Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17589 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – spejjeż rikorrenti u kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2014 u kif kienet maqsuma din l-ispiża? Jista’ jgħid, għas-sena 2015, kemm hemm flus ivvutati għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm minn dawn huma għall-ispejjeż rikorrenti u kemm għall-ispiża kapitali? Kemm mill-flus ivvutati ġew użati sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument tal-Budget.
Leg 12 PQ #17590 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern – pazjenti Għawdxin li ngħataw il-kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent li joqgħod f’Għawdex ingħata l-kimoterapija fi sptarijiet tal-Gvern matul l-2014 u matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm minn dawn il-pazjenti ngħataw il-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm minnhom ingħataw il-kimoterapija f’xi sptar f’Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li mis-sena 2014 sal-lum kien hemm 145 il-pazjent Ghawdxi li inghata l-kimterapija. Fl-2014 kien hemm 55 sezzjoni ta’ kimoterapija li naghtat f’Ghawdex, waqt li l-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kien hemm 41 sezzjoni f’Ghawdex.
Leg 12 PQ #17591 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħaddiema mhux impjegati mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kemm hemm ħaddiema jaħdmu li mhumiex impjegati mal-Gvern iżda huma impjegati ma’ xi kuntrattur? F’liema oqsma qed jaħdmu dawn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur f’kull qasam? F’kull każ, kemm qed jitħallsu s-siegħa dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #17607 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – In-Nadur – xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17298 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16770, jista’ l-Ministru jara li jitneħħew żewġ ħitan perikolużi li jisporġu ‘l barra fi Triq ir-Ramla fin-Nadur eżattament fil-parti ta’ Triq Ramla li tibda f’salib it-toroq ma’ Triq Ħanaq, Triq Hilda u Triq San Ġużepp sa ħdejn Triq Wied Binġemma, liema plots u ħitan li jisporġu ‘l barra fit-triq huma fuq in-naħa tal-lemin inti u sejjer fid-direzzjoni tal-bajja tar-Ramla, u dan peress li huma ta’ periklu? Possibbli li, kif intqal fil-mistoqsija parlamentari 16770, il-Gvern isib ftit mijiet ta’ euro biex jesproprja dawn il-ftit kejliet ta’ raba’ ħalli jitneħħa kull periklu minn din it-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla u li minnha jgħaddu eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti, ladarba fil-ġimgħat li għaddew sab kważi żewġ miljun euro biex xtara nofs indiviż ta’ proprjetà fi Triq Żekka, il-Belt, u ftit qabel ħallas €4.2 miljun biex ħa lura Cafè Premier, li kien proprjetà tiegħu stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposti preċedenti.
Leg 12 PQ #17841 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – esproprjazzjonijiet ta’ art fiċ-Ċittadella

Question

B'referenza għar-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 17299 u 17585, jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw fondi tal-Unjoni Ewropea biex ġew espropjati l-artijiet fiċ-Ċittadella u l-fond fi Triq il-Kastell barra miċ-Ċittadella? Fl-istess espropjazzjonijiet kemm intużaw fondi nazzjonali u mil-liema vot tal-Ministeru għal Għawdex ittieħdu? F'kull każ jista' jgħid min kien il-Perit li għamel l-istima ta' dawn l-artijiet fiċ-Ċittadella u l-fond fi Triq il-Kastell?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-espropjazzjonijiet li saru bħala parti mill-Proġett għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella ERDF 246 swew €998,400 li minnhom 85% tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 15% minn fondi Nazzjonali. Il-vot tal-Ministeru għal Għawdex li minnu ttieħdu l-fondi Nazzjonali huwa l-vot 7901 Implementation of the Cittadella Masterplan. L-istimi ta’ dawn l-artijiet saru mid-Direttorat tal-Artijiet u skont l-avviż ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern il-perit li għamel dawn l-istimi huwa l-Perit Dr Joseph Spiteri.
Leg 12 PQ #17842 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – inċident fuq il-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14202 u jinforma lill-Kamra jekk wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16431.

Korp tal-Pulizija — vetturi u muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura u mutur għandu l-Korp tal-Pulizija ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kull vettura x'marka hi u ta' liema sena hi? Jista' jgħid kull vettura jew mutur mil-liema taqsima tal-Pulizija ġewwa Għawdex qed jintuża?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Kemmuna — Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija hemm stazzjonat f'Kemmuna? Jista' jgħid kemm ikun hemm pulizija kuljum matul il-jum u kemm ikun hemm pulizija matul il-lejl f'Kemuna? Jista' jgħid jekk kienx hemm żieda fuq l-aħħar snin u jekk kien hemm żieda, x'kien l-iskop? Jista' jgħid x'vetturi u dgħajjes għandhom għad0dispożizzjoni tagħhom il-Pulizija li joperaw f'Kemmuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi bħalissa hemm tmien (8) pulizija stazzjonati Kemmuna. Matul il-jum ikun hemm erbgha (4) pulizija u wieħed ikun għassa matul il-lejl. Dan l-ammont ta’ Pulizija jfisser zieda ta’ erbgha (4) Pulizija fuq l-aħħar snin, għal perjodu tas-sajf. L-iskop ta’ din iż-żieda hi biex tiżdied u tittejjeb is-sorveljanza fil-gżira matul ix-xhur tas-Sajf, meta il-presenza tan-nies li jzuruha, jiżdied konsiderevolment. Biex isir dan ix-xoghol, il-Pulizija ġewwa Kemmuna ghandha ghad-disposizzjoni tagħha, żewġ dgħajjes u mutur.
Leg 12 PQ #17585 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – esproprjazzjonijiet ta’ art fiċ-Ċittadella

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17299 jista' l-Ministru jgħid min għamel l-istejjem tal-biċċiet art li ġew espropjati fiċ-Ċittadella f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-ħlas għal dawn l-espropjazzjojijiet sarx minn fondi tal-Unjoni Ewropeja jew minn fondi Nazzjonali? Jekk sar minn fondi Nazzjonali mill-liema vot ittieħdu biex sar il-pagament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-istejjem tal-artijiet li ġew espropjati fiċ-Ċittadella saru mid-Direttorat tal-Artijiet. L-espropjazzjoni saret bħala parti mill-Proġett tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan tac-Cittadella ERDF 246 ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #17586 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - unjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Unjoni Ċivili ġiet reġistrata sal-lum fir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex? Kemm minn dawn l-unjonijiet ċivili kienu bejn koppji ta' sess maskili, kemm minnhom bejn koppji ta' sess femminili u kemm bejn koppji ta' sess differenti? Kemm hu n-numru ta' ċittadini barranin li kienu involuti?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li ġew reġistrati 2 unjoni ċivili bejn nisa fl-2014 – persuna minnhom kienet barranija. Fl-2015 ġew reġistrati 2 unjoni ċivili, wieħed bejn irġiel u ieħor bejn nisa – kollha barranin imma residenti Għawdex.
Leg 12 PQ #17587 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – main tal-ilma mill-Qala sa Ta’ Sannat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16772, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq kollha indikati fir-risposta humiex se jiġu resurfaced u ċjoe hux se jsir wiċċ ġdid fit-toroq kollha minn fejn għadda l-main tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ? Jekk iva, sal-lum, liema minn dawn it-toroq ġew resurfaced kollha u liema għadhom le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba fil-mistoqsija 16772 u jgħid x'għamlet il-Korporazzjoni f'dawk il-partijiet tat-toroq li kienu saru bit-tarmak u dan diġà nqala'?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għawdex u Kemmuna — serq rappurtat lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' serq ġie rappurtat lill-Pulizija f'Għawdex u Kemmuna matul l-2014 u din is-sena sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17434 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għall- iżvilupp f’Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iżvilupp f’Għawdex matul is-sena 2013, is-sena 2014 u din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid kemm ġew milqugħa u kemm inħarġu permessi għall-iżvilupp u kemm ġew miċħuda kull sena fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B' risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17434, annessa tinsab tabella li tagħti t-total ta’ applikazzjonijiet għall-iscreening kompluti li ġew milqugħa, it-total ta’ applikazzjonijiet li ġew validati u t-total ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati/rifjutati sena b’sena mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li s-sit tal-iżvilupp propost huwa fil-gżira ta’ Għawdex. Sena Talbiet kompluti għal screening Validati Approvati Rifjutai 2013 537 465 423 29 2014 511 446 438 20 2015 327 288 201 13
Leg 12 PQ #17435 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – appell minn deċiżjoni tal-Bord tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent issib soluzzjoni biex min joqgħod f’Għawdex u jkun irid jissottometti appell minn deċiżjoni tal-Bord tal-Ippjanar jew appell minn avviż ta’ infurzar u twettiq, ma jkollux għalfejn imur bilfors jissottometti dan l-Appell fl-Uffiċċju tal-Bord tal-Appelli f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-ewwel lok, it-Tribunal ta' Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa entita’ indipendenti mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għaldaqstant l-Awtorita' ma tistax tintervjeni fl-operat tas-Segretarjat tat-Tribunal, wisq inqas taċċetta jew tidħol responsabbli għall-korrispondenza tat-Tribunal. Fl-istess hin l-punt imqajjem mill-Onorevoli Interpellant se jingħata kunsiderazzjoni.

Għawdex — Raħħala full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17237, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa bħala persentaġġ it-total ta’ 4,849 baqra li hemm f’Għawdex mat-total ta’ Malta u Għawdexkollu? Bl-istess mod, kemm huwa bħala persentaġġ in-numru ta’ 3,200 majjal f’Għawdex mat-total tal-majjali kollha fil-pajjiż? Kemm huma bħala persentaġġ il-144,005 tiġieġ tal-broilers u l-57,030 tiġieġa ta’ layers mal-istess tip ta’ tiġieġ fil-pajjiż kollu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li persentaġġ ta’ baqar f’Għawdex meta mqabbel ma’ dak ta’ Malta huwa ta’ 36.39%, tal-majjal huwa ta’ 8.74%, tat-tiġieġ tal-broilers huwa ta’ 16.93%, filwaqt li tat-tiġieġ tal-layers huwa ta’ 19.53%.
Leg 12 PQ #17437 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Raħħala full-time — persentaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ raħħala full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib man-numru ta’ raħħala full-time f’Malta u Għawdex kollu? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda kollha f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda part-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda part-time ta’ Malta u Għawdex kollha? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ full-time farmers f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-full-time farmers kollha fil-pajjiż? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ part-time farmers ġewwa Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-part-time farmers fil-pajjiż kollu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-istatistika li żżomm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkunx hemm distinzjoni bejn bdiewa u raħħala. Skont il-formoli ta' bidu ta' mpjieg li rċeviet il-Korporazzjoni, it-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta' bdiewa u raħħala, u sajjieda kemm full-time kif ukoll part-time f'Għawdex u wkoll il-persentaġġ fuq Malta u Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2014, li huma l-aħħar figuri ppubblikati. Full Time Persentaġġ ta' Għawdxin jaħdmu Full time fuq Malta u Għawdex Part Time Persentaġġ ta' Għawdxin jaħdmu Part time fuq Malta u Għawdex Bdiewa u Raħħala 271 17.2% 352 20.3% Sajjieda 81 23.2% 163 23.2%
Leg 12 PQ #17438 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – proċess tal-privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Kemm-il sottomissjoni kien hemm? Min huma l-membri ta’ kull konsorzju li għamel sottomissjoni tiegħu għal dan il-bid li sar mill-Gvern? Kif beħsiebu jimxi l-Gvern f’dan il-proċess u meta hu mistenni li jingħalaq il-proċess ta’ privatizzazzjoni u l-konsorzju magħżul biex jieħu l-isptar f’idejh? Jista jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 17216 li evita li jwieġeb għal kollox u ċjoè meta saru l-laqgħat mal-unions li jirrapreżentaw il-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex dwar il-privatizzazzjoni u x’informazzjoni ġiet mogħtija lill-unions dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’ Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda process ta’ privatiżżazzjoni u li s-servizz tas-saħħa se jibqa’ b’xejn . Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal dak li ilu fid-dominju pubbliku sa mid-19 ta’ Mejju 2015, jiġifieri d-data meta għalqet is-sejħa pubblika għall-proposti (RFP) tal-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dakinhar fil-preżenza tal-pubbliku nfetħu t-tender boxes u tħabbar li Kien hemm tliet sottomissjonijiet u li dawn kienu Vitals Global Healthcare Ltd, Image Hospitals and BSP Investments Ltd. Is-Sibt 27 ta’ Ġunju 2015, Projects Malta Ltd ħabbret li wara l-proċess ta’ evalwazzjoni Vitals Global Healthcare ntagħżel bħala l-bidder preferut. Fir-rigward tal-laqghat mal-unions ghal darba’ ohra ninforma lill- Onorevoli interpellant il-laqghat saru u ghadhom qed isiru fuq bazi regolari mal-Unions kollha. Il-Ħaddiema ser jibqgħu impjegati mas-settur pubbliku u ser jinħolqu numru ta’ impjiegi ġodda.
Leg 12 PQ #17439 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex – Viżjoni 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux se jkompli jaħdem fuq il-Viżjoni 2020 tal-Eko-Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx pjan ta’ azzjoni biex tintlaħaq din il-Viżjoni? Jista’ jgħid min ħadem dan il-pjan ta’ azzjoni u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li teżisti proposta għal Pjan t’Azzjoni ġdid. Il-proposta ġiet ppreparata minn uffiċċjali tekniċi fid-direttorat rispettiv.
Leg 12 PQ #17297 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Xogħlijiet fi Triq Għajn Qasab

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16383, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Jekk il-parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur (minn ħdejn il-monument tal-Karnival sal- playing field tal-Ħali) ġietx imsewwija; (b) Jekk il-ħitan imwaqqa’ li kien hemm fi Triq Għajn Qasab ġewx mibnija kollha; u (c) Jekk il-bankina quddiem iċ-Ċimiterju il-ġdid tan-Nadur saritx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur ġiet imsewwija u li l-ħitan f’din l-istess triq qegħdin jinbnew mill-ġdid wara li kienu fi stat ta’ abbandun. Ninsab infurmat ukoll li d-direttorat konċernat qed jistenna xi kommunikazzjoni dwar il-pjanti mingħand l-Arċipriet tan-Nadur dwar l-bankini quddiem iċ-Ċimiterju l-ġdid tan-Nadur qabel ma l-Ministeru jkun jista’ jipproċedi.
Leg 12 PQ #17298 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – In-Nadur – xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16770, jista’ l-Ministru jara li jitneħħew żewġ ħitan perikolużi li jisporġu ‘l barra fi Triq ir-Ramla fin-Nadur eżattament fil-parti ta’ Triq Ramla li tibda f’salib it-toroq ma’ Triq Ħanaq, Triq Hilda u Triq San Ġużepp sa ħdejn Triq Wied Binġemma, liema plots u ħitan li jisporġu ‘l barra fit-triq huma fuq in-naħa tal-lemin inti u sejjer fid-direzzjoni tal-bajja tar-Ramla, u dan peress li huma ta’ periklu? Possibbli li, kif intqal fil-mistoqsija parlamentari 16770, il-Gvern isib ftit mijiet ta’ euro biex jesproprja dawn il-ftit kejliet ta’ raba’ ħalli jitneħħa kull periklu minn din it-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla u li minnha jgħaddu eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti, ladarba fil-ġimgħat li għaddew sab kważi żewġ miljun euro biex xtara nofs indiviż ta’ proprjetà fi Triq Żekka, il-Belt, u ftit qabel ħallas €4.2 miljun biex ħa lura Cafè Premier, li kien proprjetà tiegħu stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’xi seduta oħra meta tinġabar l-informazzjoni kollha biex tiġi assesjata din it-talba.