Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23403 u jgħid kemm kellha metri kwadri ta' art f' idejha l-Wastserv u/jew il-Ministeru tiegħu fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex qabel parti sostanzjali minn din l-art ġiet mgħoddija lill-Enemalta kif ikkonferma l-Ministru stess fi tweġiba fil-Parlament? Jista' jgħid illum kemm fadlilha metri kwadri ta' art f'idejha l-istess Wasteserv u/jew il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Wasteserv biex inbena ġibjun fuq dan is-sit li jesa' 4,000 metru kubu ta' ilma? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża biex fis-sit tħawlu madwar 23,000 siġra u arbuxxell? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża biex fl-aħħar tliet snin intużaw kważi tmien miljun litru ilma biex jissaqqew dawn is-siġar u arbuxxelli?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadda biss id-dritt tal-użu tal-art u mhux it-titlu tal-art lill-Enemalta, liema dritt ma ġie eżerċitat fl-ebda mod tant li deċiżjoni aħħarija dwar l-użu tas-sit għad trid tittieħed mill-Gvern innifsu. Skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Wasteserv il-ġibjun sewa €302,435.57 (VAT inkluż) u ġie parzjalment kofinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni 2007-2013. Dwar l-ispiża fuq l-ilma jien infurmat li sakemm tlestew ix-xogħlijiet f’Awwissu 2014 l-kuntrattur kien responsabbli mhux biss għax-xogħol preparatorju u tħawwil imma anke sabiex imantni s-siġar u l-arbuxelli. Sa din id-data għal dan ix-xogħol kollu l-kuntrattur tħallas €255,722.43 (VAT inkluż), kollha parzjalment kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni 2007-2013. Skont il-kuntratt, hekk kif tlestew x-xogħlijiet f’Awwissu 2014, il-kuntrattur għandu perjodu ta’ tlett snin ta’ manutenzjoni fejn hu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż relatati biex jinżammu s-siġar u l-arbuxelli inkluż it-tisqija kollha li tkun meħtiega. Skont it-termini tal-kuntratt, il-kuntrattur għandu jitħallas €40,992.92 kull 6 xhur biex jissaqqew is-siġar u arbuxelli b’mod regolari, u biex isir xogħol ieħor ta’ manutenzjoni fuqhom skont ma jkun hemm bżonn. Kemm ilu li beda dan il-perjodu ta’ manutenzjoni, il-kuntrattur s’issa tħallas €81,985.84 (VAT inkluż) fuq dawn ix-xogħlijiet imsemmija.
Leg 12 PQ #23780 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23773 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq minn San Lawrenz għad-Dwejra — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Triq li tagħti minn San Lawrenz għad-Dwejra għadha b'kisja waħda ta' tarmak? Jista’ jgħid jekk jistgħux isiru crash barriers f'din l-istess triq speċjalment f'ċertu postijiet fejn hemm periklu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi fl-2011 ma kienx ngħata il-wearing course minnħabba raġunijiet finanzjarji. Is-sitwazzjoni tal-crash barriers qed tiġi evalwata biex dawn isiru b’mod estetiku tajjeb għall-post.
Leg 12 PQ #23774 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq San Lawrenz u Triq id-Duluri - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq San Lawrenz f'San Lawrenz? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li tinqala u tinbena mill-ġdid Triq id-Duluri f'San Lawrenz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq il-wiċċ ser jitkompla hekk kif jitlesta x-xogħol fuq is- servizzi. Is-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fi Triq id-Duluri qiegħda tiġi mħejjija.
Leg 12 PQ #23775 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Management Board tad-Dwejra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Management Board tad-Dwejra f'Għawdex fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadux jiffunzjona? Jekk għadu jiffunzjona, min huma l-membri ta' dan il-Bord u meta l-aħħar li ltaqa'?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23776 Sitting 366 2016-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni minn Għawdex maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista jgħid f'liema Bord huma maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23427, jista' l-Ministru jgħid fiex intefqu l-madwar miljun u nofs ewro mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropea fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol u kif intgħażel kif ukoll meta beda x-xogħol b'dawn il-fondi u meta spiċċa? Jista' jgħid liema xogħlijiet jonqos isir biex tkompli tiġi rranġata ż-Żona Industrijali tax-Xewkija u li se jkunu finanzjati minn fondi pubbliċi? Min se jagħmel dawn ix-xogħlijiet u kif intgħażel? Meta mistenni jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li se tkun lesta din iż-żona?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23733 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board – Gozo marathon – tellieqa tal-Mountain Bikes

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gozo Sports Board ma tax għajnuna - biex fil-Gozo Marathom ta’ din is-sena li ser issir fl-aħħar Ħadd ta' April issir ukoll it-tellieqa tal-Mountain Bikes kif sar fl-aħħar snin? Jista' jara li din l-għajnuna tingħata biex dan l-avveniment sportiv ikun jista’ jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal sena oħra l-Gozo Sports Board ser ikun wieħed mill-isponsors ewlenin fil-Gozo Half Marathon u saħansitra żied l-għajnuna. Wieħed irid jinnota lli l-attivita’ tal-Mountain Bikes hija organizzata mill-Gozo Half Marathon Club, li jiddeċiedi jekk issirx din l-attivita’. Il-Gozo Sports Board minn naħa tiegħu qed jagħmel dak kollu possibli sabiex il-Gozo Half Marathon Club idaħħal din l-attivita’ fil-programm tiegħu.
Leg 12 PQ #23734 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet ta’ restawr

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18676, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa r-restawr ta' dawn li ġejjin u f'kull każ min tħallas għal dan ix-xogħol kif ukoll ix-xogħol ingħatax b'direct order, b'tender jew wara kwotazzjonijiet: - Restawr tal-monument ta' Ninu Cremona fir-Rabat, Għawdex; - Restawr tal-istatwa ta' Sant' Indrija fix-Xlendi; - Restawr u riabilitazzjoni tal-faċċata tal-Ministeru għal Għawdex; - Restawr tal-funtana Three Hills; - Restawr tal-Kappella taċ-Ċimiterju tar-Rabat, Għawdex; - Restawr tan-niċċa ta' San Alwiġi fl-Għarb; - Restawr tal-Banca Giuratale; u - Tisħiħ u konsolidazzjoni ta' fdalijiet fiċ-Ċittadella?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23735 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Restawr fuq proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-proġetti indikati, min ser jagħmel dan ix-xogħol, kif intgħażel min se jagħmel dan ix-xogħol u kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti: - restawr taċ-Ċimiterju tal-Pesta fix-Xagħra; - restawr tan-niċċa fi Triq is-Sellum fix-Xagħra; u - restawr tal-istatwa ta' San Pawl f'Marsalforn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-tliet proġetti msemmija huma nklużi f’lista ta’ talbiet għal xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni li għadhom qegħdin jiġu evalwati u prijoritizzati.
Leg 12 PQ #23426 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Triq li tagħti mix-Xewkija għar-Rabat – żbroff ta’ drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar il-Ġimgħa 19 ta' Frar żbroffa ammont kbir ta' drenaġġ fi triq prinċipali f'Għawdex, ċjoè fit-triq li tagħti mix-Xewkija għar-Rabat ftit ‘il bogħod mill-Gozo Stadium? X'qed isir biex jiġi assigurat li din il-ħaġa ma terġax tiġri biex jiġi evitat mard u problemi li kull min kellu jidħol ir-Rabat min-naħa tal-Imġarr kellu jgħaddi minn ġo drenaġġ f'dik il-ġurnata partikulari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-fawran ta’ drenaġġ seħħ minn tappiera f’tarf tat-Triq Pitkalija fix-Xewkija, wara li sar tbattil sostanzjali ta’ materjal iġġenerat minn irziezet tal-baqar. Dan it-tbattil sar permezz ta’ bowser fid-discharge point li hemm fil-qrib. Ħaddiema tal-Korporazzjoni flimkien ma’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu flimkien sabiex tnaddfet it-triq kif ukoll ġie mnaddaf is-sadd fil-katusi tad-drenaġġ.

Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23210, jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-miljun u nofs ewro fondi tal-Unjoni Ewropea mill-proġett Operattiv 1 għall-perjodu 2007-2013 fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol f'din iż-Żona Industrijali għadu mhux lest minkejja li l-programm 2007-2013 issa huwa magħluq? X'xogħol fadal isir f'din iż-żona u meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol? Kemm se jkunu qed jinħarġu fondi nazzjonali għal dan il-proġett biex tiġi rranġata ż-Żona Industrijali tax-Xewkija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond ta’ madwar €1.5 miljun allokat ħames snin ilu mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropeja għall-perjodu 2007-2013 biex jiġi investit għall-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija ġie utilizzat u x-xogħolijiet huma lesti. Dalwaqt ser jibda x-xogħol biex tkompli tiġi rrangata z-Zona Industrijali tax-Xewkija'.Dawn ix-xogħolijiet ser ikunu finanzjati minn fondi publiċi.
Leg 12 PQ #23405 Sitting 361 2016-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħiet għall-ingaġġ ta’ skrivani, executive officers u principals

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinħarġu sejħiet għall-iskrivani, executive officers u principals maċ-Ċivil? Meta l-aħħar li nħarġu dawn is-sejħiet u kemm kienu ġew ingaġġati f'kull grad?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-sejħiet għall-iskrivani, uffiċjali eżekuttivi u uffiċjali prinċipali jinħarġu skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku. L-aħħar sejħiet inħarġu fid-9 ta’ Novembru, 2012. Annessa tinsab tabella li tindika d-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant: Kemm ġew ingaġġati f’dawn il-gradi GradNumruRimarki Uffiċjal Prinċipali237 Uffiċjal E¿ekuttiv557minn dawn 18 ħadu l-ħatra ta’ Uffiċjal Prinċipali Skrivan108minn dawn 2 ħadu l-ħatra ta’ Uffiċjal Prinċipali
Leg 12 PQ #23390 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li l-Gozo Channel tat matul is-sena 2015 u f’Jannar 2016, u kemm kien il-valur tagħhom? Jista’ f’kull każ jgħid x’inxtara jew x’servizz ingħata, mingħand minn u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista relattiva hija hawn annessa u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23391 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti u inizjattivi li saru minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti u inizjattivi li saru f’Għawdex li kienu ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-programm ta’ finanzjament 2007-2013? Jista’ jgħid meta ġew approvati l-fondi Ewropej għal dawn il-proġetti jew inizjattivi, meta nbdew dawn il-proġetti jew inizjattivi u meta spiċċaw? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kien l-ammont approvat inizjalment ta’ fondi Ewropej għal kull proġett u inizjattiva u kemm fil-fatt ġew intużati fondi Ewropej meta għalaq il-perjodu ta’ finanzjament imsemmi fl-aħħar tal-2015?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #23401 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Kummissarju tal-Artijiet għadda lill-Enemalta l-art fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin? Jista' jgħid b’liema kundizzjonijiet għaddiet din l-art u jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23402 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għawdex – Art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha metri kwadri ta' art f' idejha l-Wastserv u/jew il-Ministeru tiegħu fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex qabel parti sostanzjali minn din l-art ġiet mgħoddija lill-Enemalta kif ikkonferma l-Ministru stess fi tweġiba fil-Parlament? Jista' jgħid illum kemm fadlilha metri kwadri ta' art f'idejha l-istess Wasteserv u/jew il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Wasteserv biex inbena ġibjun fuq dan is-sit li jesa' 4,000 metru kubu ta' ilma? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża biex fis-sit tħawlu madwar 23,000 siġra u arbuxxell? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża biex fl-aħħar tliet snin intużaw kważi tmien miljun litru ilma biex jissaqqew dawn is-siġar u arbuxxelli?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata mill-aktar fiss possibbli.
Leg 12 PQ #23404 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ Skola Primarja ġdida

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 23199, jista’ l-Ministru jgħid il-fatt li l-iskola ġdida li qed jippjana għar-Rabat Għawdex se tkun tesa' nofs il-popolazzjoni tat-tfal kollha li preżentament jattendu fi 11-il skola primarja li hemm mifruxa ma’ Għawdex kollu, ifissirx li qed jsir pjan biex uħud minn dawn l-iskejjel primarji jingħalqu u t-tfal ta' dawn l-irħula jibdew imorru f'din l-iskola ġdida? Jekk le, għaliex allura l-iskola ser tkun tesa' 600 student?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ma hemmx il-ħsieb li jingħalqu xi skejjel ġo Għawdex. Din l-iskola ġiet imfassla biex tesa’ dan in-numru ta’ studenti peress li qed ikollna domanda kbira min-naħa tal-ġenituri biex jibgħatu l-istudenti Victoria minħabba raġunijiet ta’ xogħol. Ma nixtiqux inkomplu niddiżappuntaw ġenituri li jridu jibgħatu lil uliedhom l-iskola primarja tar-Rabat Għawdex.

Għawdex — Għassa tal-Pulizija fiż-Żebbuġ – ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2015, kemm-il siegħa kienet miftuħa l-għassa taż-Żebbuġ, Għawdex? Jista’ jispjega għaliex din l-għassa hija kważi dejjem magħluqa meta hija waħda mill-għases li ġiet rinovata fl-aħħar snin? Ma jaħsibx li fiż-Żebbuġ hemm bżonn il-preżenza tal-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi matul is-sena 2015 l-għassa taz-Zebbuġ, Għawdex ġiet miftuħa total ta’ elfejn, tnejn u disgħin (2092) siegħa. Din l-għassa ma tinfetaħx kuljum il-għaliex tinfetaħ skond il-bzonn u l-esiġenzi tas-servizz.