Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19795 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm turisti għamlu l-btala tagħhom f'Għawdex fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena 2015? Kif jikkompara dan mal-ewwel seba' xhur tas-sena l-oħra 2014? Kemm-il lejl qattgħu b' kollox f'Għawdex dawn it-turisti matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena u kif dan jikkompara mal-ewwel seba' xhur tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat, li jkollu analiżi approfondita tal-istatistika kollha.
Leg 12 PQ #19821 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18064, jista’ l-Ministru jgħid xi preparamenti saru s’issa biex tinbena mill-ġdid jew tiġi resurfaced Triq Sant’ Antnin f’Għajnsielem, Għawdex? Jista’ jgħid x’xogħol hemm ippjanat li jsir fuq din it-triq? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-preparamenti neċessarji biex tingħata l-offerta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #19822 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Ħaddiema — overtime

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18086 fejn irriżulta li hemm ammont konsiderevoli ta’ overtime li qed isir fil-Kumpanija Gozo Channel, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nieqsa f’din il-kumpanija u f’liema gradi huwa n-nuqqas? Meta hu maħsub li se jiġu ngaġġati dawn il-ħaddiema li hemm nieqsa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda kunfidenzjali u ta’ natura kummerċjali.

Għawdex – il-Bajja tar-Ramla — passaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali hux responsabbli biex jara li l-bajja tar-Ramla f’Għawdex tkun aċċessibbli għal kulħadd? Jista’ jara għaliex il-bajja li tant hi frekwentata minn Għawdxin, turisti u Maltin mhijiex aċċessibbli għal kulħadd? Jaf li fl-aħħar snin, din il-bajja kienet dejjem tkun aċċessibbli permezz ta’ passaġġ tal-injam li jitpoġġa fix-xhur tas-Sajf u li jwassal mit-triq sal-baħar u li din is-sena dan il-passaġġ għalkemm tpoġġa ma kienx fi stat li tista’ timxi fuqu b’siġġu tar-roti u li ma kienx iwassal sal-baħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li huwa dejjem għamel ħiltu sabiex il-bajja tar-Ramla l-Ħamra tkun aċċessibbli għal kulħadd. Infatti, fis-sena 2007, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ħa l-inizjattiva li jagħmel passaġġ tal-injam. Dan il-passaġġ sar bil-għajnuna finanzjarja tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA). Minħabba l-kundizzjoni tiegħu, din is-sena, sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-istess passaġġ mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra bil-għajnuna tal-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Dan il-passaġġ ilu jitpoġġa fil-bajja tar-Ramla għal tmien snin u din is-sena tpoġġa kif dejjem sar fis-snin ta’ qabel, jiġifieri ma sar xejn differenti minn dak li jsir is-soltu.
Leg 12 PQ #19824 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Fontana – Triq tal-Għajn — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18054, jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’ Triq tal-Għajn fil-Fontana (minn ħdejn il-Knisja sa Pjazza Tomba)? Meta hu mistenni jitlesta dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq l-Isptar San Ġiljan mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #19825 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – spejjeż rikorrenti u kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx iwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18055 u 17589 peress li kuntrarjament għal dak li qed jindika fit-tweġiba, ħafna mill-informazzjoni mitluba ma tirriżultax mid-dokument tal-baġit kif qed jalludi l-Ministru? Għaliex ma jridx jgħid kemm ġew minfuqa flus fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex is-sena li għaddiet u din is-sena sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghad-dokument tal-bagit.
Leg 12 PQ #19330 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ir-Rabat — Appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq il-partijiet komuni tal-blokok ta’ appartamenti f’Taċ-Ċawla , fir-Rabat, Għawdex matul is-sena 2015? Jista’ jgħid kemm hemm blokok ta’ appartamenti f’Taċ-Ċawla u kemm hemm appartamenti f’kull blokk? Jista’ jgħid liema xogħol hu ppjanat li jsir fix-xhur li ġejjin fil-partijiet komuni ta’ liema blokok ta’ dawn l-appartamenti, u meta hu mistenni li jsir ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19331 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja — - numru ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-sena skolastika 2015/2016, kemm hemm studenti jattendu f’kull skola tal-Gvern kemm primarja kif ukoll sekondarja f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm studenti jattendu f’kull skola tal-Knisja, kemm primarja kif ukoll sekondarja f’Għawdex? F’kull każ, jista’ jgħid jekk in-numru ta’ studenti f’kull skola naqasx jew żdiedx fuq is-sena skolastika li għaddiet (2014/2015) u b’kemm-il student naqas jew żdied f’kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern f’Għawdex Skola Studenti 2014/15 Studenti 2015/16 Differenza Għajnsielem Primarja 124 120 -4 Għarb Primarja 86 96 10 Kerċem Primarja 65 74 9 Nadur Primarja 192 197 5 Qala Primarja 108 112 4 San Lawrenz Primarja 35 34 -1 Sannat Primarja 159 149 -10 Victoria Primarja 364 365 1 Xagħra Primarja 222 245 23 Xewkija Primarja 78 77 -1 Żebbuġ Primarja 60 54 -6 Victoria Sekondarja (ex-Bniet) 563 572 9 Victoria Sekondarja tas-Subien 364 253 -111 Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Knisja f’Għawdex Skola Primarja tal-KnisjaStudenti 2014/2015Studenti 2015/2016Bilanċ Bishops Conservatory Primary-Victoria - Gozo1491512 Laura Vicuna School-Victoria - Ghasri12613610 St Francis School-Victoria, GOZO160157-3 St Theresa-Ta' Kercem - Gozo1231329 Totali55857618 Skola Sekondarja tal-KnisjaStudenti 2014/2015Studenti 2015/2016Bilanċ Bishops Conservatory Secondary School-Victoria Gozo31833517 Sacred Heart Minor Seminary-Victoria Gozo3383468 Totali65668125

Għawdex — pulizija stazzjonati li spiċċaw mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2014 u matul l-2015 sal-lum kemm pulizija kienu stazzjonati f'Għawdex spiċċaw fil-Korp? Jista' jgħid kemm kellhom snin ta' servizz kull wieħed minn dawk li spiċċaw?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014 spiċċaw 5 membri tal-Korp mid-distrett t’Ghawdex, filwaqt li fis-sena 2015, sat-8 t’Ottubru 2015 spiċċaw 6 membri. Dawn huma kif jidhru mit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #19588 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jintużaw ambulanzi li huma ta' NGO u mhux l-ambulanzi tal-Isptar? Dawn l-ambulanzi huma mgħammra b'kull appart li hemm fl-ambulanzi tal-Isptar? Kemm qed jinkrew dawn l-ambulanzi għal kull ġurnata? Kemm ilhom jintużaw dawn l-ambulanzi privati u x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Generali t’Ghawdex Kellu l-hin kollu l-uzu ta' ambulanzi attrezzati. l- Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) provdew lill-Isptar Generali t’Ghawdex servizz ta’ ambulanza biex tintuŻa għal trasport mhux urġenti .Din inghatat bla ħlas.
Leg 12 PQ #19589 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Ambulance Emergency Responders

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Ambulance Emergency Responders tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jingħataw jagħmlu xogħol li f'Malta l-istess persuni bi grad bħalhom ma jagħmlux? Għaliex dawn il-persuni li qegħdin hemm għal kull tip ta' emerġenza qed jingħataw xogħol li mhux ta' emerġenza? X'jiġri meta tinqala' emerġenza u dawn ikunu barra mill-Isptar jagħmlu xogħol ta' rutina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prassi normali li min tim ta' ħdax (11) Emergency Ambulance Responder kuljum, żewġ Emergency Ambulance Responders (EARs) jibqgħu dejjem "on stand-by" għall-emerġenzi għal matul il-ġurnata. Mal-lejl ikun hemm żewġ EARs oħra fuq l-emerġenzi. L-EARs jiġu akkumpanjati minn "nursing aide” u infermier mis-sezzjoni tal-emerġenza f'kull sejħa għall-ambulanza urġenti.
Leg 12 PQ #19794 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Good Causes Fund — għaqdiet Għawdxin li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2014 u l-2015 sal-lum kemm-il għaqda jew entità Għawdxija bbenefikaw mill-Good Causes Fund? Liema kienu dawn l-għaqdiet jew entitajiet? Kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda u f'kull każ x'kien il-proġett li ġie megħjun?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #19211 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – Skola post-sekondarja Sir Arturo Mercieca – numru ta’ studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li applikaw biex jattendu l-iskola post-sekondarja Sir Arturo Mercieca tar-Rabat, Għawdex għas-sena skolasitka 2015/2016? Jista' jgħid kemm kien n-numru li applikaw f’kull sena fil-ħames snin preċedenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda skola bl-isem indikat minnu fil-mistoqsija.
Leg 12 PQ #19212 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdxin – skemi ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Għawdxin li kienu qed jaħdmu f' xi skema li ġiet imnedija mill-Gvern għal dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul Settembru 2015? Liema skema jew skemi kienu qed jaħdmu? X'kienu l-kundizzjonijiet ta' kull skema? Kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin f'kull skema u liema xogħol ingħataw biex jagħmlu? Għal kemm żmien kellha tibqa' għaddejja kull skema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul Settembru 2015 kienu tnejn l-iskemi li l-ETC kienet qiegħda tamministra f’Għawdex. Dawn kienu l-Work Trial Scheme for Youths – 2015 u l-Work and Training Exposure Scheme – 2015. Iż-żewġ skemi ġew amministrati mill-ETC u kienu ffinanzjati b’fondi tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Work Trial Scheme for Youths – 2015 kienet mifruxa fuq ħames ġimgħat, mit-Tnejn, 3 ta’ Awwissu 2015 sal-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru, 2015. Kif jindika l-isem tal-iskema din kienet miftuħa għal dawk iż-żgħażaġħ li kienu jirreġistraw jew inattivi. L-età kienet dik ta’ bejn is-16 u l-24 sena. L-iskema offriet l-opportunità li ż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ta’ xogħol mas-settur privat u għaqdiet volontarji għal perjodu definit ta’ ħames ġimgħat. L-iskema kienet tistipula li kull żagħżugħ eliġibbli u li jipparteċipa fl-iskema jingħata għotja ta’ €75 fil-ġimgħa li jitilgħu sa massimu ta’ €375 għal perjodu ta’ ħames ġimgħat. Kull employer seta’ jżomm miegħu mhux iktar minn żewġ parteċipanti fuq din l-iskema, filwaqt li l-employer ried ikun qed jopera fit-territorju Għawdxi biex seta’ jkun eliġibbli. Għal din l-iskema applikaw 589 li 553 minnhom kienu eliġibbli. Is-36 applikanti l-oħra ma kenux eliġibbli u allura ma ġewx aċċettati. Il-Work and Training Exposure Scheme – 2015 hija mifruxa fuq 14-il ġimgħa, mit-Tnejn, 27 ta’ Lulju 2015 sal-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2015. Din l-iskema kienet miftuħa għal dawk kollha li qegħdin jirreġistraw jew huma inattivi fis-suq tax-xogħol u li għandhom ‘il fuq minn 25 sena. Matul il-perjodu tal-iskema, l-applikanti eliġibbli kellhom l-opportunità li jingħataw esperjenza ta’ xogħol ma’ dipartimenti/entitajiet governattivi f’Għawdex u ma’ għaqdiet volontarji. Matul il-perjodu tal-iskema l-parteċipanti qegħdin jingħataw għotja ta’ €145 fil-ġimgħa li jitilgħu sa massimu ta’ €2,030 għall-perjodu tal-iskema. Applikaw għal din l-iskema 328 persuna li 299 minnhom kienu eliġibbli filwaqt li 29 ma kenux u allura ma ġewx aċċettati.
Leg 12 PQ #19228 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – persuni li għandhom rwol ta’ konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom rwol ta' konsulent mal-kumpanija Gozo Channel jew mal-Ministeru tiegħu fuq il-Gozo Channel? Jista' jgħid min huma dawn il-persuni u x' kundizzjonijiet ingħataw kif ukoll għal kemm żmien ġew ingaġġati?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsijiet Parlamentari 12611 u 11883.
Leg 12 PQ #19229 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nollijiet – vjaġġi bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema Avviż Legali joħroġ il-prezz tan-noll li jħallsu l-passiġġieri u dak li jitħallas minn passiġġieri bil-vetturi li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u jagħti lista' tal-prezzijiet kollha li huma in vigore bħalissa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-nollijiet huma regolati skond il-Gozo Passenger and Goods Service (Fares) Regulations (LN14 of 2004) kif emendata.
Leg 12 PQ #19289 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Persuni li qasmu bejn Malta u Għawdex bil-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bejn Malta u Għawdex u viċe-versa bil-vapuri tal-Gozo Channel kull sena mill-2010 sas-sena 2014? Kemm minn dawn il-passiġġieri kienu Maltin u kemm kienu Għawdxin (bin-noll ridott)? Kemm kien id-dħul tal-kumpanija kull sena mill-passiġġieri Maltin u mill-passiġġieri Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19290 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – bdil ta’ lampi tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex issa li qed jinbidlu l-lampi tat-toroq kollha f’Għawdex, hemm lampi ġodda li d-dawl li qed jagħtu huwa baxx ħafna? Jaf li qed ikun hemm diversi lmenti minn residenti ta’ toroq minħabba’d-dawl baxx ħafna ta’ dawn il-lampi li mhux adegwat? Jista’ jintervjeni biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għan ta’ dan il-proġett, li sar b’ko-finanzjarjament ta’ fondi Ewropej, huwa li titnaqqas l-enerġija u l-emmissjonijiet fl-arja sabiex ikollna arja aktar nadifu u kwalita’ ta’ saħħa aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-lampi użati huma kollha manifatturati fl-Ewropa u għandhom standards Ewropej. L-ammont ta’ dawl li jagħtu dawn il-lanterni huwa adekwat għall-iskop li huma intenzjonati għalih u jeliminaw il-ħela ta’ dawl fid-direzzjoni tas-sema.

Rotta tal-linja miċ-Ċirkewwa sal-MCAST f’Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ikkunsidrata rotta tal-linja li tkun express miċ-Ċirkewwa lejn l-MCAST f’Raħal il-Ġdid u dan peress li matul is-snin komplew jiżdiedu l-istudenti Għawdxin li qed jattendu korsijiet f’dan il-Kulleġġ? Jaf il-Ministru li biex dawn il-mijiet ta’ studenti jaslu fil-Kulleġġ fejn jattendu qed jieħdu aktar minn sagħtejn kuljum u l-istess ħin lura peress li jridu jibdlu l-karozza tal-linja? Jista’ jara li jekk ma tistax issir karozza apposta tkun l-X1 li tkompli sejra mill-Università/Sptar sal-MCAST f’Raħal il-Ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15763.
Leg 12 PQ #19179 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li qed isegwu l-kors tal-mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti Għawdxin li jsegwu l-kors tal-mediċina u medical students oħra mhux qed jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f’Għawdex stess bħalma qed ikollhom din l-opportunità studenti Għawdxin li jsegwu korsijiet oħra fl-Università? Jista’ jara li dawn l-istudenti jingħataw din l-opportunità li tnaqqas ftit mill-hardships li jiffaċċjaw studenti Għawdxin speċjalment fi żmien l-eżamijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija qiegħda tikkunsidra jekk għandhiex tagħmel l-eżamijiet tal-kors tal-Mediċina u l-Kirurġija f’Għawdex iżda għad hemm xi riservi. L-eżamijiet għal korsijiet oħra offruti mill-Fakultà diġà jsiru f’Għawdex. Se tkompli d-diskussjoni bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni qabel l-eżamijiet ta’ Jannar 2016.