Jista’ l-Ministru jgħid f’kull lokalità f’Għawdex:
a) kemm hemm tfal taħt l-għaxar snin;
b) kemm hemm persuni bejn il-11 u l-20 sena;
c) kemm hemm persuni bejn il-21 u l-40 sena;
d) kemm hemm persuni bejn il-41 u s-60 sena; u
e) kemm hemm persuni minn 61 sena ‘l fuq?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema toroq f’Għawdex ġie mgħoddi s’issa l-main li se jwassal l-ilma second class mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ għal diversi postijiet f’Għawdex? Mil-liema rħula f’Għawdex ġie mgħoddi s’issa dan il-main? L-ilma second class, minn min se jintuża? Il-bdiewa u raħħala Għawdxin se jużaw minnu? Jekk iva, kemm se jħallsu għal dan l-ilma? Meta hu mistenni li jibdew jużawh?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-main tan-new water għaddej minn dawn it-toroq:
· Triq Lambert, Għajnsielem
· Mġarr Road, Xewkija/Victoria
· Triq ir-Repubblika, Victoria
· Triq Sant’Orsola, Victoria
· Qasam San Ġorġ, Victoria/Kerċem/Sta Luċija
· Triq San Niklaw, Sta Luċija/San Lawrenz
L-Ilma ġdid li se jkun qed jiġi prodott għandu jagħti nifs lill-ilma tal-pjan u mistenni jippermetti biex titnaqqas id-domanda fuq l-ilma tal-pjan u b’hekk is-sostenibbiltà tal-ilma tal-pjan.
Dan l-ilma se jintuża għall-agrikoltura, industrija, postijiet ta’ rikreazzjoni u landscaping. Fl-ewwel ġimgħat ta’ produzzjoni, l-ilma prodott mill-impjant se jkun ittestjat estensivament sabiex tiġi assigurata l-kwalita’ tiegħu, u kif ukoll jiġi kkalibrat l-impjant sabiex l-ilma jkollu bilanċ ottimu ta’ minerali importanti għall-agrikoltura. Huwa wara dan il-perjodu ta’ ttestjar li l-ilma jkun jista’ jintuża.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani ‘l fuq minn ċertu età u li huma residenti fi djar tal-anzjani privati u li jħallsu għal dan hux ser jirċievu l-allowance speċjali ta’ tliet mitt ewro li tingħata lill-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf hu, l-għotja għall-anzjani ta’ €300, mill-bidu tagħha kienet maħsuba għal dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fi djarhom jew fid-djar tal-qraba tagħhom fil-komunità u qatt ma ngħatat lill-anzjani li qed isemmi hu fil-mistoqsija tiegħu.
B’referenza għar-risposta tal-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 23170, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitwaħħal ir-railing fix-Xlendi li jagħti għal fuq il-Wied il-Kantra u li parti minnu inqala’ f’inċident li fih truck spiċċa fil-wied madwar seba’ xhur ilu? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex il-Kunsill Lokali tal-Munxar jara li dan il-periklu jitneħħa immedjatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li l-inċident seħħ f’Awwissu 2015. Sid il-vettura intalab kemm-il darba mill-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi sabiex jirranġa l-ħsara mingħajr dewmien. F’Novembru 2015 il-Kumitat Amministrattiv kien infurmat li l-ħsara ser titħallas mill-insurance tal-vettura u li l-Kumitat irid jagħmel talba lill-istess insurance. Sid il-vettura ntalab iġib stima sabiex il-Kumitat jagħmel claim lill-insurance. Din l-istima waslet għand il-Kumitat Amministrattiv fit-18 ta’ Jannar 2016 u fil-laqgħa tal-Kumitat li saret fis-19 ta’ Jannar 2016 kien deċiż li l-Kumitat jagħmel claim lill-insurance tas-sid tal-vettura. Infurmat li l-claim ser issir fil-ġranet li ġejjin. Il-kunsill mhux ser jagħmel il-ħajt qabel ma jissetilja l-kwistjoni mal-insurance. Intant infurmat li l-Pulizija għalqet din il-parti tar-railings bil-barriers tal-ħadid biex ikun evitat kull periklu.
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2014 u matul is-sena 2015 kemm kien hemm rapporti ta’ serq mal-Pulizija? Kemm kien l-akbar valur ta’ serq rappurtat f’serqa waħda matul dawn is-snin? Jista’ jgħid minn dan is-serq rappurtat kemm ġie solvut? Jista’ jgħid kemm matul dawn is-snin tressqu nies akkużati b’serq fil-Qorti ta’ Għawdex fuq dawn is-serqiet li kienu rappurtati f’dawn is-snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema li bdew jaħdmu mas-settur pubbliku f’ Għawdex fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? F’liema grad u f’liema dipartimenti ġew ingaġġati? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin trasferiti minn Malta għal Għawdex fis-settur pubbliku f’kull waħda mis-snin indikati hawn fuq u x’inhu l-grad tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li matul is-sena 2015, f’xi żmien jew ieħor kienu fuq xogħol temporanju f’xi skema li ġiet introdotta għall-ħaddiema f’Għawdex? F’liema skemi kienu jaħdmu u x’kienu l-kundizzjonijiet ta’ kull skema u l-iskop ta’ kull skema li kien hemm matul is-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema fis-settur privat f’Għawdex matul is-sena 2012 u kemm hu llum? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu ċittadini Maltin u kemm minnhom kienu ċittadini barranin fis-sena 2012 u kemm minn dawn li qed jaħdmu llum fis-settur privat huma ċittadini Maltin u kemm minnhom huma ċittadini barranin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, in-numru ta' ħaddiema fis-settur privat f’Għawdex li kienu jaħdmu 'Full time' u 'Part Time Only' fl-aħħar ta’ Diċembru 2012 u fl-aħħar ta’ Awwissu 2015, kif ukoll kemm minn dawk li jaħdmu huma ċittadini Maltin u kemm barranin, hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt, u ċjoè:
Xhur
Ħaddiema fis-settur Privat
Maltin
Barranin
Total
Diċembru 2012
7,090
443
7,533
Awwissu 2015
7,652
921
8,573
Ix-Xagħra Għawdex – Miżbla tal-Qortin mibdula f’Park tal-Familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi preparamenti kienu saru biex is-sit fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex jiġi mibdul f’Park tal-Familja? Jista’ jgħid meta nħareġ il-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-park? Kemm intefqu sal-lum biex dan is-sit jinbidel f’dan il-park? Mil-liema vot kienu saru dawn l-ispejjeż? Meta għaddiet l-art ta’ dan is-sit f’idejn l-Enemalta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mal-Enemalta dwar din l-art?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Kemm se jiswa dan il-proġett? Kemm minnu se jkun kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea u kemm minn fondi Nazzjonali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond ta’ madwar €1.5 miljun allokat ħames snin ilu mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropeja għall-perjodu 2007-2013 biex jiġi investit ghall-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija ġie utilizzat. L-ammont finali ta' flus li se jkunu assorbiti mill-Unjoni Ewropeja għal dan il-proġett ikun stabbilit wara li jsiru l-verifiki neċessarji mill-Awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni Ewropeja'.
Għawdex – servizzi fl-Isptar Ġenerali u Bereġ mgħoddija lill-privat
Question
Issa li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jgħaddi f’idejn il-privat,jista’ l-Ministu jgħid jekk is-servizz tal-klinika tar-Rabat, Għawdex, u l-bereġ fl-irħula hux se jgħaddu wkoll f’idejn il-privat? Jekk iva, x’servizz se jingħata? Jekk le, min se joperahom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Generali ta' Ghawdex mhux ser ikun privatizat izda ser ikun parti mill-Private Public Partnership bejn il-Gvern u l-preferred bidder privat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-waste transfer station Tal-Kus bediex jaħdem issa li ilu li ġie inawgurat kważi tliet xhur? Jekk għadu ma bediex jaħdem, x’inhi r-raġuni? X’inhuma l-problemi li hemm? Kemm intużaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett u kemm intużaw fondi nazzjonali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li bħalissa l-impjant beda jipproċessa l-iskart hekk kif stipulat fil-permess ambjentali approvat. L-ipproċessar għaddej fuq programm ta’ "ramping up" u jibda jieħu l-iskart kollu ta’ Għawdex u Kemmuna meta jilħaq il-"full capacity" li hu antiċipat li jintlaħaq fil-ġimgħat li ġejjin. In-nefqa qabżet it-totali ta’ għaxar miljun ewro b’kofinanzjament mil-Unjoni Ewropea ta 85%, u funding gap ta’ 80.794%.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fl-aħħar xhur biex fis-sajf li ġej, ma tirrepetix il-problema ta’ nuqqas ta’ arja kundizzjonata fit-terminal tal-Imġarr Għawdex? Jista’ jgħid kemm sewa x-xogħol biex din l-arja kundizzjonata terġa’ tibda taħdem kif suppost?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-tiswija tas-sistema tal-arja kundizzjonata għadu għaddej u mistenni jitlesta fi ftit ġimgħat oħra. L-ispiża ta dan ix-xogħol tkun tista’ tingħata meta ix-xogħol jitlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid issa li għalaq iż-żmien sa meta setgħu japplikaw dawk li huma interessati biex jibnu u joperaw il-pool ta' Għawdex, kemm kienu dawk li applikaw u min huma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Privatisation Unit laqgħa talba sabiex iż-żmien ta’ meta jistgħu japplikaw jiġi estiż sa’ l-aħħar ta’ Frar 2016. Ghaldaqstant il-Ministeru għal Għawdex ikun f’pożizzjoni li jagħti din l-informazzjoni matul ix-xahar ta’ Marzu.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22975, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jikklassifika kemm użat fuel il-Gozo Channel bħala “informazzjoni kummerċjalment sensittiva”? Jista’ jikkonferma li l-Gozo Channel hija kumpanija tal-Gvern u li topera b’mod esklussiv il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex? X’inbidel fl-aħħar xhur biex issa l-informazzjoni dwar fuel użat mill-Gozo Channel saret kummerċjalment sensittiva meta għall-mistoqsija parlamentari 18087 huwa kien ta l-informazzjoni kollha mitluba fuq użu ta’ fuel minn din il-kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22975.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ħaddiema fuq il-vapuri tal-Gozo Channel li jagħmlu l-istess xogħol qed jitħallsu pagi differenti? Ma jaħsibx li dan imur kontra l-liġi u kontra d-drittijiet tal-istess ħaddiema? Jista’ jispjega kif pereżempju hemm ħaddiema fil-bars ta’ fuq il-vapuri li għandhom paga ferm iżjed minn ħaddiema oħra li qegħdin bil-minimum wage jew kważi? Jista’ jispjega kif fuq l-istess vapuri hemm ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ cleaning li għandhom paga miżera, filwaqt li sħabhom li jagħmlu l-istess xogħol bħalhom għandhom paga aħjar?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pagi huma in konformita mat-tender relattiv.
Gozo Channel – Public Service Obligation Agreement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpanija Gozo Channel mingħand il-Gvern għall-Public Service Obligation Agreement li għandha mal-Gvern? Il-kumpanija x’inhi obbligata tagħmel skont dan il-ftehim? Il-kumpanija qed twettaq dak kollu mistenni minnha skont dan il-ftehim?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ l-ammonti li tħalset il-kumpanija Gozo Channel mill-Gvern mill-2008 sal-lum.
Ta min jinnota l-ammonti miżeri li bdiet titħallas il-kumpanija mill-1 ta’ Ottubru 2011 il-quddiem u cioe minn meta ġie rivedut il-Public Service Obligation Agreement taħt amministrazzjoni preċidenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitwaħħal lura r-railing fix-Xlendi li jagħti għal fuq il-Kantra u li parti minnu kien inqala’ f’inċident li fih trakk kien spiċċa fil-wied? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan il-perikolu li jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament jitneħħa immedjatament issa li dan l-inċident seħħ xhur ilu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.