Għawdex — Ftuħ ta’ Representation Unit tal-Unjoni Ewropea – direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ingħata d-direct order mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu sabiex isir rapport ta’ studju relatat mal-ftuħ ta’ Representation Unit tal-Unjoni Ewropea f’Għawdex? Kemm swiet din id-direct order? Għaliex ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew inkella ntalbu kwotazzjonijiet biex isir dan ir-rapport? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-Direct Order ingħata lil Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) għall-valur ta’ €87,745.53 wara li oriġinarjament kienet ħarġet sejħa għall offerti u ma kien hemm l-ebda offerta sad-data tal-għeluq. Wara li reġgħet ħarget l-offerta, intefgħu tlitt offerti bil-valur ta’ €87,745.53, €153,676.20 u €191,680.00 rispettivament.
Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li l-offerta ta’ Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) kienet l-irħas waħda, teknikament konformi u ma taqbiżx l-istima tad-Dipartiment iżda ma intefgħetx it- ‘tender form’. L-offerti l-oħra kienu sostanzjalment iktar għolja mill-istima tad-Direttorat.
Ara dokument nru PL 5172 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 8 ta' Ġunju f'Seduta 273.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14993 u 14331 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14202, jista' l-Ministru jgħid jekk issa wara diversi xhur wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fihom nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-incident.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess fuq il-proġett tal-pont bejn Malta u Għawdex u dan peress li issa daqt jkunu għaddew sentejn meta f'Ġunju 2013 tħabbar waqt konferenza stampa f'Kastilja li ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Kumpanija blacklisted Ċiniża fuq studju dwar dan il-proġett?
Sptar Ġenerali t'Għawdex — proċess ta' privatizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Meta hu mistenni li l-operatur privat jibda jħaddem dan l-isptar? Jista' jgħid meta ltaqa' mal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex jispjegalhom x'se jiġri mill-Isptar kif ukoll dwar il-futur tagħhom mal-kumpanija li se tieħu l-isptar f'idejha? Ma jaħsibx li l-ħaddiema għandhom jinżammu infurmati dwar dak li jolqot lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. interpellant li għal kuntrarju tal-imperssjoni li qed jipprova jagħti fil-mistoqsija tiegħu, is-saħħa ser tibqa’ b’xejn u mhux ser issur privatiżżazzjoni. L-Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa qed jiltaqa’ b’mod regolari mal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – direct orders — restawr tal-faċċata tal-Banca Giuratale
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13825, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħata direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp biex isir ir-restawr tal-faċċata tal-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex? X'kienet ir-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol? Kemm hu l-valur ta' din id-direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-Direct Order ingħata lil Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) għall-valur ta’ €87,745.53 wara li oriġinarjament kienet ħarġet sejħa għall offerti u ma kien hemm l-ebda offerta sad-data tal-għeluq. Wara li reġgħet ħarget l-offerta, intefgħu tlitt offerti bil-valur ta’ €87,745.53, €153,676.20 u €191,680.00 rispettivament.
Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li l-offerta ta’ Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) kienet l-irħas waħda, teknikament konformi u ma taqbiżx l-istima tad-Dipartiment iżda ma intefgħetx it- ‘tender form’. L-offerti l-oħra kienu sostanzjalment iktar għolja mill-istima tad-Direttorat.
Ministeru għal Għawdex – direct orders — xiri u trasport ta' vetturi mill-Ingilterra
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13825, jista' l-Ministru jgħid lil min ngħatat direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp għax-xiri ta' vetturi mill-Ingilterra kif ukoll direct order oħra għat-trasport tal-istess vetturi mill-Ingilterra? X'kienet ir-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti għal dan? Kemm hu l-vaur ta' dawn iż-żewġ direct orders?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ftiehem ma’ Ministeru ieħor biex meta dan jixtri vetturi għall-użu tiegħu, jinxtraw xi vetturi għall-użu tal-Ministeru għal Għawdex. Inġiebet l-approvazzjoni għal direct order mill-Ministeru tal-Finanzi. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-proċedura użata kienet dik li ntużat mill-amministrazzjoni preċendenti meta nxtraw vetturi f’Ministeru ieħor f’Malta.
Id-
direct order
għax xiri tal-vetturi ngħata lil Seaactive Ltd, Blackwell Lane, Greenwich, London, UK għall-valur ta’ €102,560.98.
Id-direct order għat-trasport tal-vetturi ngħata lil A.B. Plant Shipping Ltd, UK għall-valur ta’ €12,169.19.
MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal yacht marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16117 u jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar għal yacht marinas f'Għawdex? Jista' jgħid fejn f'Għawdex il-Gvern għandu l-intenzjoni li jsiru yacht marinas oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għat-twegiba ghall-mistoqsija parlamenatri 15834.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor Interpellant li apparti mill-expression of interest maħruga f’Lulju 2013, il-gvern mhu jistudja b’mod attiv l-ebda possibilita ta’ yacht marina f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Għajn Qasab fin-Nadur u dan peress li:
(a) Parti mill-wiċċ ta’ din it-triq jinsab fi stat diżastruż b’ħafna ħofor fondi;
(b) Fl-istess triq hemm numru ta’ ħitan imwaqqgħa li ilhom hekk mix-xitwa 2013/2014;
(c) Hemm ammont ta’ ħaxix ħażin; u
(d) Bankina quddiem iċ-Ċimiterju tinsab fi stat li ħadd ma jista’ jimxi fuqha?
Peress li din it-triq hija dik li twassal għall-bajja tar-Ramla u issa li beda s-sajf jgħaddu minnha kuljum mijiet ta’ Maltin, Għawdxin u turisti, jista’ jara li dan ix-xogħol isir malajr kemm jista’ jkun?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi kif qiegħda ssir Triq Ħanaq wara 25 sena, hekk ukoll ser ssir Triq Għajn Qasab. Ix-xogħlijiet ta' tindif u qtugħ ta' ħaxix isir fuq bażi regolari kif ukoll qed isir xogħol ta' tiswija fuq l-imsemmija ħitan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-Notte Gozitana (Lejliet Lapsi) hux se tinżamm din is-sena? Jekk le, x’inhi r-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li n-Notte Gozitana (Lejlet Lapsi) ila sentejn ma ssir. Bħalma jaf l-Onor. Interpellant minflok il-flus allokati qed jintużaw għal diversi attivitajiet matul is-sena minn żmien inkluż il-Gimgħa l-Kbira, l-Milied u anke sports weekends biex inħajru turiżmu intern lejn Għawdex. Fil-fatt dawn kienu suċċess kbir u għalhekk se jkomplu jkunu organizzati fiż-żmien li ġej taħt diversi ismijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ attivitajiet kulturali li ġew organizzati mill-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru tiegħu matul is-sena 2014? Kemm swiet kull attività?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16109 u jgħid għaliex fl-aħħar jiem, numru kondiserevoli ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew mitluba jħallsu lura pagamenti li sarulhom ftit tal-ġimgħat jew xhur qabel? X’kienu dawn il-pagamenti li saru? Kemm ħaddiema ngħataw dawn il-pagamenti u kemm kien l-ammont? Għaliex qed jintalbu jħallsu parti minnhom lura? Kemm hu l-ammont globali li qed jintalab lura u kemm ħaddiema ntalbu jħallsu lura xi ammont?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li kien hemm diskrepanza fl-ammont ta’ arretrati li gew moghtija ma l-ammont ta’ arretrati li kien dovut.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16118 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15834, jista' l-Ministru jgħid min hu l-applikant li ssottometta l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jġibu t-tracking number 146856 u 146857 u li jipproponu yacht berths and floating pontoon u organised boat moorings rispettivament? Fuq liema sit saru dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jippreżenta site plan tas-sit fejn saret kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? Xi żvilupp eżatt qed jipproponu dawn iż-żewġ applikazzjonijiet? X'konsultazzjoni qed issir u ma' min dwar dawn iż-żewġ applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16420, iż-żewġ applikazzjonijiet imsemmija saru minn Harbour Management. Id-dettalji dwar is-sit jinsabu fit-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 15834. L-i¿vilupp propost fl-applikazzjoni TRK146856 jikkonsisti f'installazjoni ta' floating breakwater u floating pontoon. Il-proposta TRK 146857 tikkonsisti f'installazjoni ta' organised moorings.
Dawn l-applikazzjonijiet qegħdin fi stadju ta' screening fejn intalbu numru ta' studji u informazzjoni ohra sabiex il-proposti ikunu jistgħu jigu studjati aktar fid-dettal.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li apparti mill-expression of interest maħruġa f’Lulju 2013, il-gvern mhu jistudja b’mod attiv l-ebda possibilita ta’ yacht marina f’Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16107, jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet mir-Russja kull sena matul is-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif li għandha l-Aġenzija Appoġġ dwar adozzjonijiet mill-Federazzjoni Russa, l-istatistika miġbura qed tiġi preżentata hawn taħt:
Sena li fiha ħareġ
id-Digriet tal-Qorti
Numru ta’ Tfal Addottati
Mill-Federazzjoni Russa
2008
27
2009
25
2010
10
2011
29
2012
9
2013
6
2014
12
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni miġbura tirrifletti biss dawk l-addozzjonijiet fejn kien hemm l-involviment tal-Aġenzija Appoġġ, billi hemm għadd ta’ Aġenziji privati oħra li huma ukoll involuti. Statistika kompluta tkun tista’ tinġabar biss mit-tgħarif mi¿mum fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16106, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm ġew konklużi adozzjonijiet mill-Albanija u mill-Islovakkja, l-uniċi żewġ pajjiżi li Malta għandha ftehim bilaterali magħhom dwar l-adozzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġodda fir-Rabat Għawdex għadhom qatt ma saru? Jista’ jikkonferma li huwa l-Ministeru tiegħu li huwa responsabbli li jagħmel il-wiċċ ta’ dawn it-toroq u xogħol ieħor relatat? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq min-naħa tal-Ministeru tiegħu? Liema toroq minnhom se jsiru sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f xi seduta oħra.
Għawdex – main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċens fis-Sannat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema toroq f’Għawdex ġie mgħoddi l-main tal-ilma ġdid li beda minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala u twassal sal-Ġibjun, Ta’ Ċenċ fis-Sannat? Jista’ jgħid kemm hu l-valur totali tat-tender li ngħata għal dan il-proġett? Jista’ jgħid għaliex ix-xogħol fuq numru ta’ toroq huwa wieqaf?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor, Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex – main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċens fis-Sannat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tat-tender li ngħata biex jiġi mgħoddi main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala u jwassal sal-ġibjun Ta’ Ċenċ fis-Sannat? Liema xogħol ikopri dan it-tender u min rebaħ dan it-tender? Kemm kien il-valur tal-offerenti l-oħra? Mil-liema toroq u f’liema lokalitajiet ġie mgħoddi dan il-main?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-valur totali tat-tender imsemmi huwa ta’ ftit ’il fuq minn erba’ (4) miljuni.
Dan it-tender ikopri xogħol relatat mal-main tal-ilma kif ukoll
resurfacing
ta’ toroq, u ntrebaħ minn GTE JV li tefa’ l-irħas offerta. L-offerenti l-oħra kienu RN Construction Limited u Impresa Duci Srl, b’offerti ta’ ’l fuq minn ħames (5) miljuni u sitt (6) miljuni rispettivament.
Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15800, fejn il-Ministru naqas li jwieġeb għal parti sostanzjali minnha, peress li fil-mistoqsija parlamentari 1963 kien wieġeb li ‘tajt struzzjonijiet biex isiru xogħlijiet meħtieġa’, jista’ l-Ministru jgħid xi sturzzjonjiet kien ta u lil min kien tahom biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ħajt li jagħti fuq il-Wied ta’ San Blas fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur u dan peress li parti sostanzjali minn dan il-ħajt fl-aħħar ġimgħat ċediet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li saru fuq dan il-ħajt fl-aħħar sentejn u ċjoè minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 1963 sa meta ċeda l-ħajt u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Minn min saru? Jista’ jikkonferma li la darba ma weġibx dawn il-mistoqsijiet li saru permezz tal-mistoqsija parlamentari 15800, dan ifiser li fl-aħħar sentejn ma sar l-ebda xogħol fuq dan il-ħajt sakemm ċeda u dan minkejja li hu kien informa lill-Parlament li kien ‘ta struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa’?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sejħa għax-xogħlijiet għalqet u qiegħda fil-proċess tal-aġġudikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Borg Għarib f'Għajnsielem u dan peress li din it-triq ilha aktar minn tliet xhur li tqaxxret u tħalliet fi stat ħażin ħafna? Jaf li dan qed jikkawża problemi kbar lir-residenti ta' din it-triq u periklu lil min qed jużaha? Jista' jgħid min ħa d-deċiżjoni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku meta mhux lesta, anzi bħalissa hi bla wiċċ peress li l-wiċċ li kien hemm tneħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma għaddejjin bi prijorita’ assoluta biex b’hekk jitneħħa kull inkonvenjent lill-pubbliku kemm jista’ jkun malajr. Bħalissa għaddejjin bi trial repairs biex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuq it-triq kollha. It-triq hija miftuħa biss għar-residenti tal-istess triq.