Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16129 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Triq Borg Għarib - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Borg Għarib f'Għajnsielem u dan peress li din it-triq ilha aktar minn tliet xhur li tqaxxret u tħalliet fi stat ħażin ħafna? Jaf li dan qed jikkawża problemi kbar lir-residenti ta' din it-triq u periklu lil min qed jużaha? Jista' jgħid min ħa d-deċiżjoni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku meta mhix lesta, anzi bħalissa hi bla wiċċ peress li l-wiċċ li kien hemm tneħħa?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari 16129 u nitlob lill-Interpellant biex jitlob dan it-tali detall ta’ informazzjoni lill-Ministeru kkonċernat li ħareġ it-tender relattiv.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ħaddiema bit-telework

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, kumpaniji jew awtoritajiet li jaqgħu taħtu li fl-aħħar sena (April 2014 sa April 2015) kienu qed jaħdmu bil-kundizzjonijiet tal-kuntratt tat-telework u fl-istess perjodu kienu qed jingħataw numru ta' sigħat ta' sahra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, dipartimenti, kumpaniji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi kien hemm 34 impjegat li jaħdmu b’ telework u fl-istess perjodu kienu qed jingħataw numru ta' sigħat ta' sahra.

Ftehim dwar adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim bilaterali għandha Malta dwar adozzjonijiet minn pajjiżi oħra? Ma' liema pajjiżi saru dawn il-ftehim u meta saru? Kemm-il adozzjoni saret minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fl-aħħar sentejn u ċjoè minn April 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha ftehim bilaterali mal-Albanija li sar fl-1996 u ftehim bilaterali ieħor mas-Slovakkja li sar fl-2014. Minn April 2013 sallum saru 3 tqabbiliet ta’ tfal mis-Slovakkja ma’ ġenituri addottativi prospettivi f’Malta u tqabbil wieħed mill-Albanija. Il-proċess biex dawn it-tfal jiġu eventwalment adottati għaddej.

Addozjonijiet mir-Russja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-preżent l-adozzjonijiet mir-Russja waqfu għal kollox? X'inhuma r-raġunijiet li wasslu għal dan? Jista’ jgħid għaliex dikjarazzjoni li qed tintalab minn Qorti tal-uniku Reġjun Russu li kien lest li jkompli jaċċetta adozzjonijiet lejn Malta sal-lum għadha ma nħarġitx u b’hekk anke adozzjonijiet minn dan ir-reġjun huma stallati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-adozzjonijiet mir-Russja jiġu ffaċilitati minn aġenziji differenti f’Reġjuni differenti. L-Awtorità Ċentrali ta’ Malta ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali li tgħid li l-adozzjonijiet mir-Russja waqfu. L-Awtorità Ċentrali ħarġet dikjarazzjoni biex tiġi ppreżentata fil-Qorti tar-Reġjun Russu msemmi.
Leg 12 PQ #16108 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq it-Torru Sopu - bini ta' ħajt ta' lqugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jinbena l-ħajt ta’ lqugħ ta’ Triq it-Torri Sopu fin-Nadur liema ħajt ċeda ftit tal-ġimgħat ilu? X’sar mill-Ministeru biex jitneħħa l-periklu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet is-sejħa għall-offerti għall-bini mill-ġdid tal-ħajt. Is-sejħa għall-offerti mistennija tagħlaq nhar id-19 ta Mejju. Fil-frattemp inbena ħajt ta’ lqugħ temporanju biex jitneħħa l-periklu.
Leg 12 PQ #16109 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ħaddiema - pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru għaliex fl-aħħar jiem, numru kondiserevoli ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew mitluba jħallsu lura pagamenti li sarulhom ftit tal-ġimgħat jew xhur qabel? X’kienu dawn il-pagamenti li saru? Kemm ħaddiema ngħataw dawn il-pagamenti u kemm kien l-ammont? Għaliex qed jintalbu jħallsu parti minnhom lura? Kemm hu l-ammont globali li qed jintalab lura u kemm ħaddiema ntalbu jħallsu lura xi ammont?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #16117 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal yacht marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar għal yacht marinas f'Għawdex? Jista' jgħid fejn f'Għawdex il-Gvern għandu l-intenzjoni li jsiru yacht marinas oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16118 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet ta' yacht marinas

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15834, jista' l-Ministru jgħid min hu l-applikant li ssottometta l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jġibu t-tracking number 146856 u 146857 u li jipproponu yacht berths and floating pontoon u organised boat moorings rispettivament? Fuq liema sit saru dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jippreżenta site plan tas-sit fejn saret kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? Xi żvilupp eżatt qed jipproponu dawn iż-żewġ applikazzjonijiet? X'konsultazzjoni qed issir u ma' min dwar dawn iż-żewġ applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15836 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

ERDF 344 — Renewable Energy Facilities in Public Building in Gozo - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea ERDF 344 – Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-proġett jikkonsisti fl-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi f’numru ta’ binjiet pubbliċi madwar Għawdex. Ix-xogħlijiet huma f’stadju avvanzat u l-panelli twaħħlu fuq il-maġġoranza tal-binjiet. Il-proġett jiswa €1,080,088.50 fejn €274,599 se jiġi konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea filwaqt li €805,489.50 se jiġu mħallsa minn fondi nazzjonali. Dan tal-aħħar se jittieħed minn Vot Kapitali VIII, line item 7901 A02. Il-kuntratt ġie mirbuħ minn ECOMERI JV wara sejħa pubblika. In-numru ta’ offerenti għal dan il-kuntratt kien ħamsa.
Leg 12 PQ #15837 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

ERDF 402 — Digital Promotion Campaign for Gozo - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea ERDF 402 – Digital Promotion Campaign for Gozo? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma L-Onorevoli Interpellant illi s-sejha ghall-offerti ghal 'Digital Promotion Campaign for Gozo' qed tigi evalwata. B'kollox kien hemm zewg offerti ghal din is-sejha. Dan il-progett jikkonsisti f'kampanja ta' promozzjoni digital dwar Ghawdex bhala destinazzjoni turistika distinta. Mill-ammont totali tal-progett, 190,655 euro. ser jigi konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea u 74,020 euro. mill-vot ta' Malta. Dan ta' l-ahhar ser jittiehed minn Vot Kapitali VIII, line item 7901 A02
Leg 12 PQ #15838 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

EFF 317 — Upgrading and Development of the Fisheries Infrastructure in Marsalforn - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea EFF 317 – Upgrading and Development of the Fisheries Infrastructure in Marsalforn? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-proġett jikkonsisti fit-titjieb tal-infrastruttura fil-port ta’ Marsalforn għas-sajjieda. Ix- xogħlijiet jinkludu dawn l-interventi: (1) l-bini mill-ġdid tas-‘slipway’; (2) tranġar tal-‘drystanding area’ u l-ħajt tal-Menqa; (3) xiri u installazzjoni ta’ ‘winch’ ġdid; u (4) twaqqif ta’ ‘landings office’. Bħalissa l-kuntrattur responsabbli qiegħed jirranġa l-‘drystanding area’ u fil-gimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijet fuq il-ħajt tal-Menqa. Fl-aħħar jiem l-‘slipway’ giet mibnija mill-ġdid u tista’ tibda tintuża mis-sajjieda. Il-proġett jiswa €756,628.97 fejn €443,035.47 ser jiġi konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea filwaqt li €313,593.50 ser jiġu mħallsa minn fondi nazzjonali. Dan ta’ l-aħħar ser jittieħed minn Vot Kapitali VIII, line item 7904 A02. S’ issa, wara sejħa pubblika, l-offerenti għal dan il-proġett kienu tmienja fejn tlieta tefgħu l-offerta tagħhom għas-sejħa tax-xogħlijiet filwaqt li ħamsa tefgħu l-offerta tagħhom għas-sejħa tal-‘project management’. Dawn is-sejħiet ġew mirbuħa minn Road Construction Co Ltd u Perit William Lewis rispettivament.
Leg 12 PQ #15839 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

SWMED — Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea SWMED – Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions? Fiex jikkonsisti dan il-proġett? Lil min ingħata l-kuntratt? Kemm kien hemm offerenti għal dan il-proġett u kif saret l-għażla? Kemm hu l-ammont li se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kemm hu l-ammont li se jiġi mħallas minn fondi nazzjonali? Il-parti li se titħallas mill-fondi nazzjonali, minn liema vot tal-Ministeru se tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-proġett SWMED huwa proġett li jitratta l-użu effiċjenti tal-ilma li jintuża għal skop domestiku. Bħala reġjun pilota għall-proġett intgħażel Għawdex fejn tqassmu diversi water saving kits. Il-proġett kien jinkludi wkoll diversi laqgħat kemm f’Għawdex kif ukoll fil-pajjiżi imsieħba: it-Tuneżija, l-Palestina u l-Italja. Il-proġett wasal fl-aħħar fazi tiegħu u kien jinvolvi diversi kuntratti skont il-proċeduri stabbiliti u li huma murija fit-tabella annessa. L-allokazzjoni ta’ flus kofinanzjati minn fondi Ewropej hi ta’ €109,613.42 u €12,179.27 minn fondi lokali taħt il-voti rispettivi tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn ic-ċifri ma jinkludux il-VAT.

Trasport pubbliku – Servizz fuq ir-Rotta X1A

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-servizz tal-linja bin-numru X1A li tmur direttament mill-port taċ-Ċirkewwa lejn l-Università u l-Isptar Mater Dei u ma tieqaf fl-ebda post ieħor ma ssirx biss mal-vapur tas-6.00am, iżda ssir ukoll mal-vjaġġi tas-6.30am, tas-7.00am u tas-7.30am nhar ta’ Tnejn u mal-vjaġġi tas-6.45am u tas-7.30am fil-ġranet l-oħra peress li numru kbir ta’ ħaddiema u studenti Għawdxin jużaw dawn il-vjaġġi biex imorru għax-xogħol u/jew l-Università?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li bl-introduzzjoni tar-rottot il-ġodda, fuq ir-rotta X1A se jiżdied vjaġġ ieħor filgħodu miċ-Ċirkewwa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Tajjeb li wieħed jinnota li mill-Università din ir-rotta ser tkun qiegħda tiġi estiża sal-MCAST ġewwa Raħal Ġdid. Fuq l-istess rotta, kull nhar ta’ Ġimgħa wara nofs in-nhar se jiġu miżjuda żewġ vjaġġi oħra li jibdew mill-Università u jmorru lejn iċ-Ċirkewwa.
Leg 12 PQ #15800 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1963 fejn kien wieġeb li ‘tajt struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa’, jista’ l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet kien ta u lil min biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ħajt li jagħti għal fuq il-Wied ta’ San Blas fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur u dan peress li parti sostanzjali minn dan il-ħajt fl-aħħar jiem ċediet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li saru fuq dan il-ħajt minn meta saret il-mistqosija parlamentari (kważi sentejn ilu fl-24 ta’ Mejju 2013) sa meta ċeda l-ħajt ftit tal-jiem ilu? Kemm swew dawn ix-xogħlijiet u minn min saru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għax-xogħlijiet neċessarji se toħroġ fil-5 ta’ Mejju 2015.
Leg 12 PQ #15801 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – persuni jirreġistraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi qed jitħaddmu fil-preżent għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex? Kemm hemm persuni jaħdmu f’dawn l-iskemi u b’liema kundizzjonijiet qed jitħaddmu f’dawn l-iskemi? F’liema postijiet huma assenjati dawn il-persuni li qegħdin parti minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm skema waħda immexxija mill-ETC għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex. L-iskema hija: ‘Work and Training Exposure Scheme for Clerk Registrants in Gozo’. Fil-preżent hemm disa’ persuni f’din l-iskema li bdiet f’Novembru 2014 u li qed jingħataw esperjenza ta’ xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Il-parteċipanti qed jingħataw €150 fil-ġimgħa bħala ‘training grant’.
Leg 12 PQ #15802 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat, Għawdex — Grawnd ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-subien - floodlights

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12305 u 12612, jista' l-Ministru jgħid jekk il-floodlights fil-grawnd li jinsab fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex waslux biex jiġu stallati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12612, għad iridu jiġu indirizzati ħsarat infrastrutturali qabel ma jkun jista' jibda l-proċess biex jiġi installat id-dawl artifiċjali (floodlights) fil-grawnd imsemmi.
Leg 12 PQ #15804 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Proġett taċ-Ċittadella — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas b’kollox s’issa fuq il-proġett taċ-Ċittadella li qed jiġi ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Kemm minn dan l-ammont tħallas minn fondi nazzjonali u kemm minn fondi tal-Unjoni Ewropeja? Meta hu mistenni jkun lest il-proġett kollu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fuq il-proġett tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Cittadella ERDF 246 s’ issa intefqu €4,788,315.70 li minnhom €3,507,172.62 tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li €1,281,143.08 ġew imħallsa mill-fondi nazzjonali. Il-proġett kollu huwa mistenni li jitlesta fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #15835 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Borg Gheritu – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Borg Gheritu f’Għajnsielem u dan peress li din it-triq ilha aktar minn tliet xhur li tqaxxret u tħalliet fi stat ħażin ħafna? Jaf li dan qed jikkawża problemi kbar lir-residenti ta’ din it-triq u periklu lil min qed jużaha? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku meta mhix lesta, anzi bħalissa hi bla wiċċ peress li l-wiċċ li kien hemm tneħħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa fejn jien infurmat m'hemm l-ebda triq li ġġib dan l-isem ġewwa Għajnsielem.
Leg 12 PQ #15452 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Petrol u Diesel — dazju u VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nġabru dazju u VAT mill-petrol u diesel xahar b'xahar minn Jannar 2013 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward id-dazju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT fuq il- petrol ( leaded u unleaded ), tad- diesel peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurata fid-denunzji mis-sidien tal-pompi globalment flimkien ma prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.
Leg 12 PQ #15468 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-Gozo Channel — defribrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-defibrillators fuq il-vapuri tal-Gozo Channel jiffunzjonawx? Jekk iva, fl-aħħar inċident li kien hemm fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel fejn mietet persuna, id-defibrillator ta’ fuq il-vapur intuża? Min hu mħarreġ biex juża dan l-apparat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li kull vapur, inklużi ukoll it-terminals tal-Imġarr u Ċirkewwa huma attrezzati b'AED (Automated External Defibrillator) li huma aċċessibbli għall-pubbliku u mwaħħla f'zoni pubbliċi. L-AEDs kollha huma funzjonabbli u jiġu ttestjati minn żmien għal żmien, kif ukoll jiġu servisjati perjodikament mill-agent li hu liċenzjat biex jagħmel dan. Ic-Chief Officers kif ukoll it-Terminal Duty Managers tal-kumpanija, huma mħarrġa f'użu ta' dan l-apparat kif ukoll f'CPR. Fl- aħħar inċident li ġara fuq il-vapur MV Ta' Pinu l AED li hemm fuq il-vapur ġie użat miċ-chief officer.