Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Għawdxin fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Jista jgħid kemm kien hemm studenti f’dan l-istess Istitut kull sena dawn l-aħħar 15-il sena? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Għawdxin li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Malta u liema huma l-korsijiet li jsegwu? Jista’ jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li jattendu dan l-Istitut f’Malta kull sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Organizzazzjonijiet li qed jingħataw flus mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-organizzazzjonijiet f’Għawdex li qed jingħataw flus mill-Ministeru għal Għawdex speċifikament biex jimpjegaw CEO, Maniġer jew xi persuna oħra li tkun full-time mal-istess organizzazzjoni? Kemm hu l-ammont li kull sena jingħata lil kull organizzazzjoni fis-sena mill-Ministeru għal Għawdex għal dan il-għan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħaddiema impjegati ma’ kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema impjegati ma’ kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex f’Settembru 2015? F’liema oqsma kienu qed jaħdmu dawn il-ħaddiema fl-Isptar u ma’ liema kuntratturi? Kif ingħata x-xogħol lil dawn il-kuntratturi u b’liema rati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema assenjati miegħu kull kunsill lokali f'Għawdex? Jista' jispeċifika kemm minn dawn il-ħaddiema huma mpjegati diretti tal-kunsill u x’inhu x-xogħol ta' kull ħaddiem impjegat? Jista' jispeċifika kemm hemm ħaddiema assenjati mill-Gvern jew xi entità tiegħu ma’ kull kunsill lokali f'Għawdex u jispeċifika kif inhu assenjat kull ħaddiem u għal kemm żmien? X’inhu x-xogħol assenjat lil kull ħaddiem minn dawn mal-kunsill lokali li qed miegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex.
Għawdex — Triq bejn il-Qala u x-Xewkija - standards
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-maġġor parti tat-Triq li għadha kemm ingħatat l-ewwel kisja ta' tarmak bejn il-Qala u x-Xewkija ma sarux bankini, almenu fuq naħa waħda tat-triq? Min iddisinja dawn it-toroq qabel sar ix-xogħol? Il-Ministeru għal Għawdex ra li dawn it-toroq prinċipali f'Għawdex u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu jsir skont standards stabiliti u jkunu siguri għal kull min juża dawn it-toroq bil-vettura jew bil-mixi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fuq dawn it-toroq għadhom mhux konklużi.
Jista' l-Ministru jara li fil-parti tad-Dwejra li tagħti għat-Tieqa jsiru tabelli ċari li jidhru sew li jindikaw il-perikolu ta' dawk l-inħawi u li wieħed ma għandux jaqbeż fil-baħar minn dawk l-inħawi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma llil-Onorevoli Interpellant li diġa hemm numru ta' sinjali fil-post u dawn juri biċ-ċar li huwa perikoluż li tersaq ħdejn it-tarf tal-irdum. Ir-ritratti qed inpoġġihom fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma hemm l-ebda tabelli li juru li wieħed ma jistax jipparkja fuq il-moll tan-naħa ta' wara tal-Port taċ-Ċirkewwa (South Quarry)? Jista' jara li jsiru dawn it-tabelli biex jiġi assigurat li ma jiġrux inċidenti oħra bħal dawk li ġraw nhar il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 meta numru ta' karozzi nġarru l-baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona taċ-Ċirkewwa South Quay tintuża bħala parkeġġ kif ukoll min-nies li jmorru ħdejn il-moll għal rikreazzjoni. Huwa magħruf li, skont id-direzzjoni tar-riħ, meta jkun il-maltemp is-South Quay mhux post li jitħallew karozzi. Madanakollu Transport Malta se tevalwa x’miżuri jistgħu jittieħdu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex parti minn Triq l-Imġarr fix-Xewkija kellha tinqala’ biex tħaffret trinka tal-Water Services Corporation meta din it-triq kienet għadha kemm tlestiet ftit tas-snin ilu? Seta’ dan ix-xogħol ġie evitat u t-trinka ssir f’post ieħor? Jekk le, ma setgħux intużaw l-istess trinek li kienu saru fl-istess triq meta din kienet qed tiġi mibnija mill-ġdid b’fondi tal-Unjoni Ewropeja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġranet f’Għawdex saru trasferimenti ta’ għalliema mhux skont is-seniority tagħhom u ċioe’ mhux skont id-data ta’ meta huma ħadu l-warrant ta’ għalliem kif kien dejjem isir sal-aħħar xhur? Min ħa d-deċiżjoni li trasferimenti minn skola għall-oħra ma jibqgħux isiru skont is-sistema ta’ seniority?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti saru skont il-prassi li intużat fl-aħħar snin, liema prassi kienet saħansitra spjegata fi ‘Classification Guide’ li jiġi aġġornat minn sena għal oħra skont il-ħtieġa. Il-każijiet ta’ trasferimenti li saru dan is-sajf saru skont il-prassi u l-Classification Guide.
Wara li d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi rċieva żewġ ilmenti nżammet laqgħa mal-MUT fejn il-partijiet spjegaw il-pożizzjoni tagħhom. Kien hemm qbil li l-prassi kien jeħtiġilha tkun irfinuta ftit sabiex ma tinħoloqx anomalija. It-test t’hawn taħt juri kif inbidlet il-Classification Guide wara l-qbil ta’ din il-laqgħa. It-trasferimenti ġew riveduti f’dan is-sens:
o Instructors who are designated Teachers (on Personal Basis) in accordance with the Reform Agreement of July 2007, Heads of School are to substitute the date of appointment with the date of the permanent warrant and re-establish the seniority rank order accordingly;
o KG IIs who were assimilated, Heads of School are to substitute the date of assimilation with the date of first appointment in KG grades and re-establish the seniority rank order accordingly,
o In case of staff serving in Gozo, seniority is determined by date of deployment in Gozo - REPLACED BY TEXT HEREUNDER
o In case of staff serving in Gozo, seniority is determined as follows:
- by date of appointment (Teacher) versus date of warrant (Teacher on Personal Basis) for deployment in Gozo;
- by date of deployment in Gozo when the services are needed in Malta.
It is further understood that in the case of teachers deployed to Gozo on a temporary basis, they shall be considered for deployment to Malta prior to other Teachers deployed in Gozo by means a deployment notification form which does specify that the deployment is of a temporary nature.
All the above applies to other teaching grades.
Studenti Għawdxin li applikaw biex jattendu l-MCAST f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li attendew l-MCAST f’Malta matul is-sena skolastika 2014/2015? Jista’ jgħid f’liema kulleġġi kienu jattendu dawn l-istudenti Għawdxin? Jista’ jgħid kemm applikaw studenti Għawdxin biex jattendu xi kors tal-MCAST f’Malta għas-sena skolastika 2015/2016 u għal-liema korsijiet applikaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista għas-sena 2014/2015 bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Rigward is-sena 2015/2016, infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress li qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tat-tieni sejħa li għalqet fit-2 ta’ Ottubru 2015 kif ukoll numru sostanzjali ta’ late applications.
Postijiet pubbliċi li għandhom servizz ta' wifi b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet pubbliċi (pjazez, toroq, ġonna eċċ.) li fihom s-servizz ta' wifi b'xejn? Jista' jgħid fejn jinsab f'kull lokal madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti d-dati ta' meta beda jopera kull wieħed minn dawn is-servizzi b'xejn ta' wifi f'kull lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsilli Lokali li f’kull lokalità hemm servizz ta’ wifi b’xejn li bdew joperaw fi żminijiet differenti bejn l-2006 u l-2014.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-korsijiet offruti mill-Università ta' Malta fil-Campus tagħha ġewwa Għawdex matul is-sena skolastika 2014/2015 u kemm kien in-numru ta' studenti f'kull kors? Jista' jgħid liema korsijiet se jiġu offruti fil-Kampus tal-Università ta' Malta f'Għawdex matul is-sena 2015/2016 u kemm applikaw studenti għal kull kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jidhru n-numri ta’:
- studenti fiċ-Ċentru t’Għawdex tal-Università ta’ Malta fl-għeluq tas-sena akkademika 2014/15, maqsuma skont il-Fakultà jew Istitut u l-kors tagħhom, u,
- applikanti għal kull kors li ser jiġi offrut fiċ-Ċentru t’Għawdex tal-Università ta’ Malta matul is-sena akkademika 2015/16. Il-korsijiet ser jiġu offruti biss jekk ikun hemm numru suffiċjenti ta’ applikanti aċċettati fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jitpoġġa t-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid meta se jkun tpoġġa u jibda jitħaddem dan it-tieni fibre optic cable? Kemm hija maħsuba li se tkun l-ispiża totali għal dan il-cable?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Studenti Għawdxin — akkomodazzjoni fl-inħawi tal-Università u MCAST
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għamilx studju dwar kemm qed iħallsu l-istudenti Għawdxin li jistudjaw f'Malta biex jikru akkomodazzjoni fl-inħawi tal-Università jew fl-inħawi tal-MCAST? Jekk iva, x'irriżulta? Jekk qatt ma sar dan it-tip ta' studju, jaħsibx li wasal iż-żmien li jsir biex jiġi determinat jekk hemmx bżonn passi li jittieħdu passi biex jgħinu lil dawn l-istudenti Għawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti Għawdxin li jsegwu korsijiet privati f'Malta u ċjoè li jsegwu korsijiet terzjarji li jkunu offruti minn entitajiet privati, ma jingħatawx il-grant ta' studenti Għawdxin li jistudjaw f'Malta u dan meta dawn l-istudenti ma jkunux qed jirċievu stipendju u saħansitra jkunu qed iħallsu għall-korsijiet tagħhom? Jista' jara li dawn l-istudenti jingħataw il-grant li tingħata lill-istudenti sħabhom Għawdxin li jistudjaw f''Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-istudenti Għawdxin li jsegwu korsijiet privati f’Malta u li bħalhom ma jingħatawx ġewwa Għawdex, jistgħu japplikaw għall-grant ta’ €489.15 għal kull sena akkademika. Din il-grant tingħata fi tliet pagamenti ta’ €163.05 kull tlitt xhur. Bħalissa m’hemmx applikazzjonijiet pendenti.
Università ta' Malta u Campus ta' Għawdex — sistema ta' video conferencing
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2014/2015 f'kemm-il kors ġiet użata s-sistema tal-video conferencing bejn l-Università ta' Malta u l-campus tal-istess Università ġewwa Għawdex? Għaliex din is-sistema mhux qed tintuża iżjed biex aktar studenti Għawdxin ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-lectures mill-klassijiet tal-Campus f'Għawdex u ma jkollhomx għalfejn jaqsmu kuljum lejn Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena akkademika 2014/15, is-sistema tal-video conferencing bejn l-Università ta’ Malta u l-Kampus ġewwa Għawdex ġiet użata għal dawn il-korsijiet:
· Executive Master of Business Administration (l-ewwel sena)
· Executive Master of Business Administration (it-tieni sena)
· Higher Diploma in Public Accounting and Finance (it-tieni sena)
· Programme for the Liberal Arts (taqsima-studju waħda: LAS1015)
Matul is-sena akkademika 2015/16, is-sistema tal-video conferencing qed tintuża għal dawn il-korsijiet:
· Executive Master of Business Administration (l-ewwel sena)
· Executive Master of Business Administration (it-tieni sena)
· Executive Master of Business Administration in Public Management (l-ewwel sena)
· Higher Diploma in Public Accounting and Finance (it-tielet sena)
· Programme for the Liberal Arts (taqsima-studju waħda: LAS1011)
· Certificate in Clinical Nursing Practice (taqsima-studju waħda: NUR3243)
· Diploma in Facilitating Inclusive Education (l-ewwel sena)
Fil-Kampus tal-Università ta’ Malta hemm b’kollox ħames kmamar attrezzati bil-faċilità tal-video conferencing, filwaqt li fil-Kampus ta’ Għawdex hemm erba’ kmamar bl-istess facilità. Dan ifisser illi fi kwalunkwe ħin jistgħu jsiru massimu ta’ erba’ lekċers.
Id-daqs tal-kmamar, u għaldaqstant in-numru tal-istudenti, ukoll jillimita x’korsijiet jistgħu jsiru b’dan il-mod.
L-Università qiegħda ma’ kull sena tattrezza iktar kmamar b’din il-facilità.
Fil-preżent, il-maġġoranza tal-korsijiet li qed jiġu offruti bil-video conferencing huma korsijiet ta’ filgħaxija. L-Università qed tħares lejn il-possibilità li jiżdiedu iktar korsijiet ta’ filgħodu. Studenti li qegħdin isegwu korsijiet ta’ filgħodu jista’ jkun li jkunu qed jattendu lekċers minn diversi fakultajiet; għaldaqstant huwa ħafna iktar diffiċli li korsijiet ta’ filgħodu jsiru bil-video conferencing, minħabba li jkun meħtieġ li l-istudenti Għawdxin jagħmlu l-lekċers tagħhom kollha f’Għawdex.
Għawdex – Toroq ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex mill-2005 sa Marzu 2013 u li kienu ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn it-toroq u kemm minn din l-ispiża kienet ġejja minn fondi Ewropej? Jista’ jelenka liema kienu dawn it-toroq u t-tul u l-metru kwadru ta’ kull triq? Jista’ jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex li kienu ko-finanzjati b’fondi tal-Unjoni Ewropea minn April 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn it-toroq u kemm minn din l-ispiża kienet ġejja minn fondi Ewropej? Jista’ jelenka dawn it-toroq u t-tul u l-metru kwadru ta’ kull triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ċertu xogħol fuq dawn it-toroq kellu jitkompla minn fondi nazzjonali minn dan il-gvern peress li l-progett oriġinali kellu jiġi ridimensjonat mill-amministrazzjoni preċidenti.
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – Għarb — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk issa li ninsabu f’nofs din il-leġiżlatura, hemmx dati meta se jibda l u meta sejitlesta x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli fl-Għarb fejn parti mit-triq twassal mill-Imġarr sad-Dwejra u dan peress li din hija triq li tifforma parti mill-European Ten-T Cohesion Fund ? Jista’ jgħid jekk inħariġx tender għal dan ix-xogħol u lil min ingħata? Jista’ jgħid kemm se jiswa x-xogħol fuq din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq din it-triq beda din il-ġimgħa. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq flimkien ma Triq Sant Ursola u l-medda ta’ triq bejn Ta’ Dbieġi Crafts Village u l-Pjazza ta’ San Lawrenz tifforma parti mill-European Ten-T Cohesion Fund, li suppost sar minn amministrazzjoni preċidenti.
Peress li dawn ix-xogħlijiet ma sarux, dan il-gvern kellu jsib fondi oħra biex jitwettqu. Fil-każ ta’ Triq Franġisk Portelli ix-xogħol qed jiġi iffinanzjat minn fondi nazzjonali.
Il-kumpanija Road Construction Co. Ltd. rebħet it-tender għax-xogħol ta resurfacing li hu stmat li ser jiġi jiswa 67,000 ewro .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul Ġunju, Lulju u Awwissu 2015, il-bajja tax-Xlendi f’Għawdex jew xi parti minnha ma kenitx tajba għal għawm? Jista’ jagħti r-raġuni għalfejn din il-bajja jew xi parti minnha ma kenitx tajba għall-għawm? Jista’ jgħid kemm-il test sar matul ix-xahar ta’ Ġunju u Lulju 2015 fuq l-ilma tal-bajjiet f’Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-istess testijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul 16 u l-21 t’Awwissu biss, għawm fil-bajja tax-Xlendi ma kienx rakkomandat. Iż-żewġ żoni f’din il-bajja li ma kienux rakkomandati għall-għawm kienu fin-naħa tal-ponta ta’ barra tal-moll fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja u fiż-żona ta’ quddiem iċ-Churchill Bar. Dan seħħ minħabba li ilma kkontaminat li hareg minn irziezett sab triqtu għal ġol-baħar wara x-xita.
Nixtieq ninforma wkoll li din il-bajja reġgħet kienet tajba għall-għawm fit-22 t’Awwissu wara diversi kampjuni tal-ilma baħar li ttieħdu u li rri¿ultaw f’livelli aċċettabbli għall-għawm.
Matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu 2015 sar monitoraġġ ta’ għoxrin żona ufficcjali f’Għawdex u b’kollox ittieħdu 341 kampjun li kollha rriżultaw f’livelli aċċettabbli għall-għawm.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni għal barra mill-pajjiż minn kumpaniji li joperaw f’Għawdex bejn Jannar u Lulju 2015 u kif dan il-valur jitqabbel mal-istess perjodu bejn Jannar u Lulju 2014? Jista’ jgħid xi prodotti ġew esportati u li kienu manifatturati f’Għawdex fl-istess perjodu u kemm kien il-valur ta’ esportazzjoni ta’ kull prodott?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.