Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema, kemm dawk li huma impjegati pubbliċi u kemm dawk li huma impjegati mal-privat, li jaħdmu fuq bażi full time jew part time fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dan in-numru totali huma impjegati fis-servizz pubbliku u kemm minn dawn huma impjegati mal-privat? Jista’ l-Ministru jaqsam dawn il-ħaddiema skont il-grad tagħhom u jgħid kemm hemm ħaddiema f’kull grad? Jista’ jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l- Onorevoli Interpellanta li l-haddiema impjegati mal- Gvern hemm 782
Minn Dicembru 2012 sa llum kien hemm zieda ta’ 8 tobba, 56 nurses, 19 Emergency Ambulance Responder, 20 Allied Health & Supporting staff u 9 staff klerikali
Għawdex — Tindif u żamma tajba tal-bajjiet – impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies b’kollox mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u kif inhuma maqsumin f’kull bajja li hemm f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Għawdxin li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex fuq kull parti tar-reġistru? B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16439 fejn il-Ministru nforma lill-Kamra li kien hemm 31 persuna li nqatgħu mir-reġistru f'Għawdex mill-2013 sal-lum, jista' jgħid kemm minn dawn attwalment qed jerġgħu jirreġistraw għax-xogħol taħt xi parti mir-reġistru ta' dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’April 2015 in-numru ta' Għawdxin li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex fuq l-ewwel parti tar-reġistru kien ta' 715-il persuna filwaqt li 24 persuna kienu qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-reġistru. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li mill-31 persuna li nqatgħu mir-reġistru f'Għawdex mill-2013 sa Marzu 2015, 11 minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ April 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fix-Xlendi, il-parti tal-port fejn hemm l-istatwa ta’ Sant’ Indrija, ma tiġix organizzata sew biex ikun hemm ordni mis-sidien tad-dgħajjes li jpoġġu d-dgħajjes tagħhom f’din l-area?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-parti tal-port fejn hemm l-istatwa ta’ Sant’ Indrija, ma taqax taħt ir-responmsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, iżda taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid skont l-aħħar ċensiment kemm hemm djar li ma jirrisjedi ħadd fihom f’Għawdex u ċjoè li huma vojta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond il-Census of Population and Housing 2011:Final Report, in-numru ta djar li ma jirrisjedi ħadd fihom f’Għawdex hu ta 5,996.
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartiment hu responsabbli miż-żamma u manutenzjoni tal-proġett taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr f’Għawdex li sar b’fondi tal-Unjoni Ewropea? Jaf il-Ministru li hemm partijiet minn dan il-proġett, fosthom il-funtana, li mhumiex miżmuma fi stat tajjeb?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilita’ taż-żamma u manutenzjoni tal-proġett taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr jaqa’ taħt il-maintenance section fi ħdan id-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp. Il-funtana dawn l-aħħar jiem ġiet imnaddfa u qegħda fil-proċess ta’ manitenzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati f’Għawdex, x’inhu r-rank tagħhom u f’liema taqsimiet huma stazzjonati? Jista’ jgħid meta ser jittieħdu pulizija minn Malta lejn Għawdex biex jiżdiedu l-pulizija f’Għawdex u kemm hemm bżonn li jmorru pulizija lejn Għawdex biex ikun hemm il-full complement?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm mija u tnejn u tletin (132) uffiċjal tal-pulizija stazzjonati f’Għawdex, f’ranks kif jidher fit tabella ‘A’ li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess uffiċċjali huma stazzjonati kif jidher fit-tabela ‘B’. Infurmat illi il-compliment ta’ pulizija f’Ghawdex ivarja skond l-esigenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija f’Għawdex matul is-sena 2013, is-sena 2014 u din is-sena sallum? Jista’ jaqsam dawn iċ-ċitazzjonjiet skont il-lokalità li ngħataw fihom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li insab infurmat illi ċitazzjonijiet tat-traffiku li ngħataw mill-Pulizija f’Għawdex matul is-snin 2013 u 2014 u matul din is-sena sallum kien kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif mitlub mill-Onor. interpellant il-figuri taċ-ċitazzjonjiet, huma mqassma skont il-lokalità li ngħataw fihom.
Għawdex — Skema għal studenti - esperjenza ta’ xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għas-sajf li ser jibda dalwaqt hux ser terġa’ ssir l-iskema inti¿a biex studenti Għawdxin jieħdu esperjenza ta’ xogħol mal-privat jew ma’ entitajiet tal-Gvern f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk ser issir kemm ser ikunu l-istudenti li jibbenefikaw minn din l-iskema u għal kemm sigħat fil-ġimgħa? Jekk din l-iskema mhux ser issir, jista’ jagħti r-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena wkoll il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħaseb biex jagħmel skema biex l-istudenti jingħataw esperjenza ta’ xogħol kemm f’dipartimenti tal-Gvern, entitajiet privati u għaqdiet tal-istudenti. L-istudenti tal-Università u għall-ewwel darba tal-MCAST Livell 5 u 6, ġew mitluba biex japplikaw online mis-sit tal-Edukazzjoni, liema applikazzjoni għalqet il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju. Applikaw taħt din l-iskema aktar minn 1,300 studenti, liema applikazzjonijiet qed jiġu proċessati għall-eliġibilità tagħhom. Bħal fis-snin ta’ qabel studenti Għawdxin jingħataw prijorità biex jaħdmu ġewwa Għawdex iżda dan jiddependi mit-talba ta’ min ser iħaddem. L-applikazzjoni għal min qed joffri x-xogħol għadha miftuħa. L-istudenti jaħdmu 80 siegħa mifruxa fuq erba’ ġimgħat, jiġifieri 20 siegħa kull ġimgħa, u huma intitolati għal leave u sick leave pro rata.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-grounds tal-futbol f’Għawdex li saru permezz ta’ fondi ta’ nofs miljun ewro li ġew ivvutati fil-Baġit 2013 u f’dak tal-2014 bħala parti mill-iskema/inizjattiva sabiex il-grounds kollha f’Għawdex isiru b’ħaxix sintetiku? Kemm ibbenefika kull ground rispettiv ta’ kull lokalità f’Għawdex u liema huma l-grounds li għad iridu jiġu upgraded u meta se jitlestew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi vvutati fil-Baġit għall-2014 u f’dak għall-2015 kienu ta’ €140,000 kull sena u mhux ta’ nofs miljun ewro. Niċċara wkoll li dawn il-fondi kienu sabiex jitjiebu l-faċilitajiet sportivi tal-klabbs u mhux sabiex il-grounds kollha ta’ Għawdex isiru b’ħaxix sintetiku. Mill-ammont totali maqsum fuq dawn is-sentejn ittieħdet is-somma ta’ €200,000.
Dawn il-fondi għaddew lill-GFA u infurmat li tqassmu kif ġej:
· Xagħra - €20,000
· Nadur - €15,000
· Oratory Youths - €15,000
· Kerċem Ajax - €100,000
· Sannat Lions - €40,000
· Victoria Hotspurs - €5,000
· Munxar Falcons - €5,000
Dawn huma l-klabbs li għad iridu jibbenefikaw mill-fondi li jammontaw għal total ta’ nofs miljun skont il-kuntratt:
· Għarb
· Għajnsielem
· Qala
· SK Victoria Wanderers
Fir-rigward ta’ meta dawn il-faċilitajiet sportivi se jitlestew, jiddependi mill-klabb kkonċernat. Il-fondi jitħallsu biss wara li jiġu ppreżentati l-irċevuti fiskali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-grounds tal-futbol f’Għawdex li huma pubbliċi? F’liema lokalitajiet jinsabu u min hu responsabbli minn dawn il-grounds? Kemm minn dawn il-grounds illum huma bil-ħaxix sintetiku jew naturali? Kemm minnhom għadhom bl-art taż-żrar? Meta hu mistenni li jiġu upgraded il-grounds li fadal biż-żrar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali f'kull lokalità f'Għawdex fl-2013, fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b'lokalità sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika n-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw per annum sal-4 ta’ Ġunju 2015.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-mediċina Nortrilen (10mg) fl-aħħar ġimgħat għoliet sostanzjalment? X’passi ħadet it-Taqsima tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur fuq dan?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tissorvelja kontinwament iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet tal-mediċina.
Mill-informazzjoni li ġabar l-Uffiċċju, l-għoli fil-prezz bl-imnut tal-mediċina Nortrinel 10 mg hu riżultat ta’ żieda fil-prezz tal-manifattur.
Skont il-ftehim volontarju ta’ Jannar 2012, bejn il-Gvern u l-importaturi tal-mediċina, l-Uffiċċju għall-Konsumatur qabbel il-prezz bl-imnut rrakkommandat mill-importatur mal-prezz ta’ referenza (maħdum mill-prezzijiet bl-imnut tal-prodott f’numru ta’ pajjiżi Ewropej) sabiex jiġi mistħarreġ jekk l-għoli fil-prezz hux ġustifikat. F’dan il-każ, instab li l-prezz hu inqas mill-prezz ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali ser jieħdu għajnuna mill-fondi ta’ nofs miljun ewro li ser jintużaw biex jitranġaw toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li ser jieħu kull kunsill? Jista’ jgħid liema toroq ser jiġu rranġati b’dawn il-fondi f’kull lokalità u x’tip ta’ xogħol ser isir? Kemm kien hemm talbiet li ma ġewx milqugħa u ta’ liema kunsilli kienu dawn it-talbiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm talbiet minn Kunsilli Lokali li ma ġewx milqugħa.
Għawdex – In-Nadur – Xogħlijiet fi Triq tal-Ħandaq u Triq ir-Ramla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jitlesta x-xogħol ta’ re-surfacing fuq Triq tal-Ħandaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, Għawdex? Jsita’ jispjega għaliex ix-xogħol fuq din it-triq arterjali li twassal sal-bajja tar-Ramla waqaf u issa ilu ġranet wieqaf u tħalla kollox fi stat ħażin meta din it-triq tintuża kuljum minn mijiet ta’ turisti u Maltin biex imorru l-bajja tar-Ramla?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq ta’ Ħanaq u Triq ir-Ramla qiegħed għaddej u mistenni jitlesta mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex f'Għawdex issir yacht marina u cruise liner terminal peress li issa resqin lejn nofs il-Leġiżlatura u dawn kienu wegħda espressa tal-Gvern għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadna fi stadju li fih qiegħda tiġi evalwata s-submission/proposal fi ħdan il-Privatisation Unit.
Jista' l-Ministru jgħi, f'Għawdex, kemm nqatgħu nies mir-reġistru ta' dawk li qed ifittxu xogħol matul is-sena 2013, is-sena 2014 u l-2015 sal-lum? Jista jgħid x'kienu r-raġunijiet għaliex dawn il-persuni ġew maqtugħa mir-reġistru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni f'Għawdex li nqatgħu mir-reġistru ta' dawk li kienu qed ifittxu xogħol fl-2013, 2014 u l-2015 minn Jannar sa Marzu, flimkien mar-raġunijiet għaliex inqatgħu, hu kif ġej:
Persuni Għawdxin li nqatghu mir-reġistru ta' dawk li qed ifittxu xogħolJannar sa DiċembruJannar sa MarzuTotal
201320142015
Inqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw2103
Irrifjutaw opportunità ta' xogħol814123
Irrifjutaw taħriġ0325
Total1018331
Għawdex – main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċens fis-Sannat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16260, jista' l-Ministru jgħid, skont it-tender li ngħata biex isir main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ fis-Sannat, meta kellu jibda x-xogħol u meta kellu jispiċċa l-istess xogħol? Jista' jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 16260 u jgħid mil-liema toroq u f'liema lokalitajiet ġie mgħoddi dan il-main?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tibda’ x-xogħol f’Lulju 2014 u tlestih f’Awwissu 2015. Il-main ġie mgħoddi minn toroq fil-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija u s-Sannat.
Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt
Question
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16261, wieġeb l-ebda waħda mill-mistoqsijiet oriġinali, jista' l-Ministru jgħid u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15800, fejn il-Ministru naqas li jwieġeb għal parti sostanzjali minnha, peress li fil-mistoqsija parlamentari 1963 kien wieġeb li ‘tajt struzzjonijiet biex isiru xogħlijiet meħtieġa’, jista’ l-Ministru jgħid xi sturzzjonjiet kien ta u lil min kien tahom biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ħajt li jagħti fuq il-Wied ta’ San Blas fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur u dan peress li parti sostanzjali minn dan il-ħajt fl-aħħar ġimgħat ċediet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li saru fuq dan il-ħajt fl-aħħar sentejn u ċjoè minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 1963 sa meta ċeda l-ħajt u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Minn min saru? Jista’ jikkonferma li la darba ma weġibx dawn il-mistoqsijiet li saru permezz tal-mistoqsija parlamentari 15800, dan ifiser li fl-aħħar sentejn ma sar l-ebda xogħol fuq dan il-ħajt sakemm ċeda u dan minkejja li hu kien informa lill-Parlament li kien ‘ta struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa’?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mituba mill-Onor. Interpellant ġiet mogħtija bħala tweġiba għall-mistoqsija 16261. Ix-xogħlijiet kollha neċessarji ta’ bini mill-ġdid tal-ħajt jibdew hekk kif tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti.
Direttorat għall-proġetti u żvilupp – direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ingħata d-direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żviluppi fil-Ministeru tiegħu biex isiru amendments to the original plans at the Citadel due to archeological findings? Kemm swiet din id-direct order? Għaliex ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew inkella ntalbu kwotazzjonjiet għal dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-direct order biex isiru amandments to the original plans at the Citadel due to archeological findings ingħatat lill-Perit Martin Xuereb. Din d-direct order swiet €59,000. Ma nħarġitx sejħa għall-offerti peress li l-perit huwa l-istess wieħed li ħejja l-pjanti oriġinali tal-proġett, li kien ingħata l-ewwel direct order abbinat ma’ dan il-proġett fl-2010.