Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #18252 Sitting 298 2015-10-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle – wirja annwali ta’ biedja artiġjanat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex ġiet organizzata l-wirja annwali ta’ biedja u artiġjanat li saret fl-14 u l-15 ta’ Awwissu 2015 f’Villa Rundle fir-Rabat Għawdex? Jista’ jagħti break down ta’ din l-ispiża u kif ġew magħżula l-kuntratturi li offrew servizz fl-istess wirja u ċjoè jekk hux wara sejħa għall-offerti jew b’direct order? Jista’ jgħid min huma l-membri tal-kumitat organizzattiv tal-istess wirja?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiċa biex ġiet organizzata l-wirja tal-biedja u artiġjanat tammonta għal €20,577 filwaqt li d-dħul kien ta €17,266. Il-breakdown ta l-ispejjeż u d-dħul hu anness u mmarkat ‘Dok 1’. Ninfurmak ukoll li l-kuntratturi ġew magħżula wara li saret sejħa għall-offerti. Lista’ tal-membri tal-kumitat organizzattiv hija annessa hu mmarkata ‘Dok 2’.
Leg 12 PQ #18999 Sitting 298 2015-10-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ITS - Qala - investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investiment għamel il-Ministeru tiegħu fl-aħħar sentejn u nofs fl-ITS tal-Qala Għawdex? Jista' jgħid il-Ministeru tiegħu x'inhu jagħmel biex jassigura li dan l-Istitut jimxi 'l quddiem u jiżdiedu l-istudenti li jattendu fih in vista tal-fatt li l-industrija tat-turiżmu f'Għawdex hija waħda mill-aktar setturi importanti għall-ekonomija tal-gżira?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsieb ta’ dan il-ministeru huwa li nagħtu ħajja lil dan l-istitut tat-turiżmu hekk importanti f’ Għawdex. Għal dan l-iskop il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeri tat-Turizmu u ta l-Edukazzjoni u entitajiet oħra, bħal l-ETC qegħdin naħdmu flimkien. Bi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’ dan ir-rigward għall-ewwel darba daħħalna s-suġġett tal-hospitality fit-tielet sena ta’ l-iskola sekondarja f’ Għawdex. Qegħdin ukoll nagħtu allowance lill-istudenti Maltin li jigu jistudjaw fl-ITS f’ Għawdex. Barra minn hekk biex inħajru iktar interess fil-qasam turistiku flimkien ma’ l-ETC ġew imnedija żewġ skemi. L-ewwel waħda tiffoka fuq taħriġ minn Novembru sa Marzu lil ħaddiema f’ dan is-settur, fejn dak li jħaddem jingħata tletin ewro ta’ kull jum ta’ taħriġ. It-tieni skema hi li tagħti lil min iħaddem impjegat full time (jew minn part time isir full time) refużżjoni fil-kontrubuzzjonijiet tas-sigurta socjali sa massimu ta’ elf ewro.
Leg 12 PQ #18064 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tinbena mill-ġdid jew tiġi resurfaced Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem, Għawdex peress li din hija triq arterjali u tintuża minn ħafna traffiku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-preparamenti biex jitwettqu x-xogħlijiet neċessarji.

Kemmuna — Pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17584, jista’ l-Ministru jgħid ta’ liema mudell huma ż-żewġ dgħajjes u mutur li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-pulizija stazzjonati fuq Kemmuna? Jista’ jgħid f’liema sena ġew manifatturati, kif ukoll is-saħħa (power) tagħhom? Ma jaħsibx li l-pulizija stazzjonati fuq Kemmuna għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom xi tip ta’ karozza, land rover jew pick up?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li id-dinghy tal-għamla Zodiac, li hu twil 6.50 metri, hu mgħammar b’mutur Evinrude 175 hp u kemm il-mutur u id-dinghy ġew manifatturati fis-sena 2000. Id-dagħajsa tal-għamla Draco li hi twila 3.45 metri hi mgħammra b’mutur Suzuki 100 HP u it-tnejn ġew manifatturati fis-sena 2008. Il-mutur li bħalissa u disponibli għal-Pulizija ta’ Kemmuna hu tal-għamla Suzuki RV125u ġie manifatturat fis-sena 1974. Nfakkar lil-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati ġewwa Kemmuna żdied b’4 taħt din l-amministrazzjoni. Hemm il-ħsieb li għal-Kemmuna tiġi akkwistata vettura bħala sostitut għal-mutur li hemm, liema vettura tkun tajba biex tintuża fit-trejqiet tal-istess post.
Leg 12 PQ #18086 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Ħaddiema — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime saret mill-ħaddiema tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u ċjoè mill-ewwel ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ġunju 2015,? Jista’ jgħid kemm sewa dan l-overtime lill-kumpanija? Jista’ jgħid kemm kien l-akbar ammont f’overtime li tħallas lill-ħaddiem wieħed individwali fl-istess perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab informat li sal-aħħar ta’ Ġunju 2015 il-ħaddiema tal-Gozo Channel ħadmu total ta’ 31,783 siegħa f’overtime li jammonta għal total ta’ €441,043. L-akbar ammont t’overtime li tħallas lill-ħaddiem wieħed individwali fl-istess perjodu kien ta’ €8,106.
Leg 12 PQ #18087 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ fuel li ntuża mill-kumpanija Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm kien l-ammont minfuq fi fuel kull xahar u mingħand min inxtara dan il-fuel kull xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18093 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – il-bajja tar-Ramla — aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li l-bajja tar-Ramla f’Għawdex tkun aċċessibli għal kulħadd? Jista’ jara għaliex din il-bajja li tant hi frekwentata minn Għawdxin, Maltin u turisti mhijiex aċċessibbli għal kulħadd? Jaf li fl-aħħar snin il-bajja dejjem kienet tkun aċċessibbli permezz ta’ passaġġ tal-injam li jitpoġġa fis-Sajf u li jwassal mit-triq sal-baħar u li din is-sena dan il-passaġġ għalkemm tpoġġa mhux fi stat li tista’ timxi fuqu b’siġġu tar-roti u li ma jwassalx sal-baħar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.
Leg 12 PQ #18106 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bajjiet f’Għawdex li għandhom servizz ta’ lifeguard

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema bajjiet f'Għawdex qed ikun hemm is-servizz ta' lifeguards matul ix-xhur tas-Sajf 2015? Minn meta beda dan is-servizz f'kull bajja u meta hu mistenni li jispiċċa? Kemm-il lifeguard hemm assenjat f'kull bajja? Jista' jgħid x’ħin jibda u x’ħin jispiċċa l-ħin ta' kull servizz f'kull bajja u f’liema ġranet hu mogħti dan is-servizz? Jista' jgħid xi ħlasijiet qed isiru għal dan is-servizz u min qed iħallas għalih? Jista' jara li dan is-servizz jiġi estiż f'bajjiet oħra f'Għawdex kif ukoll li jiġi estiż il-ħin tal-istess servizz?

Response (REFALO, ANTON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18106, nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-bajjiet f’Għawdex li fuqhom qed jiġi offrut is-servizz tal-lifeguards huma: · Marsalforn; · Ħondoq ir-Rummien; · Blue Lagoon (Kemmuna); · Santa Marija (Kemmuna); u · r-Ramla. Is-servizz fil-Blue Lagoon beda fis-6 ta’Ġunju, filwaqt li s-servizz fil-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien u Santa Marija beda fit-13 ta’ Ġunju. Is-servizz fil-bajja tar-Ramla beda fid-29 ta’ Ġunju. Is-servizz fil-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, u r-Ramla tkompla sal-1 ta’ Ottubru, filwaqt li s-servizz fil-bajjiet ta’ Blue Lagoon u Santa Marija ġie estiż sal-11 ta’ Ottubru. In-numru ta’ lifeguards assenjati f’kull bajja, u l-ġranet huma murija fit-tabella hawn taħt. Fuq il-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, Blue Lagoon (Kemmuna) u Santa Marija (Kemmuna) l-obbligu huwa li jingħata servizz ta’ tmien sigħat u nofs (8.5 hrs) bejn l-10:00 hrs u s-19:00 hrs. Il-ħinijiet li fih jibda u jispiċċa s-servizz għalhekk jista’ jinbidel skond l-eżiġenzi. Il-lifeguards dejjem jinformaw bil-preżenza tagħhom fuq il-bajja. Fuq il-bajja tar-Ramla is-servizz jingħata bejn il-11:00hrs u s-19:00 hrs. Bajja Numru ta’ lifeguards Ġranet Marsalforn 3 Kuljum Ħondoq ir-Rummien 2 Kuljum Blue Lagoon (Kemmuna) 3 (6 ta’ Ġunju – 15 ta’ Lulju) 4 (16 ta’Lulju – 15 ta’ Settembru) 3 (16 ta’ Settembru – 11 ta’ Ottubru) Kuljum Santa Marija (Kemmuna) 2 Kuljum Ramla 3 Kuljum Is-servizz fuq il-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, Blue Lagoon (Kemmuna), Santa Marija (Kemmuna) qed jitħallsu bir-rata ta € 8.33 fis-siegħa għal kull lifeguard preżenti. Is-servizz fuq il-bajja tar-Ramla qed jitħallas total ta’ € 25 fis-siegħa. Is-servizzi kollha qed jitħallsu mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Is-servizz ġa ġie estiż konsiderevolment meta jitqies li s servizz tal-lifeguards f’Marsalforn beda fis-Sajf tat-2013, u li din is-sena beda jingħata wkoll is-servizz f’ Ħondoq ir-Rummien, u fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.
Leg 12 PQ #18050 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħaddiema mhux impjegati mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17591 u jgħid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kemm hemm ħaddiema jaħdmu li mhumiex impjegati mal-Gvern iżda huma impjegati ma’ xi kuntrattur? F’liema oqsma qed jaħdmu dawn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur f’kull qasam? F’kull każ, kemm qed jitħallsu s-siegħa dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar ħlasijiet ta’ ħaddiema tal-kuntrattur kienet inħarġet din iċ-ċirkulari: CT 5048/2013 Contracts Circular N° 04/2015 Department of Contracts Notre Dame Ravelin FLORIANA Permanent Secretaries Directors General Directors Heads of Public Sector Organisations Local Councils 05 February 2015 NEW REGULATIONS REGARDING THE AWARD OF SERVICES CONTRACTS WITHIN THE PUBLIC ADMINISTRATION Reference is being made to Contracts Circular 27/2014 dated 23 December 2014 entitled “New Regulations regarding the Award of Services Contracts within the Public Administration” and in particular to the obligations emanating from this circular. Following various requests for clarifications regarding the specified minimum rates due to the employees in Table A, and those due to the awarded contractors in Table B of the aforementioned circular, it is felt necessary that the computation of such rates be explained. The rates specified in Table A include the minimum rate per hour pegged to the respective salary scale for the particular category of employees indicated in the above mentioned circular, together with a rate of €0.25 per hour due to each employee for Weekly Allowances and Bonuses. The latter obligations, which amount to a total of €512.46 per annum, are to be paid to the employee at the appropriate time. Furthermore these obligations are also factored in the computation for the rates specified in Table B as part of the costs (including social costs) in respect to each category of employees. Consequently the rates excluding VAT for Table A should read as follows: Type of Employment Government Salary Scale Hourly rates payable to employees Year 2015 Year 2016 Basic Rate Weekly Allowances / Bonuses Total Rate (inclusive of weekly allowances / bonuses) Basic Rate Weekly Allowances / Bonuses Total Rate (inclusive of weekly allowances/ bonuses) Cleaners (Offices) 20 €4.52 €0.25 €4.77 €4.64 €0.25 €4.89 Cleaners (Hospitals & Homes for the Elderly) 18 €5.13 €0.25 €5.38 €5.27 €0.25 €5.52 Care Workers 17 €5.47 €0.25 €5.72 €5.61 €0.25 €5.86 Clerical/Security 16 €5.82 €0.25 €6.07 €5.98 €0.25 €6.23 Furthermore, the rates in Table B, which are also excluding VAT, are further explained as follows: Type of Employment Government Salary Scale Hourly rates payable to the contractor for Year 2015 Basic Rate Vacation Leave Bonus / Weekly Allowance Public Holidays N.I. Average 6 days sick leave Total worker’s cost Cleaners (Offices) 20 €4.52 €0.58 €0.25 €0.34 €0.45 €0.15 €6.29 Cleaners (Hospitals & Homes for the Elderly) 18 €5.13 €0.65 €0.25 €0.38 €0.51 €0.16 €7.08 Care Workers 17 €5.47 €0.70 €0.25 €0.41 €0.55 €0.17 €7.55 Clerical/Security 16 €5.82 €0.74 €0.25 €0.43 €0.58 €0.18 €8.00 Anthony Cachia Director General (Contracts)
Leg 12 PQ #18051 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bajja tax-Xlendi — ħmieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġimgħat fil-bajja tax-Xlendi u issa li qegħdin fl-eqqel tas-sajf, qed ikun hemm ammont ta’ ħmieġ bħal rix u materjal ieħor fil-wiċċ tal-ilma tal-baħar? Jista’ jara min fejn qed jiġi dan il-ħmieġ li qed idejjaq lil dawk kollha li qed imorru f’din il-bajja?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onervoli Nterpellant li s-Sezzjoni tal-Indafa Pubblika qatt ma irċevit ilmenti fuq ħmieġ u rix li qed ikun fuq il-wiċċ tal-baħar tax-Xlendi. Imma jista’ ikun li dan daħal mall-kurrenti tal-baħar.
Leg 12 PQ #18052 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – is-Sannat – Triq Sannat — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-patching li sar fl-aħħar jiem fi Triq Sannat fis-Sannat Għawdex u għaliex ma sarx ix-xogħol ta’ resurfacing fuq din it-triq kollha kif kien imwiegħed li jsir sentejn ilu? Jista’ jgħid meta hu maħsub li jsir xogħol ta’ bini mill-ġdid jew resurfacing ta’ Triq Sannat u Triq ta’ Ċenċ fis-Sannat, Għawdex? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan li ssir t-triq li twassal mir-Rabat lejn Sannat magħrufa bħala l-Qasam?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq Triq ta’ Ċenċ ser jibda fil-futur qrib wara li ħarġet u ġiet mogħtija s-sejħa għall-offerti. Ix-xogħolijiet fuq il-bqija tat-toroq imsemmija huma ippjanati li jsiru wara li titlesta Triq ta’ Ċenċ.
Leg 12 PQ #18053 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern – pazjenti Għawdxin li ngħataw il-kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 17590 u jgħid kemm kien hemm pazjenti li joqogħdu f’Għawdex u li matul is-sena 2014 u fis-sena 2015 sal-lum ingħataw il-kimoterapija fi sptarijiet f’Malta (mhux fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17590.
Leg 12 PQ #18054 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Il-Fontana – Triq l-Isptar San Ġiljan — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol ta’ re-surfacing jew il-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Isptar San Ġiljan u Triq ta’ Għajn (il-parti minn ħdejn il-Knisja sa Pjazza Tomba) fil-Fontana Għawdex u dan peress li dawn it-toroq jintużaw kemm mir-residenti kif ukoll minn dawk kollha li jmorru fil-post turistiku tax-Xlendi?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq din it-Triq inbeda.
Leg 12 PQ #18055 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – spejjeż rikorrenti u kapitali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17589, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta’ din il-mistoqsija u jindika kemm fil-fatt kien hemm flus budgeted għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex għas-sena 2014 u jgħaddi biex jgħid kemm fil-fatt intefqu u kif kienu maqsumin dawn l-ispejjeż u dan peress li kif jaf il-Ministru d-dokumenti tal-budget juru biss figuri approssimattivi peress li s-sena tkun għadha ma għalqitx? Jista’ jgħid kemm għas-sena 2015 hemm flus ivvutati għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sa nofs is-sena u ċjoè sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda kemm ġew utilizzati flus minn dawk li kienu vvutati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17589.
Leg 12 PQ #18008 Sitting 295 2015-07-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Renal Unit - labra tal-ħadid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jkun hemm il-'labra tal-ħadid' available fir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex peress li din ilha out of stock bejn seba' u tmien ġimgħat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li iron sucrose injectiontinsab instock u disponibbli fir-Renal Unit fl-isptar Generali t’ Ghawdex.
Leg 12 PQ #18009 Sitting 295 2015-07-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex -Renal Unit — Magni tad-Dialysis

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tiżdied magna oħra tad-dialysis fir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex peress li l-użu ta' din il-unit kompla jiżdied sew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli illi t-tender gie aggudikat u l-abbozz tal-kuntratt huwa lest.
Leg 12 PQ #18010 Sitting 295 2015-07-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Renal Unit - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar indafa u jinqata' t-trab mir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u li ħaddiema li qed jaħdmu fuq kostruzzjoni fil-qrib tal-Renal Unit ma jgħaddux minn qalb il-pazjenti waqt li jkunu jieħdu t-treatment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-indafa kontinwa f`zoni klinikali hi procedura ta l-operat ta l-Isptar Generali t’ Ghawdex u ghalhekk qed jitiehud il-mizuri mehtiega biex jinzam dan il-livell ukoll fir- Renal Unit. L-amministrazzjoni tal-isptar m`hiex informata illi hemm xi haddiem tal-kostruzzjoni li qed jghdu min qalb il-pazjenti waqt li jkun hemm t-trattament.
Leg 12 PQ #17843 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14331 u 14993 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?​

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qiegheda tingabar u tinghata f'seduta ohra
Leg 12 PQ #17844 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko — Għawdex – Viżjoni 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17439 jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-proposta għall-Pjan ta' Azzjoni Ġdid fuq il-Viżjoni 2020 ta’ Eko-Għawdex? Jista' jgħid għaliex din għadha proposta u meta ser tiġi addottata? Jista' jgħid min kienu l-uffiċjali tekniċi fid-direttorat rispettivi li ħejjew din il-proposta għall-Pjan ta' Azzjoni Ġdid?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-pjan msemmi għadu fi stadju ta’ working draft. Il-proposta ġiet mħejjija minn tim fid-Direttorat ta’ EkoGħawdex Żvilupp Reġjonali li jikkomprendi d-Direttur, l-Assistent Direttur, Senior Project Administrator, Perit u Inġinier, bl-għajnuna tal-istaff kollu tad-Direttorat u uffiċjali tekniċi minn Direttorati oħrajn.
Leg 12 PQ #17845 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – masġar/park fil-Qortin ta’ Isopu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' masġar/park fil-Qortin ta' Isopu fin-Nadur? Jista' jgħid kemm ġew investiti flus sal-lum f'dan il-proġett? Kemm hu l-ammont ta' siġar li tħawwlu fil-post u kif qed jissaqqew dawn is-siġar? Liema Dipartiment hu inkarigat minn dan il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li dan il-proġett qed isir mid-Direttorat ta’ EkoGħawdex u Żvilupp Reġjonali filwaqt li d-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp diġà qed jieħu ħsieb l-manutenzjoni tas-siġar u l-veġetazzjoni l-oħra li ġiet mħawla. L-ewwel fażi tal-proġett waslet biex tintemm. F’das-sit, tħawlu madwar 3900 siġar u pjanti li qed jissaqqew permezz ta’ sistema ta’ tisqija awtomatika. L-ammont ta’ flus li ġew imħallsa sal-lum jammontaw għal € 203,205.