Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #21169 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li huma stazzjonati f’Kemmuna u mil-liema dipartiment ġejjin dawn il-ħaddiema? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema f’Kemmuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li hemm tlett ħaddiema mid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp stazzjonati f’Kemmuna. Tnejn minn dawn il-ħaddiema jieħdu ħsieb l-indafa tal-latrini filwaqt li l-ieħor jieħu ħsieb il-manutenzjoni ġenerali u l’indafa tal-bajjiet.
Leg 12 PQ #21112 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Triq il-Kastell – tank għal ħażna taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li se jsir tank bil-ħażna tal-gass taħt l-art fi Triq il-Kastell jew f’xi triq fil-viċin? Jekk iva, għaliex se ssir din il-ħażna ta’ gass qalb l-abitat? Hemm il-permessi kollha neċessarji biex isir dan? Ġew ikkonsultati r-residenti tal-inħawi dwar din il-ħażna?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni mal-MEPA (PA03860/15) li bħalissa għadha qed tiġi pproċessata. F’din l-applikazzjoni, qed jiġi propost li jsir tank għall-ħazna tal-gass u sistema ta’ pajpijiet biex jinxtegħelu żewġ fjammi quddiem il-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza u fjamma quddiem il-Monument li jfakkar l-Invazjoni t’Għawdex fl-1551. Kif mitlub mil-liġi, il-MEPA avżat lir-residenti permezz ta’ tabelli li twaħħlu fil-madwar u permezz ta’ avviżi gew impustati lir-residenti. Ir-residenti kellhom id-dritt li jissottomettu oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp. Barra minn hekk, bħala parti mill-applikazzjoni qed jitħejja risk assessment minn Inġinier kwalifikat u minn Health and Safety Officer biex jindika hemmx possibilta’ ta’ riskji.
Leg 12 PQ #21113 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ – bini tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant dawn ix-xogħolijiet qedgħin jġu ippjananti għal futur.

Għawdex – Appartament — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa fl-appartament tal-Housing li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan peress li fl-aħħar ġimgħat ċedew partijiet mis-saqaf tiegħu u jista’ jkun li huwa ta’ periklu għal min qed jgħix fih?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, diġa’ saret spezzjoni mill-uffiċjali Tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fl-appartament imsemmi u t-tiswijiet meħtieġa se jsiru.
Leg 12 PQ #21116 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju fuq l-Għassa ta’ Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru tiegħu se jieħu f’idejh l-uffiċċju li hemm fuq l-Għassa tal-Pulizija ta’ Marsalforn,meta dan kien devolut lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ? Kien il-Ministeru tiegħu li talab li dan jittieħed minn idejn il-Kunsill Lokali u jgħaddi għand il-Ministeru? Għaliex saret din it-talba? Il-Kunsill Lokali ġie kkonsultat dwar il-pass li kien se jittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi llum il-post hu żdingat u abbandunat, huwa tal-mistħija li jitħalla f’ dan l-istat speċjalment meta dan il-post hu intiż biex parti minnu tiġi ikkonvertita f’ youth centre għaż-żgħażagħ li jifrekwentaw Marsalforn u meta jidher ċar li l-kunsill taż-Żebbug la għandu l-volonta u anqas l-intenzjoni li jirranġa dan il-post ċentrali f’Marsalforn.

Kemmuna – siti storiċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20846, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ebda wieħed mis-sitt siti storiċi f’Kemmuna mhu kkurat minn Heritage Malta? X’inhi tagħmel Heritage Malta fuq dawn is-siti? Peress li fl-istess risposta l-Ministru indika li s-Sovritendenza rċeviet u qiegħda tevalwa rikjesta minn għaqda volontarja oħra biex tieħu f’idejha l-kura u r-restawr tal-forn storiku, jista’ l-Ministru jgħid min hi din l-għaqda volontarja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kull sit storiku jiġi imħaddem mill-aġenziji governattivi għaliex jingħata spazju lill-organizzazzjonijiet non-governattivi u ideat oħrajn għall-immaniġjar ta’ dawn is-siti. Heritage Malta hija responsabbli għal dawk il-mużewijiet u siti li jiġu afdati lilha mill-Gvern u dan m'huwiex wieħed minn dawn is-siti. Fir-rigward tal-guardianship deed, hemm proċess rigoruż li jiżgura is-sostenibilta’ u l-ħarsien meħtieġ ta’ proġetti simili. Dawn il-poteri huma mgħotija minn artiklu 48 tal-Kap. 445 tal-Liġijiet ta’ Malta. It-talba għall-Forn ta’ Kemmuna saret mill-organizazzjoni non-governattiva, Friends of the Earth. Bħalissa għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni sabiex din it-talba tiġi kkunsidrata.
Leg 12 PQ #21119 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20850 u jgħid liema Ministeru huwa inkarigat mit-tqegħid tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u dan stante li l-mistoqsijiet li saru lill-Ministeru għal Għawdex u lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar dan is-suġġett ġew imwieġba t-tnejn li huma billi rriferew għall-Ministeru kkonċernat kif ukoll għaliex il-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu għal din il-mistoqsija irrefera għall-mistoqsija parlamentari 18805 li m’għandha x' taqsam xejn ma’ dan is-suġġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant bil-korrezzjoni f’PL 20850 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa , 18 ta’Novembru 2015 f’Seduta 327.

Għawdex – Kmamar tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kmamar tan-nar liċenzjati f’Għawdex? Liema huma? Kemm minn dawn qed joperaw?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa f’Għawdex hemm żewġ kmamar tan-nar li huma lliċenzjati. Dan huma dik tal-Madonna tal-Virtu ġewwa ‘’Għarb u l-oħra tal-15 t’Awwissu ġewwa Kerċem. Ninfurmah ukoll li iż-żewġ fabbriki joperaw.
Leg 12 PQ #21035 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Kmamar tan-nar — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-kmamar tan-nar f’Għawdex? F’kull każ, fuq liema siti huma dawn l-applikazzjonijiet? Meta saru u fiex wasal il-proċess għal kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistosija parlamentari numru 21035,minn tagħrif mogħti lili mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ,jirriżulta li hemm żewġ (2) applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ kmamar tan-nar fil-gżira t’Għawdex. Dawn huma id-dettalji kif mitluba: Lokalità Screening Recn Date Stadju Site at, T' Anglu, Munxar, Gozo 25/08/2014 Application compilation Site at, L'Awejna l/o, Ta' Lumbara, Kercem, Gozo 11/09/2015 Application compilation Screening Recn Date: Data meta l-applikazzjoni għal screening kienet kompluta u ġiet aċċettata mill-Awtorità. Application compilation: Screening konkluż u qed nistennew pagament jew informazzjoni mill-Perit qabel tkun tista tiġi validata l-applikazzjoni.
Leg 12 PQ #20885 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Żebbuġ Għawdex – shooting range

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jamministra x-shooting range taż-Żebbug Għawdex? X’investiment hu maħsub u ppjanat mill-Ministeru tiegħu għal din ix-shooting range? Kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdmu f'din ix-shooting range u x’inhu x-xogħol tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ix-Shooting range hija amministrata mill-Gozo Clay Target Shooting Association. Huwa ppjanat li tinbidel it-tinda tagħha. Il-ħaddiema baqgħu l-istess illi kien hemm taħt amministrazzjoni preċidenti.
Leg 12 PQ #20921 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Turisti – btajjel f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li għamlu l-btala tagħhom f’Għawdex fl-ewwel seba’ xhur ta’ sena 2015? Dan kif jikkompara mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra 2014? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex b’kollox dawn it-turisti matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena u dan kif jikkompara mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #20969 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – ritratt tal-President u lapida tal-ftuħ tal-Isptar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-ritratt tal-ET il-President tar-Repubblika u l-irħama tal-ftuħ tal-Isptar fir-reception tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex huma mgħottija b’kaxxi li jbigħu s-soft drinks u snacks oħra? Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex dawn jitneħħew minn hemm peress li lapida storika bħal din m’għandhiex titħalla moħbija u l-fatt li r-ritratt huwa mgħotti jista’ jiġi interpretat bħala nuqqas ta’ rispett lejn il-Kap tal-Istat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data li qed tiġi imwieġba din il-mistoqsija m’hemmx kaxxi tas-soft drinks.
Leg 12 PQ #21017 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – trips mill-Imġarr għal Sa Maison

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il trip fil-ġimgħa operat il-Kumpanija Gozo Channel mill-Imġarr lejn Sa Maison fil-port ta’ Marsamxett u lura matul is-sena 2015 sal-lum? Jista’ jgħid għaliex ma hemmx skeda fissa għal dawn il-vjaġġi bejn iż-żewġ portijiet tal-Imġarr u Sa Maison?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li saru 167 vjaġġi lejn Sa Maison u lura lejn l-Imġarr. Il-vjaggi bejn l-Imġarr u Sa Maison isiru darbtejn fil-ġimgħa u dawn isiru t-Tlieta u l-Ħamis. Meta jsir xi tidbil kemm fil-ġranet kif ukoll fil-ħinijiet il-burndnara jiġu nfurmata minn qabel b’telefonata jew b’email mid-Duty Terminal Managers tal-kumpanija. L-iskeda ta’ dan il-vjaġġ tista’ tinbidel meta taħbat xi festa pubblika jew meta jidħol xi vapur tal-merkanzija jħott fil-port tal-Imġarr, f’Quay no: 3. Tibdil fil-ħinijiet jista’ jsir ukoll meta l-kumpanija tirċievi Notice to Mariners li jkun se jsir xi sparar fiz-zona ta’ Pembroke mill-armata.
Leg 12 PQ #21018 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vjaġġi mill-Imġarr għal Sa Maison

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-vjaġġi bejn Sa Maison u l-port tal-Imġarr, li primarjament jintuża minn trakkijiet kbar tal-merkanzija għat-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer, hux se jibqa jsir? Jekk mhux se jibqgħu jsiru dawn il-vjaġġi se jkun hemm alternattiva u jekk iva, x’se tkun?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru se jagħmel dak kollu possibbli biex dan is-servizz jibqa jingħata.

Qorti ta’ Għawdex – court attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mal-Maġistrati li jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex u li jagħmlu xogħol li f’Malta jsir mill-Imħallfin, humiex se jiġu maħtura court attorneys? Jekk iva, meta hu l-ħsieb li jinħatru dawn il-court attorneys biex iservu fil-Qorti ta’ Għawdex fil-Ġurisdizzjoni Superjuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ma huwiex eskluż li jkun hemm Court Attorney assenjat mal-Maġistrati li jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex fil-Ġurisdizzjoni Superjuri.

Ir-Rabat — Pjazza Katidral – rampa approvata mill-KNPD

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20619, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità spezzjonat u ċċertifikat li r-rampa li saret fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella Għawdex hija konformi mal-Guidelines Access to All stabbiliti dwar kif għandhom isiru r-rampi għall-persuni bi problemi ta’ mobilità? Jista’ jara li din saret kif jitolbu dawn il-kriterji u dan stantè li din ir-rampa hija waħda li se tintuża minn mijiet ta’ turisti kuljum kif ukoll minn ħafna nies oħra li jmorru l-Katidral ta’ Għawdex u l-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-KNPD ivvettjat il-pjanti tal-applikazzjoni tal-MEPA relatata ma’ dan il-proġett (PA 656/11). Irriżulta li l-pjanti, li kienu jinkludu rampa fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella, kienu konformi mal-Access for All Design Guidelines u għaldaqstant il-KNPD bagħtet l-approvazzjoni tagħha lill-MEPA fid-29 ta’ Settembru 2011. Wara dan, il-KNPD qatt ma ġiet mitluba tispezzjona l-post biex tiċċertifika li x-xogħlijiet saru skont l-Access for All Design Guidelines. Il-KNPD tagħmel spezzjonijiet f'bini miftuħ għall-pubbliku meta tiġi infurmata li tlestew xogħlijiet b'konnessjoni ma' applikazzjonijiet tal-MEPA. Tagħmel ukoll spezzjonijiet meta jkollha rapporti li bini miftuħ għall-pubbliku ma jkunx aċċessibbli għal kulħadd. F'dan il-każ partikulari l-KNPD ma ġietx infurmata li tlesta x-xogħol. Irċeviet rapport mill-Onor. Chris Said wara kuntatt li għamel mas-Sur Oliver Scicluna, Ċermen tal-KNPD li hemm nuqqas ta' aċċessibilità. Wara dan, iċ-Ċermen tal-KNPD inkariga lil uffiċjal fi ħdan il-KNPD biex jispezzjona r-rampa. Din l-ispezzjona ġiet skedata għat-23 ta' Novembru 2015.
Leg 12 PQ #20852 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Kunsilli Lokali — allokazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20674, jista’ l-Ministru jara li l-allokazzjoni li se tingħata kull kunsill lokali tiġi komunikata qabel ir-raba’ ġimgħa ta’ Diċembru u dan stante li din is-sena l-budget sar aktar minn xahar qabel is-soltu kif ukoll stante li s-sena finanzjarja tal-kunsilli lokali tibda fl-1 ta’ Jannar u allura jekk din tiġi komunikata fir-raba’ ġimgħa ta’ Diċembru, kull kunsill lokali ma jkollu l-ebda ċans li sal-bidu tas-sena finanzjarja jippjana u iħejji l-baġit neċessarju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari numru 20674 ma kinitx indirizzata lili.
Leg 12 PQ #20853 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u/jew Memorandum of Understanding jew kwalunkwe tip ta’ ftehim ieħor li l-Gvern għamel mal-preferred bidder għat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 19023
Leg 12 PQ #20854 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t’Għawdex – laqgħat mal-ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx preżenti għal-laqgħat li saru mal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mas-sid il-ġid tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li se jmexxi dan l-Isptar għat-30 sena li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jiena qiegħed insegwi kull żvilupp li qed isir fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex u jkolli kuntatt kontinwu mal-impjegati u l-ħaddiema fl-istess fl-isptar.
Leg 12 PQ #20855 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – ħaddiema – training ta’ salvataġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-ħaddiema tal-Gozo Channel għamlu training relatat ma’ salvataġġ? Jista’ jgħid kull meta jsir dan it-training, fejn isir u min jieħu l-ħsieb l-istess training? Jista’ jgħid meta sar l-aħħar manteniment fuq kull wieħed mit-tliet vapuri li permezz tagħhom topera l-vjaġġi l-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li parti mid- dmirijiet tal-ekwipaġ tal-vapuri huwa taħriġ ta’ salvataġġ. Dan huwa rikjest wkoll mill-liġijiet marittimi. It-taħrig dwar is salvataġġ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel isir skond skeda. Kull ġimgħa jsiru tal-inqas taħriġ ta evakwazzjoni mill-vapur u taħriġ fit tifi tan-nar. Dan it-taħriġ jinkludu li jiġu operati id-dagħajjes ta’ saltavaġġ. Jsir taħriġ skedat wkoll fi sitwazzjonijiet identifikati ta’ emerġenzi oħra bħall : bomb threat, sudden list, grounding, oil spill, entry in enclosed spaces, emergency steering, power failure, personnel injury, helicopter winching, man overboard u oħrajn Il-membri tal-ekwipaġġ għandom għad-dispozizzjoni tagħhom training f’forma ta’ filmati maħduma apposta għal dan il-għan minn kumpaniji li li jipproduċi dan it-training għall-vapuri madwar id-dinja. Fuq kull vapur jinsab installat tagħmir ellettroniku biex jintwerew dawn il-filmati li l-kumpanija tinsab abbonata fihom. Kull taħriġ li jsir abbord jiġi mmiżżel fl-Official Ship’s Log book tal vapur, fil-crew list u mmiżżel wkoll fir-record book li għandu kull membru tal-ekwipaġġ. Huwa mandatorju li kull individwu ta l-ekwipaġġ ikollu entry li ipparteċipa f’taħrig ta’ tifi tan-nar u evakwazzjoni ta l-inqas darba kull xagħar. Dan it-taħrig jsir fuq il-vapuri stess fejn jinsab l-equipment meħtieg, li fil-fatt jintuża f’emerġenza. L-ekwipaġġ jiġi ittrenjat fl-u¿u ta’ dan l-equipment. Huwa l-kaptan u l-uffiċjali tal-vapur li jorganizzaw u jwettqu dan it taħriġ. Fil-31 ta’ Luju 2013 l-International Maritime Organization daħħlet regoli ġodda fejn għal skopp ta tiġdit ta ċertifikati ta’ kompetenza jrid jsir refresher course fit-training ta salvataġġ bażiku minn istituzzjoni rikonoxxuta qabel ma jiġi mġedded iċ-ċertifikat. Il-Gozo Channel għadha kif bagħatet l-ekwipaġġi kollha għal dan il course. Manteniment tal-Vapuri Il-manteniment tal-vapuri jsir kontinwament fuq Planned Maintenance System (PMS) kompjuterizzata li hija apprrovata mill-Classification Society tal-vapuri Din is-sistema tiġi awditjata u verifikata kull sentejn mill-Classification society stess . Kull parti tal-makkinarju li jinstab abbord il-vapuri jiġi spezzjonat, żarmat, kif meħtieġ u partijiet li jkunu worn barra mill-limiti jew laħqu ammont ta’ siegħat kif stipulat mill-manifatturi tal-apparat ikkonċernat jiġu mibdula jew maxinjati skont il-ħtieġa. Kemm il-makni prinċipali u l-propulsion thrusters jiġu mantenuti skont is-sistema tal-PMS. Il-makni prinċipali jiġu żarmati u overhauled mill-ekwipaġġ stess waqt li l-vapur jkun fis-servizz. Ix-xogħol jiġi akkreditat mill-Classification Society. Il-propulsion thrusters jiġu overhauled kull ħames u għaxar snin waqt li il-vapur jkun ġo tarzna. Hawnhekk it-thrusters jiġu żarmati kollha jekk jkun 10 year overhaul jew parzjalment jekk jkun 5 year overhaul. Fil-pre¿ent, 2015, il-Vapur Ta’ Pinu għadu kif kellu 5 year docking . F’Jannar 2016 il-Gaudos jagħmel 5 year overhaul tat– thrusters u fil 2017 Il-Malita. Kull sentejn il-vapuri xorta jidħlu t-tarzna kif rikjest mill- local authority u mill- Classification Society fejn issir spezzjoni tal- hull tal-vapur u jigi mnaddaf u mi¿bugħ.