Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15401 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjiriet sussidjati fi żmien l-Elezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-titjiriet sussidjati għal dawk li jridu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-11 ta’ April 2015 qed jiġu offurti bi prezz ta’ €70 meta fl-aħħar elezzjonijiet dawn dejjem ġew offruti bi prezz ta’ €35? Min ħa din id-deċiżjoni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċizjoni li l-press ikun €70 kienet ibbażata fuq il-prezzijiet attwali li hawn bħalissa fis-settur u fuq il-prinċipju li kemm jista’ jkun il-prezz għandu jkun attrajenti, ħalli jinkoraġġixxi li n-nies jipparteċipaw u jiġu Malta ħalli jivvutaw. Dan hu l-iskop aħħari ta’ tali skema. Bil-prezz ta’ €70 dan il-għan qiegħed jintlaħaq tant li n-numri ta’ dawk li diġà bbukkjaw huwa diġà aktar minn appuntamenti elettorali preċedenti.
Leg 12 PQ #15402 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjiriet sussidjati fi żmien l-Elezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għall-elezzjonijiet tal-11 ta’ April 2015 mhux se ssir titjira tal-Air Malta mil-Lussemburgu biex tkun ta’ servizz għan-numru ta’ Maltin li jaħdmu f’dan il-pajjiż u dan meta fl-aħħar elezzjonijiet dejjem ġie pprovdut dan is-servizz?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant l-Air Malta ser tagħti dan is-servizz minn flights li huma fix-schedule eżistenti tagħha. Għalhekk, għalkemm min jgħix il-Lussemburgu ma jistax itir lejn Malta minn dan il-pajjiz għax titjiriet mil-Lussemburgu bħalisssa mhux qiegħdin fis-schedule tal-Air Malta, għandu opzjonijiet differenti kif jiġi Malta minn bosta schedule flights li toffri l-istess Air Malta minn ajruporti li qiegħdin f'pajjizi oħra. Għalhekk m’hemm l-ebda ostaklu biex dak li jkun jipprevalixxi ruħu minn tali skema u jigi jeserċita l-jedd tiegħu tal-vot. Tant hu hekk li n-numri ta’ dawk li ġja’ ibbukkjaw huwa ġja’ aktar minn appuntamenti elettorali preċedenti.
Leg 12 PQ #15403 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat, Għawdex — Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini - xogħlijiet ta' tarmak

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15090, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul fi Triq l-Imgħallem u fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex, qabel ma ngħata wiċċ ta’ tarmak f’parti minn dawn it-toroq? Jista’ jgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma u dak tad-drenaġġ f’dawk il-partijiet ta’ dawn it-toroq li ngħataw wiċċ bit-tarmak? Jista’ jgħid dan il-wiċċ ta’ tarmak li ngħata ta’ kemm ħxuna hu u kemm-il metru kwadru ta’ tarmak ingħata f’kull waħda minn dawn it-toroq fl-aħħar xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #15429 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratti ta' tindif u ta’ clerical services

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15011, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tien u t-tielet parti tal-mistoqsija, peress li għadhom mhux imwieġba,u ċjoè kemm tħaddem nies il-kumpanija JF Services fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi? Għaliex il-Ministru qed iżomm mistura din l-informazzjoni kollha dwar ħlasijiet li qed isiru minn flus pubbliċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kumpanija tħaddem 12-il cleaner u 17-il clerical worker. Il-kuntratt ta’ tindif huwa ta €7.02 kull siegħa bejn it-Tnejn u s-Sibt , u ta €10.44 kull siegħa fi Ħdud u festi pubbliċi. Il-kuntratt għax-xogħol klerikali huwa ta €10.03 mit-Tnejn sas-Sibt u ta €15.34 fi Ħdud u festi pubbliċi.
Leg 12 PQ #15430 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħol ta’ toroq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15004, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tieni, it-tielet u r-raba’ parti tal-mistoqisja peress li għażel li jwieġeb biss l-ewwel parti b’nofs risposta? Jista’ jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista’ jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-Vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b’dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat li jsir fuq kull waħda minn dawn it-toroq? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? X’qed iżomm lill-Ministru li jagħti din l-informazzjoni li tant tinteressa lin-nies, speċjalment bħalissa li hemm ħsarat estensivi fit-toroq t’Għawdex in parti per konsegwenza tal-maltemp u in parti minħabba nuqqas ta’ maintenance fl-aħħar xhur?

Response (REFALO, ANTON)

Ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari 15004
Leg 12 PQ #15431 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Skart perikoluż

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15089, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura llum biex jaqsmu trakkijiet bl-iskart perikoluż tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u bi skart ieħor perikoluż tal-industrija, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija oriġinali naqas milli jwieġeb jekk lilu nġibditlux l-attenzjoni fuq dan l-iskart perikoluż, jista’ jgħid jekk inġibditlux l-attenzjoni u fil-kaz, x’passi ħa meta inġibditlu l-attenzjoni? Jista’ jassigura li mhu qed jinkisru l-ebda regolamenti tal-pajjiż jew tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li kien hemm min ipprova jżomm milli dan l-iskart perikoluż jaqsam fuq vapuri bil-passiġġieri fuqhom iżda kien l-istess Chairman tal-Gozo Channel li awtorizza li dan l-iskart perikoluż jista’ jitħalla għaddej anke mal-passiġġieri u vetturi normali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Gozo Channel għada tuża l-istess proċeduri illi kienu jintużaw taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #15353 Sitting 252 2015-03-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra– xogħlijiet fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza Vittorja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15007, jista' l-Ministru jikkonferma li l-main tad-drenaġġ li għaddej minn Pjazza tal-Vittorja fix-Xagħra u fi Vjal it-Tmienja ta' Settembru fix-Xagħra kien fih ħsarat konsiderevoli u dan inbidel jew se jinbidel qabel jingħata wiċċ ġdid lill-Pjazza Vittorja u Vjal it-Tmienja ta' Settembru?

Response (REFALO, ANTON)

Ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta ghal Mistoqsija Parlamentari numru 15007.
Leg 12 PQ #15354 Sitting 252 2015-03-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promozzjoni ta' Għawdex — flus ivvutati

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji kif intefaq il-vot ta' nofs miljun euro li kien hemm fil-budget għas-sena 2014 biex jiġi promoss Għawdex? Jista' jagħti dettalji ta' kull nefqa li saret minn dan il-vot, kemm kien l-ammont u x'sar? Jista' jgħid jekk għal kull nefqa li saret ngħatax direct order, ntalbu kwotazzjonijiet jew inkella nħareġ tender?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 12 PQ #15187 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Titjiriet sussidjati fi żmien l-Elezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex it-titjiriet sussidjati għal dawk li jridu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-11 ta’ April 2015 ma jkoprux il-votazzjoni ta’ ġimgħa qabel id-data tal-elezzjoni u allura dawk li jistgħu biss jivvutaw ġimgħa qabel mhux se jingħataw din l-opportunità, meta f’elezzjonijiet oħra din l-opportunità dejjem ingħatat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li peress li din id-darba, id-data li fiha jkun jista’ jsir l-early voting jaħbat fil-perjodu tal-Għid, ma kienx possibbli li dawn l-arranġamenti jiġu applikati daqshekk kmieni minħabba li tali arranġamenti jista’ jkollhom impatt negattiv fuq it-turiżmu f’perjodu li hu kkunsidrat bħala ‘peak period’ għal din l-industrija.
Leg 12 PQ #15278 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Triq Patri G. Camenzuli - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq Patri G. Camenzuli, fir-Rabat Għawdex u dan peress li din it-triq għadha qatt ma saret u għalhekk jispetta lill-Ministeru għal Għawdex li jagħmel din it-triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li Triq Patri Ġ.Camenzuli fir-Rabat Għawdex hija asfaltata.
Leg 12 PQ #15279 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — privatizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15010, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid b’mod kategoriku jekk xi parti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex hix se tiġi privatizzata jew titħaddem mill-privat, u dan peress li fir-risposta tiegħu ħarab għal kollox milli jwieġeb dan? Il-fatt li ma weġibx dwar dan ifisser li se ssir din il-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15010.
Leg 12 PQ #15288 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Diving Sites u reklamar ta' diving f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sas-sena 2012, kemm nefaq il-Ministeru għal Għawdex biex itejjeb id-dive sites f'Għawdex, jirreklama d-diving f'Għawdex u joħloq artificial sites madwar Għwawdex u Kemmuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #15289 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — lukandi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati f'Għawdex? Ta' liema kategorija huma dawn il-lukandi? kemm hu n-numru ta' sodod f'kull kategorija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ lukandi liċenzjati f’Ghawdex, il-kategorija ta’ dawn il-lukandi, kif ukoll in-numru ta’ sodod f’kull ketegorija huma elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Yacht Marina u Cruiseliner Terminal f'Għawdex — bidder

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġi magħżula l-bidder għal bini ta' yacht marina u cruiseliner terminal f'Għawdex hux qed jitmexxa mil-Privatisation Unit? Jekk le, min qed imexxi dan il-proċess? Jekk iva, fiex wasal il-proċess? Kemm-il bidder kien hemm u liema huma dawn il-bidders?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #15011 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13849 u 12055 li għadu ma weġibx u jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt ta’ tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kuntratt ingħata lill-JF services.

Ix-Xagħra, Għawdex — Mitħna ta' Kola - scaffolding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus Heritage Malta biex tixtri l-iscaffolding li hemm armat mal-Mitħna ta' Kola fix-Xagħra Għawdex u/jew kemm hi l-kera kuljum tal-istess scaffolding? Jista' jgħid meta ntrama l-ewwel darba dan l-iscaffolding? Jista' jgħid fejn waslu u meta se jintemmu x-xogħlijiet ta' restawr tal-istess mitħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-iscaffolding li hemm armat mal-Mitħna ta’ Kola huwa proprjetà ta’ Heritage Malta u oriġinarjament kien inxtara mis-Solidarity Funds tal-Unjoni Ewropea bħala parti minn proġett ta’ restawr fit-Tempji tal-Ġgantija, li jmur lura għall-2004-2005. Infurmat li l-ewwel ġenb kien intrama fl-2008 ftit wara li tqaċċtu l-antenni waqt maltempata. Il-ġenb l-ieħor intrama fl-2012 meta iżżarmat l-istruttura interna kollha inkluż il-makkinarju tat-tħin, qabel bdiet ir-rikostruzzjoni. Fl-2014 tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħlijiet li kienet tikkonsisti fit-tqegħid ta’ partijiet strutturali ġodda li jerfgħu l-ġebel tat-tħin, u sar restawr ukoll fuq l-istruttura tal-ġebel. Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’April li ġej se jitpoġġa l-fus prinċipali, l-ingranaġġi u l-kappell. L-antenni għandhom jitwaħħlu iktar tard din is-sena.
Leg 12 PQ #15089 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Skart perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar jiem, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, qasmux trakkijiet bl-iskart perikoluż tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mal-istess trips fejn kien hemm vetturi u passiġġieri normali? Jekk iva, jista' jikkonferma li dwar dan inġibditlu l-attenzjoni immedjatament u x'għamel malli ġibdulu l-attenzjoni? Jista' jikkonferma li kien ċ-Chairmant tal-Gozo Channel stess li awtorizza li dan l-iskart perikoluż jitħalla jaqsam ma' trip tal-vapur fejn kien hemm passiġġieri u vetturi normali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess proċedura adottata taħt l-amministrazzjoni preċidenti għadha viġenti.
Leg 12 PQ #15090 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat, Għawdex — Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini - xogħlijiet ta' tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol li sar fi Triq l-Imgħallem u Triq il-Kappuċini fir-Rabat Għawdex qabel ingħata t-tarmak inbidlux is-servizzi tal-ilma, drenaġġ u servizzi oħra biex ma jkollux għalfejn jerġa' jitqatta l-wiċċ f'każ ta' ħsarat fl-istess servizzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi s-servizzi li kellhom bżonn jiġu mibdula ġew mibdula kif mitlub mill-Korporazzjoni għas Servizzi tal-Ilma
Leg 12 PQ #15185 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Titjiriet sussidjati fi żmien l-Elezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex it-titjiriet sussidjati għal dawk li jridu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-11 ta’ April 2015 qed jiġu offruti bi prezz ta’ €70, meta fl-aħħar elezzjonijiet dejjem ġew offruti bil-prezz ta’ €35? Min ħa din id-deċiżjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15186 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Titjiriet sussidjati fi żmien l-Elezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex għall-elezzjonijiet tal-11 ta’ April 2015 mhux se ssir titjira tal-Air Malta mil-Lussenburgu biex tkun ta’ servizz għan-numru kbir ta’ Maltin li jaħdmu f’dan il-pajjiż u dan meta fl-aħħar elezzjonijiet li saru dejjem ġie pprovdut dan is-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.