 PQ #15004 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fondi vvotati għal toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13550 u jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista’ jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b’dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat li jsir fuq kull waħda minn dawn it-toroq? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad-diskors tal-Baġit 2015.
Leg 12 PQ #14929 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Għawdex – applikazzjoni għal żieda ta’ sulari ta’ Lukandi

Question

Jista’ l-Prim MInistru jgħid kemm-il lukanda f’Għawdex applikat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex iżżid sular jew aktar wara li daħlet fis-seħħ il-policy li tagħti permess biex dan isir? Liema huma dawk il-lukandi li applikaw, u kemm mistennija jżidu sodod kull lukanda permezz ta’ din l-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14929, sal-lum l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għada ma vvalidat l-ebda applikazzjoni għal estensjoni ta’ lukanda eżiżtenti f’Għawdex wara li daħlet fis-seħħ il-policy li tagħti permess biex dan isir.
Leg 12 PQ #14990 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq bejn ir-Rabat u Kerċem

Question

Jista’ l-Mnistru jgħid għaliex it-triq prinċipali li twassal mir-Rabat Għawdex sa Kerċem, liema triq taqa’ fir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, ġiet patched bis-cement flok bit-tarmak jew hot asphalt? Min ħa din id-deċiżjoni? Jaf il-Ministru li s-cement jista’ jkun perikoluż fi triq prinċipali u jista’ jikkawża inċidenti serji?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni biex jintuża l-concrete għat-tiswija fit-triq imsemmija ittieħdet mid-Direttorat għal Proġetti u Żvulipp minħabba l-preżenza kontinwa ta’ ilma fil-wiċċ tat-triq. Jiena nfurmat ukoll li din hija miżura temporanja sakemm isir kisi bit-tarmak.
Leg 12 PQ #14991 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – kirjiet/konċessjonijiet fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-kumpanija Gozo Channel x’kirjiet jew konċessjonijiet tat fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fit-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kif ingħataw dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Min ingħata dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Kemm hu l-ħlas li qed isir? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ kirjiet jew konċessjonijiet oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx li għandi nagħti kopji tal-kuntratti, peress li dawn huma ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #14992 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Paga tal-Ħaddiema li jaħdmu f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex u kif tikkompara mal-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex bil-paga minima u x’persentaġġ jiffurmaw mill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’Għawdex? Kif jikkompara mal-ħaddiema bil-paga minima f’Malta u kif jikkompara mat-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14993 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14331 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada tinġabar.

Fee għall-kaċċaturi u nassaba

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14322, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx introdotta xi fee, multa ammininistrattiva jew xi ħaġa simili fuq il-kaċċaturi u nassaba? X’inhu l-iskol dan? Din saret bi ftehim mal-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi li jagħtu d-dettalji kollha. Ta’ min iżid li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-ħlasijiet ġew diskussi b'mod estensiv mar-rappreżentanti tal-kaċċaturi u n-nassaba qabel l-introduzzjoni tagħhom. Il-ħlasijiet qegħdin hemm sabiex jirkupraw l-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur tal-insib u l-kaċċa u s-servizz regolatorju għall-kaċċaturi u n-nassaba.
Leg 12 PQ #14875 Sitting 245 2015-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat — Iċ-Ċittadella - dwal tas-swar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-parti l-kbira tad-dawl tas-swar taċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex issa ilu mitfi numru ta’ ġimgħat? X’ passi qed jieħu biex dawn is-swar jkunu mixgħula kull filgħaxija u toħroġ is-sbuħija tagħhom l-aktar wara li sar investiment qawwi fir-restawr tagħhom minn fondi tal-Unjoni Ewropeja?

Response (REFALO, ANTON)

Il-mixegħla tas-swar taċ-Cittadella hija parti mill-proġett li qed jiġi mwettaq bħalissa għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Master Plan taċ-Cittadella. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-istallazjoni ta’ sistema ġdida tad-dawl kemm fuq barra kif ukoll fuq in-naħa ta’ ġewwa taċ-Ċittadella.

Transport Malta – inċidenti f’Għawdex — talba għal kumpens għal ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret lil Transport Malta għal ħsarat li ġarrbu persuni fil-vetturi tagħhom f’Għawdex konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux miżmuma tajjeb, mill-1 ta’ Settembru 2014 sal-lum? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.