Jista' l-Ministru jgħid għaliex skoperti importanti li saru fl-aħħar xhur mhux qed jiġu mħabbra mis-Sovritendenza direttament iżda qed tkun il-media li tħabbarhom? Ma jaħsibx il-Ministru li meta jsiru dawn l-iskoperti għandha tkun l-awtorità kompetenti li mill-ewwel tgħarraf lill-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li s-Sovrintendenza toħroġ press releases kull meta ikunu neċessarju. F’dawn l-aħħar xhur is-Sovrintendenza għamlet ukoll diversi statements, stqarrijiet u tat kummenti lil media.
Għawdex – skemi ta’ opportunità ta’ xogħol għall-istudenti Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għas-sajf 2015 hux ser issir skema li tagħti opportunità lill-istudenti Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex stess għal tmien ġimgħat fix-xhur tas-sajf kif kien isir fis-snin li għaddew? Jekk iva, meta ser jinħarġu l-applikazzjonijiet u kemm se jkun in-numru ta' studenti Għawdxin li se jibbenefikaw minnha? Liema studenti jistgħu jibbenefikaw u kemm se tkun ir-remunerazzjoni li se jingħataw l-istudenti għal dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sajf 2015 ser issir skema li tagħti opportunità lill-istudenti Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex stess għal tmien ġimgħat fix-xhur tas-sajf kif kien isir fis-snin li għaddew. L-applikazzjonijiet ser jinħarġu nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2015 u n-numru ta' studenti Għawdxin li se jibbenefikaw minnha ser ikun bejn 300 u 350. L-istudenti li jistgħu jibbenefikaw huma dawk li qed ifittxu xogħol li sas-26 ta’ Ġunju 2015 (għeluq tal-applikazzjonijiet) jkollhom bejn is-16 u l-24 sena. Ir-remunerazzjoni li se jingħataw l-istudenti għal dan ix-xogħol ser tkun ta € 75 fil-ġimgħa ta’ 20 siegħa
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16642, jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mifruxa fil-lokalitajiet ta' Għawdex il-5,996 dar vojta li hemm f'Għawdex skont iċ-Census of Population and Housing 2011: Final Report?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16261, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għal xogħol biex jinbena ħajt fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur ġietx aġġudikata? Jekk iva kemm hu l-valur tax-xogħol li jrid isir u sa meta għandu jitlesta dan ix-xogħol? Fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol li ser isir permezz ta' din is-sejħa għall-offerti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol irid jitlesta fi żmien tlett ġimgħat u jinvolvi x-xogħol ta’ skavar, tindif, pediment u bini mill-ġdid tal-ħajt. Hu mistenni jiswa Ewro 38,777.85 eskl. VAT. Ix-xogħol se jsir minn Peter Paul Said.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16535, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont committed li jingħataw f’għajnuna meta jitlesta’ xogħol fuq il-ground rispettiv tagħhom kull wieħed mill-clubs tal-futbol f’Għawdex tal-Għarb, Għajnsielem, Qala u SK Victoria Wanderers? Jista’ jikkonferma li l-pagamenti lill-clubs ta’ Xagħra, Nadur, Oratory Youths, Kerċem Ajax, Sannat Lions, Victoria Hotspurs u Munxar Falcons fil-fatt saru u dawn il-clubs ma fadlilhom jieħdu xejn? Jista’ jgħid għaliex skema li kien hemm ivvutati għaliha nofs miljun euro fl-aħħar budget ta’ Gvern preċedenti tnaqqset għall-280,000 ewro?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna li ser jingħataw kull wieħed mill-erba' klabbs tal-futbol f’Għawdex huma kif ġej:
Għarb - €85,000
Għajnsielem - €80,000
Qala - €120,000
SK Victoria Wanderers - €15,000 (fuq club house)
Nikkonferma li l-klabbs ta’ Xagħra, Nadur, Oratory Youths, Kerċem Ajax, Sannat Lions, Victoria Hotspurs u Munxar Falcons ħadu l-pagamenti u ma fadlilhom jieħdu xejn.
Dawn il-flus u l-pagamenti li diġà saru lis-seba' klabbs l-oħra li l-fondi għalihom għaddew lill-GFA kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16535, jammontaw għal nofs miljun euro.
Jista’ l-Ministru jara li l-iskeda tax-xitwa u mid-season tal-Gozo Channel ikollha nklużi wkoll vjaġġi fis-6 am, fis-6:30 am, fis-7 am u fis-7:30 am (kull nofs siegħa minflok kull tliet kwarti) peress li l-Għawdxin li jaqsmu lejn Malta żdiedu u ma kull vjaġġ qed jitħallew ħafna karozzi jistennew il-vapur ta’ wara b’telf ta’ ħin prezzjuż għall-Għawdxin speċjalment dawk li jkunu sejrin għall-istudju jew ix-xogħol? Jaf il-Ministru li dawn il-vjaġġi b’din il-frekwenza huma aktar meħtieġa fix-xhur tax-xitwa u mid season milli fis-sajf, peress li fis-sajf - ħafna Għawdxin ma jkollhomx skola jew ikunu bil-vaganzi u allura n-numru li jużaw dawn il-vjaġġi jonqos?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Gozo Channel Co Ltd diġa qiegħda tistudja il-possibilita illi l -iskeda tax-xitwa u mid season ikollha nklużi wkoll vjaġġi fis-6 am, fis-6:30 am, fis-7 am u fis-7:30 am (kull nofs siegħa minflok kull tliet kwarti). Ta min ifakkar illi il-kumpanija fil-mid season illi għadu kif spiċċa żiedet il-vjaġġi ta fil-għaxija, u kull meta kien hemm bżonn anke żiedet il-vjaġġi ta filgħodu. Barra minn hekk l-iskeda tas-sajf inbdiet ġimgħa qabel.
Wieħed irid jistudja l-impatt finanzjarju ta dan it-tibdil fuq il-kumpanija, biex din ma terġax issib ruħha fid-diżastru finanzjarju illi ħalliha fih il-Gvern Nazzjonalista f’Marzu 2013.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16441, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tat-toroq fil-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija u tas-Sannat li minnhom se jgħaddi l-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat u dan peress li naqas li jagħtihom, għalkemm mitlub kemm fil-mistoqsija indikata, kif ukoll f’mistoqsija parlamentari 16260? Jista’ jgħid x’testijiet saru fuq is-sottoswol ta’ dawn it-toroq qabel isir r-resurfacing tagħhom u dan peress li f’parti żgħira fejn sar ir-resurfacing ftit tal-ġimgħat ilu, diġà jidher li hemm problemi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-rapporti li saru? Jista’ jgħid x’għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq dawk il-partijiet li saru bit-tarmak u diġà nqalgħu jew inkella hemm sinjali ta’ ċediment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex jiġi stabbilit eżatt kemm hemm bżonn ta’ “build-up” kellhom isiru l-plate bearing tests matul it-triq kollha biex ikun assigurat il x-xogħol isir skont l-arti u s-sengħa. Intant il-lista ta’ toroq u lokalitajiet li ġie mgħoddi dan il-main hi:
Qala
Triq Ħondoq ir-Rummien,
Triq il-Kunċizzjoni;
Triq il-Forn;
Triq ir-Rebħa; u
Triq l-Isqof Buttiġieg
Qala u Għajnsielem
Triq l-Imġarr
Għajnsielem
Triq Borġ Għarib
Xewkija
Triq il-Madonna tal-Ħniena;
Triq San Bert;
Pjazza San Ġwann Battista;
Triq SanŻakkarija;
Triq Torri Tingi;
Triq Sant’Elija
Triq Kavallier Haber;
Triq Tal-Kanal; u
Triq Sant’Andrija
Xewkija u Sannat
Parti minn Triq Gruwa
Sannat
Triq Gruwa;
Triq Dun Luqa; u
Triq Ta’ Ċenċ
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inbidlu l-ħinijiet tal-bdiewa Għawdxin li fihom jistgħu jidħlu fil-Pitkalija ta’ Malta? Jista’ l-Ministru jinnota li l-bidla f’dawn il-ħinijiet wasslet biex issa bidwi Għawdxi li jiġi bil-prodotti minn Għawdex qed idum ħafna aktar sigħat biex jiġi bil-prodotti u jmur lura? Min ħa din id-deċiżjoni?
Response (BRINCAT, LEO)
Jidher li l-Onor Interpellant mhux aġġornat. Fil-fatt meta saret il-mistoqsija, it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2015, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u l-Ministru għal Għawdex kienu diġa ltaqgħu mal-bdiewa u l-burdnara Għawdxin nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015 u kien diġa ntlaħaq ftehim aċċettabli għall-kulħadd biex mit-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2015, il-bdiewa u burdnara Għawdxin jibdew jidħlu - kif fil-fatt għamlu fl-1 ta’ Ġunju, fl-4 ta’ Ġunju, fit-8 ta’Ġunju, fil-11 ta’ Ġunju u l-bieraħ 15 ta’ Ġunju - fil-Pitkalija fl-erbgħa u nofs ta’ filgħodu, għas-sodisfazzjon tal-istess bdiewa Għawdxin. Dawn l-arranġamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ għaż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali kollha f'Malta u Għawdex huma aċċessibbli għal kulħadd? Jista' jelenka dawk l-uffiċċji tal-kunsilli lokali li mhumiex aċċessibbli? Jista' jgħid kif se jgħin lil dawn il-kunsilli lokali jkollhom l-uffiċċji tagħhom għadu mhux aċċessibli għal kulħadd?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hawn 53 uffiċċji tal-Kunsilli Lokali (43 f'Malta u 10 f’Għawdex) li huma aċċessibbli għal kulħadd.
15 –il uffiċċju tal-Kunsilli Lokali m’humiex aċċessibbli (13 f’Malta u 2 f’Għawdex) li huma:
Il-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Fgura, il-Gudja, l-Iklin, Ħal Lija, il-Munxar, il-Qrendi, ir-Rabat (M), Santa Luċija, Santa Venera u x-Xagħra.
Ninsab infurmat wkoll li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali joffri diversi skemi ta’ għajnuna lil dawn il-kunsilli lokali sabiex jkollhom l-uffiċċji tagħhom iktar aċċessibli għal kulħadd kif sar fis-snin preċedenti.
Elezzjonijiet Ġenerali, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli lokali — għajnuna lill-kandidati b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jerġa' jintroduċi l-għajnuna li kienu jingħataw kandidati b'diżabilità li jikkontestaw elezzjoni Ġenerali, tal-Parlament Ewropew jew tal-kunsilli lokali, peress li fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali, u l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew din ma ngħatatx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16641 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex fix-Xlendi, il-parti tal-port fejn hemm l-istatwa ta' Sant Indrija, ma tiġix organizzata sew biex ikun hemm ordni mis-sidien tad-dgħajjes li jpoġġu d-dgħajjes tagħhom f'din l-area?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li diġà beda taħdidiet mal-entitajiet ikkonċernati fuq din il-materja.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il mediċina għoliet minn Jannar 2014 sal-lum? Kemm kien il-prezz ta' kull mediċina qabel għoliet u kemm hu l-prezz illum?
Response (DALLI, HELENA)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, li għamel żmien responsabbli għal dan il-qasam fil-leġislatura li għaddiet, il-prezz tal-mediċini ma jiġix ikkontrollat. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull rapport ta' ċaqlieq fil-prezz li jidħol għand l-awtorità tal-mediċini jew dik tal-konsumatur, tittieħed azzjoni fuqu biex naraw x'inhi r-raġuni għaċ-ċaqlieq fil-prezz . Dan sar possibili għax il-Gvern iżomm djalogu kontinwu mal-industrija tal-farmaċija. Dan id-djalogu għen biex tigi indirizzata l-problema tal-mediċini ‘out of stock’ kif ukoll wasslet biex ikun hemm tnaqqis sostanzjali fuq ħafna mill-mediċini essenzjali in ġenerali (u mhux tnaqqas ta' ftit ċenteżmi fuq medicini li bilkemm jistabu fis-suq).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għas-sajf 2015 hux se ssir skema mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li tagħti l-opportunità lill-istudenti Għawdxin li jaħdmu f’Għawdex stess għal tmien ġimgħat fix-xhur tas-sajf kif kien sar fis-snin li għaddew? Jekk iva, meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet u kemm se jkunu l-istudenti Għawdxin li se jibbenefikaw minnha? Kemm se tkun ir-remunerazzjoni li se jingħataw l-istudenti għal dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ser issir skema simili għal dik imsemmija fil-mistoqsija iżda din mhux se tkun amministrata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħaddiema tat-taqsima tas-CSSD
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li kienu jaħdmu fit-taqsima tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex issa ilhom tmien xhur jaħdmu fl-Isptar Mater Dei f’Malta? Għaliex sar dan it-trasferiment lejn Malta meta l-wegħda tal-Gvern kienet li jinħoloq xogħol għall- Għawdxin kollha f’Għawdex stess? Jista’ l-Ministru jinnota li lil dawn kienu qalulhom li se jiġu trasferiti għal xahrejn, iżda issa ilhom tmien xhur jaħdmu f’Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-CSSD fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghaddej minn process ta’ ristrutturar estensiv sabiex ikun jista’ jaqdi d-doveri tieghu kif suppost, haga li ma kinitx possibli bl-istat hazin li thalla jaqa’ fih.
Sadanittant il-haddiema qed jitilghu l-isptar Mater Dei sabiex jigu sterilizzati l-istrumenti ghall-operazzjonijiet fl-isptar t’Ghawdex. Dan bl-ebda mod ma jikkostitwixxi trasferiment tal-haddiema. Hu anticipat li x-xoghol fis-CSSD jitlesta fix-xhur li gejjin u dan ifisser li l-haddiema ta’ dan id-dipartiment se jkunu qed jahdmu f’Ghawdex, f’dipartiment state of the art.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, preċiżament fl-4, il-5 u s-6 ta’ Ġunju, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma kienx hemm perżut u ġobon għall-pazjenti? Għaliex ġara dan in-nuqqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interperlant li l-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma jiġux offruti biss perżut u gobon, imma varieta sħiħa ta' ikel nutrittiv.
Għawdex – Għarb – xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli fl-Għarb peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna u ma saret l-ebda manutenzjoni fiha? Jista’ jagħti data ta’ meta se jsir u jitlesta x-xogħol fuq din it-triq li jgħaddi minnha kull min imur fil-villaġġ tas-Snajja’ ta’ Dbieġi, kull min jidħol San Lawrenz, kull min imur fil-lukanda Kempinski u kull min imur fil-bajja tad-Dwejra?
Response (REFALO, ANTON)
Nagħraf lill-Onor. Interpellant li din it-triq oriġinarjament kienet ippjanata issir mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja u għax ma saritx mill-amministrazzjoni preċedenti, issa qeda issir minn din l-amministrazzjoni. Fil-fatt diga’ saret parti minn din it-triq mis-substation il ġewwa u dan minn fondi Nazzjonali.
Baqa parti, minn salib it-toroq sas-
substation
li ser isir fil-futur qrib, naturalment ukoll mill-fondi Nazzjonali.
Għawdex – In-Nadur – xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid issa li qed isir ix-xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla, in-Nadur, għaliex ma saritx l-esproprjazzjoni ta’ żewġ biċċiet raba’ li joħorġu ’l barra mil-linja tat-triq peress li dawn huma ta’ periklu f’din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla u li tant tintuża mit-turisti u mill-Maltin u l-Għawdxin? Possibbli li l-Gvern isib ftit mijiet ta’ euro biex jesproprja dawn il-ftit kejliet ta’ raba’ ħalli jitneħħa kull periklu mit-triq, ladarba fil-ġimgħat li għaddew sab kważi żewġ miljun euro biex xtara nofs indiviż ta’ proprjetà fil-Belt u ftit qabel ħallas €4.2 miljun biex ħa lura proprjetà tiegħu stess?
Response (REFALO, ANTON)
Naqbel ma l-Onor. Interplellant li din it-triq li twassal għal bajja tar-Ramla tintuza ħafna mit-turisti u mill-Maltin u l-Għawdxin.
Propju għax dan hu Gvern li jisma’, dan ix-xogħol ta
resurfacing
fi triq ir-Ramla Nadur, ha l-prijorita’ mehtieġa kuntrarjament għal-amministrazzjonijiet preċedenti.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, L-Onor. Interpellant hu mitlub jindika liema huma dawn is-siti li aċċenna għalihom fil-mistoqsija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jew entitajiet li għad għandhom jitħallsu għal art jew bini li ġie esproprjat mingħandhom? Kemm hu l-ammont totali li l-Gvern jistma li għandhom jieħdu dawn il-persuni jew entitajiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 7645 tal-Legislatura XI .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mal-unions li jirrappre¿entaw il-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex dwar il-privatizzazzjoni tal-istess Sptar? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien pre¿enti għalihom? X’informazzjoni ġiet mogħtija lill-unions dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal liema zmien qed jirreferi
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fl-aħħar ġranet kien hemm inċident fejn persuna weġġgħet gravi fi triq fil-Qala li fuqha għddejgħaddej ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex isir main minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċenċ? Jaf il-MinsitruMinistru li dawn it-toroq bil-periklu kollu li fihom huma miftuħa għal pubbliku u għall-vetturi? Jaf li x-xogħol issa ilu wieqaf mill-elezzjoni tal-Kunsilli kunsilli Lokalilokali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’hijiex edotta mill-fatti msemmija, ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin. Il-Korporazzjoni qed tassigura li tevita kwalunkwe tip ta’ periklu u fejn hemm bżonn, it-toroq qegħdin jingħalqu wkoll.