Ir-Rabat Għawdex – Skola Sekondarja tal-Bniet — estensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pjan li kien hemm biex tinbena estensjoni fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, fir-Rabat Għawdex biex isservi bħala Skola Primarja issa ġie skartat? Jekk iva, għaliex dan il-pjan ġie skartat wara li anke kienu diġà nħarġu t-tenders? Jekk ma ġiex skartat meta hu mistenni jsir ix-xogħol fuq din l-estensjoni u għal xiex se jservi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Iskejjel rispettivi, mal-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll ma' uffiċjali għolja tad-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi fejn ġew identifikati numru ta' diffikultajiet li kienu ser jaffettwaw l-operat tal-Iskola Medja bl-inklużjoni tal-Iskola Primarja fl-istess sit, ġie deċiż li kellu jinstab sit alternattiv biex tinbena Skola Primarja ġdida kif jixraq lit-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Triq il-Vajringa tar-Rabat Għawdex.
Għaldaqstant, kull pjani li kien hemm maħsuba għal estensjoni tal-binja kellhom jitwaqqfu.
Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22785, jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn saru l-laqgħat li hu kellu mal-membri kollha tal-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin? Jista’ jgħid min kien hemm preżenti għal dawn il-laqgħat? B’referenza għal-laqgħat mal-Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Għawdxin li kellu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, jista’ jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22794, jiena għandi jgħini Segretarju Parlamentari inkarigat mill-qasam tal-Gvern Lokali u għalhekk huwa jespedixxi ħafna mill-funzjonijiet ta' laqgħat mad-diversi Kunsilli Lokali.
Personalment kelli numru ta' laqgħat ma' Kunsilli Lokali, Kunsilliera u Reġjuni però essenzjalment huwa s-Segretarju Parlamentari li jieħu ħsieb il-laqgħat fuq bażi regolari kif indikat fil-lista t’hawn taħt:
Lokalità
Data
Il-Gżira
28/05/2014
Il-Marsa
28/05/2014
Ħal Qormi
04/06/2014
Ħal Luqa
04/06/2014
Is-Siġġiewi
04/06/2014
Ir-Rabat (G)
06/06/2014
Iż-Żebbuġ (G)
06/06/2014
Ix-Xagħra
06/06/2014
L-Għasri
06/06/2014
L-Għarb
06/06/2014
Is-Sannat
06/06/2014
Kerċem
06/06/2014
Tas-Sliema
11/06/2014
Ix-Xewkija
11/06/2014
Il-Qala
12/06/2014
In-Naddur
12/06/2014
Ix-Xewkija
12/06/2014
Għajnsielem
12/06/2014
San Lawrenz
12/06/2014
Il-Fontana
12/06/2014
Is-Sannat
12/06/2014
Ħaż-Żabbar
25/06/2014
Various Mayors & Exec Sec
B’Bugia / B’Kara / Bormla / Birgu / Floriana / Luqa / M’Xlokk / Mosta / Naxxar / Paola / Qormi / Rabat / San Ġwann / Sliema / Ta’ Qali / Valletta / Żabbar / Żebbug (M) / Żejtun / Żurrieq
02/07/2015
Ħal Tarxien
04/07/2014
Santa Luċija
04/07/2014
Il-Mellieħa
07/07/2014
Ħal Balzan
08/07/2014
L-Iklin
08/07/2014
Il-Għargħur
08/07/2014
Il-Mosta
08/07/2014
L-Imġarr
08/07/2014
San Pawl
08/07/2014
L-Imtarfa
08/07/2014
L-Imqabba
09/07/2014
Ħaż-Żebbuġ (M)
11/07/2014
Ħal Kirkop
11/07/2014
Ħal Safi
11/07/2014
Marsaxlokk
11/07/2014
L-Imsida
17/07/2014
L-Imdina
17/07/2014
Ħad-Dingli
17/07/2014
Santa Venera
21/07/2014
Il-Ħamrun
21/07/2014
Birkirkara
21/07/2014
Ħal Lija
21/07/2014
Ħ'Attard
21/07/2014
In-Naxxar
21/07/2014
Pembroke
22/07/2014
Ta' Xbiex
22/07/2014
Marsaxlokk
30/07/2014
Birżebbuġa
30/07/2014
Iż-Żurrieq
04/08/2014
Il-Qrendi
04/08/2014
Is-Siġġiewi
04/08/2014
Ħal Għaxaq
04/08/2014
Il-Gżira
04/08/2014
Il-Fontana
01/10/2014
Il-Munxar
01/10/2014
San Lawrenz
01/10/2014
Is-Swatar
21/10/2014
Ħal Farruġ
21/10/2014
Paceville
21/10/2014
St. Peter
21/10/2014
Fleur de Lys
27/10/2014
G'Mangia
27/10/2014
Il-Kappara
27/10/2014
Mdina / Mgarr / Bormla / Mtarfa Mayors
27/10/2014
Santa Luċija (G)
29/10/2014
San Lawrenz
29/10/2014
Marsalforn
29/10/2014
Ix-Xlendi
29/10/2014
Ħaż-Żebbuġ (M)
30/10/2014
Il-Madliena
12/11/2014
Burmarrad
12/11/2014
Baħar iċ-Ċagħaq
12/11/2014
Ix-Xgħajra
13/11/2014
Tal-Virtu
18/11/2014
Il-Baħrija
18/11/2014
Il-Madliena
18/11/2014
Bubaqra
18/11/2014
Il-Ħamrun
15/01/2015
Is-Sannat
15/01/2015
Reġjun Ċentrali
21/01/2015
Ħaż-Żabbar
04/02/2015
Ħaż-Żabbar
16/02/2015
Il-Birgu
27/02/2015
Valletta
11/03/2015
L-Imsida
20/04/2015
Iż-Żejtun
22/06/2015
Reġjun Tramuntana
23/07/2015
Reġjun Xlokk
23/07/2015
Reġjun Ċentrali
23/07/2015
San Ġwann
29/07/2015
Birżebbuġa
10/12/2015
Reġjun Tramuntana
17/09/2015
Reġjun Nofsinhar
17/09/2015
Reġjun Ċentrali
17/09/2015
Reġjun Għawdex
17/09/2015
AKL - Laqgħa Plenarja
18/10/2014
AKL - Laqgħa tas-Sindki
07/11/2014
AKL - Laqgħa tas-Sindki
08/11/2015
Għawdex — Żona Industrijali tax-Xewkija – child care centre
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli miċ-Child Care Centre li nbena fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija Għawdex u dan peress li għamilt il-mistoqsija parlamentari dwar dan iċ-ċentru lill-Ministru għal Għawdex, lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u kollha weġbuni li ma taqax taħt ir-responsabilità tagħhom? Jista’ jgħid meta hu mistenni li jibda jopera dan iċ-Child Care Centre? Minn min se jitħaddem dan iċ-Child Care Centre u kemm hu mistenni li jilqa' tfal fih? Jista' jikkonferma li ġie żgurat li l-garaxxijiet u l-fabbriki li hemm fil-viċin u li fihom isir spray u xogħol ieħor relatat, mhu se jkunu ta' ebda dannu għat-tfal li mistennija jattendu f' dan iċ-Child Care Centre?
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum x' xogħlijiet saru biex ingħalqet il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex? Meta nbdew dawn ix-xogħlijiet? Kemm swew dawn ix-xogħlijiet u kemm minnhom inħarġu minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Xi preparamenti kienu saru biex dan is-sit jinbidel f'park għall-familja u kemm spejjeż kienu intefqu fuq hekk? Meta għaddiet l-art ta' dan is-sit f' idejn l-Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mal-Enemalta dwar din l-art?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li sabiex tingħalaq il-Miżbla tal-Qortin sar ħafna xogħol fil-biċċa l-kbira xogħol ta’ “re-contouring” u “capping” skont kif stipulat fid-direttivi relatati tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk saret ħidma biex ikunu istallati sistemi ta’ irrigazzjoni li primarjament kienu meħtiega biex ikunu kontrollati l-emissjonijiet li joħorġu mill-miżbla. Inbena wkoll ġibjun biex jilqa’ l-ilma fih li jinżel fuq is-sit u dan jintuża fis-sistema tal-irrigazzjoni, inbnew bjar tal-gass u ġiet installata wkoll sistema tat-trattament tal-gass. Dawn ix-xogħlijiet inbdew f’Awwissu tal-2012 u tlestew f’Awwissu tal-2015. L-ispejjeż għal dan il-proġett laħqu s-somma ta’ €3.2 miljun, b’85% tal-ispejjeż iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea waqt li 15% iffinanzjati lokalment. Dan ix-xogħol kollu sar mill-Wasteserv li rnexxielha tagħmel użu minn dan il-finanzjament fiż-żmien stipulat. Sadanittant il-proġett tal-park tal-familja li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma kienx proġett li qed imexxih il-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat. L-istess ħaġa għall-aħħar żewġ mistoqsijiet.
Learning Support Assistants Għawdxin li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Assistants (LSAs) Għawdxin jaħdmu f'Malta? Jista’ jgħid jekk hemmx lista ta’ seniority fost dawn l-LSAs Għawdxin u jekk iva fuq xiex hi bbażata u hijiex lista pubblika? Jista’ jgħid jekk din il-lista ta’ seniority hijiex qed tintuża biex dawn jintbagħtu Għawdex meta jkun hemm il-vacancies f’Għawdex? Jista’ jgħid meta ntużat l-aħħar din il-lista ta’ seniority u kemm ġew trasferiti LSAs lejn Għawdex mill-Elezzjoni Ġenerali sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Learning Support Assistants Għawdxin (jinkludu dawn il-kategoriji - LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs) li jaħdmu f'Malta hu ta’ mitejn u sebgħin (270).
Iva, id-dipartiment għandu lista ta’ seniority u hija bbażata skont dawn il-kategoriji LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs. Barra minnhekk id-Dipartiment jimxi fuq ir-regolamenti tal-Public Service Management Code biex jiġu trasferiti LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs minn Malta għal Għawdex.
Il-lista tas-seniority tal-kategoriji kollha ta’ LSAs inklużi dawk ta’ SLSAs ntużat l-aħħar fis-16 ta’ Diċembru 2013.
Minn Marzu 2013 sal-lum ġew trasferiti ħames LSA II biex ikopru vakanzi li nħolqu skont is-seniority list.
Ġew ukoll trasferiti tlettax (13) mill-kategoriji kollha ta’ LSAs inklużi dawk ta’ SLSAs għal Għawdex minħabba kundizzjoni kronika medika skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Mediku fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.
Barra minn hekk minn żmien għal żmien ikun hemm numru ta’ LSAs inkluż ukoll SLSAs li jitolbu li jiġu trasferiti għal Għawdex minħabba t-tqala kif ukoll dawk li jagħmlu talba għal breast feeding leave. Dawn jiġu trasferiti fuq bażi temporanju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra u arbuxxell hemm bħalissa fuq is-sit li qabel kienet il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra? Jista’ jgħid kemm-il litru ta' ilma ntuża fl-aħħar tliet snin biex dawn jiġu msoqqija? Jista' jikkonferma li fis-sit sar ġibjun kbir? Meta tlesta u kemm jesa’ ilma?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont kif ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fuq is-sit li qabel kienet il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra hemm 22,881 siġra u arbuxell. Biex jissaqqew, f’dawn l-aħħar tliet snin, intuża bejn wieħed u ieħor 7.5 miljun litru ilma. Nikkonferma li fis-sit inbena ġibjun li tlesta f’Awwissu 2015 u li jesa’ madwar 4,000 metru kubu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22118, jista’ l-Ministru jgħid f’kull librerija f’Għawdex matul is-sena 2015 żdiedx jew naqasx is-self ta’ kotba fuq is-sena 2014, u f’kull każ, kemm żdied jew naqas, kemm f’numru ta’ kotba kif ukoll f’perċentwali?
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intefqu mill-Fondi Ewropej allokati għal Malta għall-perjodu 2007-2013 fi proġetti u inizjattivi f’Għawdex? Jista' jelenka liema kienu dawn il-proġetti u inizjattivi f'Għawdex u kemm intefaq fuq kull waħda minnhom minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab informat li l-awtoritajiet responsabbli qegħdin fil-proċess li jirrikonċiljaw l-aspett finanzjarju tal-programm għaldaqstant f’dan l-istadju għadu bikri biex wieħed jagħti l-figuri finali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fuel li nxtara mill-kumpanija Gozo Channel kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali li tħallas kull sena għal dan il-fuel f' dawn is-snin indikati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari kkoncernata hija ta natura kummerċjali sensittiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 21665 u jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu s-salarji tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni minn Għawdex humiex se jibqgħu fiċ-Ċentru Amministrattiv tar-Rabat Għawdex jew jekk humiex se jiġu trasferiti kollha lejn ix-Xagħra jew xi post ieħor?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21665.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il twelid kien hemm f’Għawdex kull sena mis-sena 2011 sas-sena 2015? Jista’ jgħid minn dawn it-twelid kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li t-tnejn kienu ċittadini Maltin? Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li huma t-tnejn ta’ ċittadinanza barranija u kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li wieħed jew waħda huma ċittadini Maltin u l-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin barrani?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjon mitluba hi skond it-tabella mehmuża:
2011
2012
2013
2014
Kemm-il twelid kien hemm f’Għawdex
279
278
267
275
Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li t-tnejn kienu ċittadini Maltin
257
247
250
239
Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li huma t-tnejn ta’ ċittadinanza barranija
3
8
4
14
Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li wieħed jew waħda huma ċittadini Maltin u l-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin barrani
17
16
7
18
Unknown father
2
7
6
4
Nota: L-informazzjoni għas-sena 2015 qegħda fil-proċess li tinġabar. Norrmalment din l-informazzjoni tinġabar mill-uffiċċju tar-reġistru pubbliku f' Marzu/April ta' kull sena.
Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali kemm-il laqgħa kellu ma’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin u ċjoè mal-membri kollha ta’ kull Kunsill jew Kumitat Amministrattiv partikulari? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma liema Kunsilli Lokali jew Kumitat Amministrattiv? Jista’ jgħid kemm-il numru ta’ laqgħat kellu s- Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru tiegħu ma’ Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Għawdxin kemm ilu fil-kariga? Meta u fejn saru dawn il-laqgħat u ma’ liema Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Saru żewġ laqgħat mar-Reġjun Għawdex fil-bini tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mal-kunsilli lokali u kumitati amministrattivi kollha Għawdxin meta mar iżurhom.
Barra minn hekk, saru diversi laqgħat ma' kunsilliera u sindki Għawdxin fuq bażi personali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol biex dik li kienet il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex tiġi konvertita f’park tal-familja ma tkompliex, issa li din il-miżbla ilha aktar minn seba' snin li għalqet? Meta hu maħsub li jitkompla dan ix-xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern iddeċieda li parti sostanzjali mill-art minn dik li qabel kienet il-miżbla tal-Qortin, kellha tiġi trasferita mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-Enemalta bil-ħsieb li din tiġi utilizzata għall-sistemi fotovoltajċi. Dan seħħ is-sena li għaddiet.
Għawdex – Ix-Xewkija – Childcare Centre fiż-Żona Industrijali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda jopera ċ-childcare centre li nbena fiż-żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Minn min se jitħaddem dan iċ-childcare centre u kemm hu mistenni jilqa' tfal fih? Jista' jikkonferma li ġie żgurat li l-garaxxijiet u fabbriki li hemm fil-viċin u li fihom isir spray u xogħol ieħor relatat mhu se jkunu ta’ ebda dannu għat-tfal li se jattendu f'dan iċ-childcare centre?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-childcare centre indikat mill-Onor. Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-Ministeru.
Transport Malta – vjaġġi bil-vapur bejn Malta u Għawdex – operatur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx Transport Malta li ħarġet is-sejħa biex jiġi magħżul operatur li jaħdem vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex? Meta nħarġet din is-sejħa? Jista’ jikkonferma li ntgħażlet kumpanija sussidjarja tal-Gozo Channel Co. Ltd biex tagħmel dawn il-vjaġġi? Meta ġie ffirmat il-ftehim bejn Transport Malta u din il-kumpanija, u għal kemm żmien ġie ffirmat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-ftehim li fih jinkorpora l-Public Service Obligation (PSO)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti li qed jagħmel referenza għaliha kienet inħarġet mill-Gvern ta’ Malta permezz tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mhux minn Transpot Malta. Din is-sejħa kienet inħarġet fit-8 ta’ Frar tal-2011 u ntgħażel il-konsorzju bl-isem Gozo Channel Transport Joint Venture biex jagħmel dawn il-vjaġġi.
Il-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u dan il-konsorzju ġie ffirmat fit-30 ta’ Settembru tal-2011 u huwa għall-perjodu ta’ sitt snin. Rigward kopja ta’ dan il-ftehim ninforma lill-Onor. Interpellant li dan diġa ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari 32791 fl-aħħar leġislatura.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-awtorità li trid tara li l-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd timxi ma’ dak sottomess minnha meta ntgħażlet bħala l-uniku operatur biex jipprovdi vjaġġi bejn Malta u Għawdex hija Transport Malta? Jista’ jgħid jekk Transport Malta hux qed tara li dak li suppost isir skont dak li obbligat ruħha li tagħmel il-Gozo Channel biex ngħatat dan it-tender għal numru ta’ snin fil-fatt qed isir? Jista’ jikkonferma li skont dan il-ftehim il-Gozo Channel hija obbligata li tagħmel vjaġġi bejn l-Imġarr, Għawdex, u Sa Maison u/jew il-Port il-Kbir? Jista’ jgħid x’għamlet Transport Malta minn meta beda jinkiser dan il-ftehim peress li dawn il-vjaġġi mhux qed isiru u twaqqfu għal kollox? Jista’ jgħid jekk biex tipprovdi dan is-servizz, il-Gozo Channel hux qed tieħu sussidju mingħand Transport Malta jew il-Gvern skont il-Public Service Obligation Agreement?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-Gvern li jrid jara li l-konsorzju magħżul bħala l-uniku operatur biex jipprovdi vjaġġi bejn Malta u Għawdex, bl-isem Gozo Channel Transport Joint Venture, jimxi ma’ dak sottomess minnu u mhux Transport Malta. Skont dan il-ftehim, il-Konsorzju huwa obbligat li jipprovdi vjaġġi minn jew lejn portijiet bi qbil bejn il-partijiet.
Mhux kompitu ta’ Tranpsort Malta biex tieħu azzjoni meta jkun hemm ksur tal-ftehim billi l-kuntratt mhuwiex magħha u m’għandhiex obbligi bħal dawn. Il-Konorzju jieħu sussidju mingħand il-Gvern skont il-Public Service Obligation Agreement.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq it-triq li twassal għal San Lawrenz? Meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq Triq Sant’Ursola? Jista’ jikkonferma li t-tarmak li kien ingħata s’issa f’partijiet minn dawn it-toroq issa jrid jerġa’ jinqala’, peress li t-tarmak kien ingħata biss peress li dinjitarji li kienu qed jieħdu sehem fiċ-CHOGM kellhom jgħaddu minn dawn it-toroq meta imbagħad spiċċaw ma ġewx minħabba li l-attivitajiet tħassru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x xogħolijiet fi Triq San Lawrenz ser jitkomplew fil-futur qarib. Fir-rigward ta Triq Sant’Ursola ninsab infurmat illi għad baqa xogħol ta wearing course u xogħlijiet ta’ bankini.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx tender biex tinbena mill-ġdid Triq Sannat fis-Sannat li twassal mill-pjazza ta’ Sannat sa Taċ-Ċawla fir-Rabat? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx din it-tender peress li sentejn ilu l-Ministru kien indika li dan ix-xogħol kellu jsir matul is-sena 2015 u sal-lum għadu ma bediex?
Response (REFALO, ANTON)
Is-sejħiet għall-offerti ser joħorgu sa ġimgħatejn oħra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq ta' Ċenċ u Triq Dun Luqa. Dan juri biċ-ċar illi l-Gvern Laburista se jkun qed isolvi ferita ġo Sannat li taħt Gvernijiet suċċessivi Nazzjonalisti baqgħet qatt ma ġiet solvuta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex wara diversi xhur, karozza abbandunata fi Triq il-Kappuċini, Victoria Għawdex u caravan abbandunat fi Triq il-Batterija f'Marsalforn, Għawdex għadhom ma nġabrux mill-Pulizija u dan minkejja diversi rapport li saru lill-Pulizija u anke mistoqsijiet parlamentari fuq l-ewwel vettura msemmija? X'se jagħmel il-Ministeru tiegħu biex dawn jinġabru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab li ninsab infurmat li l-Pulizija f’Għawdex ġabru il-karozza li kienet abbundanata fi Triq il-Kappuċini, Victoria Għawdex. Dwar il caravan li hemm fi Triq il-Batterija f’Marsalforn, Għawdex, qed isiru arrangamenti biex din tiġi mneħħija min hemm ukoll, ġaladarba is-sid tal-istess caravan għadu ma nstabx.
Għawdex — Kerċem - Triq Bir Rix f'Santa Luċija - rranġar ta' toqba
Question
Jista' l-Ministru jara li toqba kbira li hemm f'nofs it-Triq Bir Rix f' Santa Luċija, Kerċem, Għawdex u li għandha tingħalaq mill-Enemalta tiġi magħluqa fl-iqsar żmien possibbli stante li din ilha aktar minn sena miftuħa u hija ta' periklu għall-vetturi u nies li jgħaddu minn din it-triq? Jista' jara li siġar tal-palm li ilhom mejtin xhur u li jinsabu fl-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jiġu maqlugħa biex jiġi assigurat li minnhom ma jkomplix jiġi mifrux il-mard li joqtol siġar oħra kif ukoll li ma jkomplux jkerrħu d-dehra ta' madwar l-Isptar ta' Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija, se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin, wara li tlesta x-xogħol minn entitajiet oħra konċernati.
Rigward it-tieni mistoqsija, il-palm li qegħdin fl-
area
li taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jiġu ndukrati u mħarsa skont kif ġie mitlub mid-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti.