Għawdex – Persuni li ttellgħu l-Qorti minħabba ksur tal-Litter Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm tellgħu nies il-Qorti l-pulizija f'Għawdex għax kisru xi dispożizzjoni tal-Litter Act matul is-snin 2014, 2015 u 2016 sal-lum, sena b' sena? F’liema lokalitajiet inqabdu dawn il-każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ttellgħu il-Qorti mill-Pulizija f'Għawdex jew inħarġilhom ticket għax kisru xi dispożizzjoni tal-Litter Act mis sena 2014 sal-lum, kien kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll il-lokalitajiet fejn ġraw l-inċidenti relatati.
Għawdex — Persuni li ttellgħu l-Qorti minħabba li servew alkoħol lill-persuni taħt l-età
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm il-pulizija f'Għawdex qabdu każijiet fejn kien qed jiġi servut jew jinbiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età matul is-snin 2014, 2015 u 2016 sal-lum, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każijiet spiċċaw il-Qorti? Kemm-il sid ta' stabbiliment f'Għawdex f'dawn is-snin spiċċa l-Qorti għaliex serva jew biegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2014 sal-lum, ma kien hemm ebda każ fejn xi sid ta’ xi stabiliment inqabad isservi jew ibiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età mill-Pulizija ġewwa Għawdex u għaldaqstant ma kienx hemm każijiet li spiċċaw il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm pulizija stazzjonati f'Għawdex u kemm minn dawn applikaw biex jagħmlu xogħol ta' “extra duties”? Jista' jikkonferma li dawk il-pulizija li ma applikawx formalment u kif mitlub mir-regolamenti tal-Korp, mhux qed jingħataw “extra duties” u li għalih jitħallsu extra? Jista' jgħid kemm hemm pulizija Għawdxin li huma stazzjonati f'Malta u li applikaw biex jagħmlu xogħol ta' “extra duties” f'Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li f’Ghawdex bil-fizzjali b’kollox hemm stazzjonati mija u tnejn u għoxrin (122) uffiċjal. Minn dawn applikaw sebgha u għoxrin (27) uffiċjal sabiex jagħmlu l-extra duty, li ħdax (11) minnhom m’għadhomx jagħmlu extra duty għal raġunijiet personali. Minħabba l-esiġenzi tas-Servizz peress li jkun hemm diversi drabi fejn id-domanda ta’ Pulizija li jkunu meħtieġa jagħmlu extra duty tkun iktar minn dawk reġistrati, il-fizzjali ġewwa Għawdex jitolbu lill-uffiċjali Għawdxin stazzjonati kemm Għawdex kif ukoll Malta, biex volontarjament jagħmlu l-extra meħtieġa u jitħallsu extra wkoll. Ikun hemm xi drabi fejn extra duty ssir min uffiċjali f’Għawdex waqt ix-xogħol normali tagħhom u dħul minnha jmur revenue. Bħalissa hemm sebgħa (7) pulizija stazzjonati Malta reġistrati b’indirizz t’Għawdex, li wkoll huma reġistrati li jagħmlu extra duty kemm Malta kif ukoll Għawdex.
Sptar Ġenerali t’Għawdex u s-Settur tas-Saħħa – ħaddiema impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema impjegati tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fis-settur tas-saħħa f'Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fis-settur tas-saħħa f'Għawdex u f’liema gradi huma dawn il-ħaddiema tal-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-prezent hemm 797 impjegat mal-gvern li joffri s-servizz tieghu gewwa d-dipartimenti tas-sahha fil-gzira Ghawdxija.Minn dawn l-impjegati, 29 minnhom jahdmu gewwa c-Centru tas-Sahha f’Ghawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 23401 u jgħid meta l-Kummissarju tal-Artijiet għadda l-art fix-Xagħra, Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin, lill-Enemalta? Jista' jgħid b’liema kundizzjonijiet għaddiet din l-art u jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Enemalta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-Korporazzjoni Enemalta b’ seħħ mill-25 t’Awwisu 2014, daħlu fi ftehim għal-ħamsa u għoxrin sena, biex il-kumpanija tu¿a l-arja ’l fuq minn ħames metri (5m) minn wiċċ l-imsemmija art, bil-kundizzjonijiet kif imni¿¿la fi skrittura privata transunta fl-Atti tan Nutar Keith German tal-25 t’Awwissu 2014. Estrat ta’ dan il-ftehim qed jiġi hawn anness:
Land in Xaghra Gozo in the limits of ‘ Il-Qortin t’Ghajn Damma’, measuring approximately twenty two thousand nine hundred twenty eight square metres (22,928 sm), bounded on all sides by property of Government of Malta, as shown bordered in red on Plan Property Drawing Number two thousand and fourteen underscore five hundred thirty one (P.D. No, 2014_2015). Herby being attached to this Agreement and marked as Document ‘E’. The fee attributed for this site amounts to eleven thousand four hundred sixty four Euros (€11,464) per annum.
L-msemmi dokument qed jitpoġġa fuq l-Medja tal-Kamra.
Għawdex – Mużew tan-Natura fiċ-Ċittadella u Mitħna tax-Xagħra – musuem officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġimgħat fil-Mużew tan-Natura fiċ-Ċittadella f’Għawdex u fil-Mitħna tax-Xagħra tneħħa l-Musuem Officer u issa f’dawn iż-żewġ mużewijiet qed ikun hemm biss Security fil-bieb? Min ħa din id-deċiżjoni u għaliex ittieħdet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din il-miżura kienet meħtieġa minhabba ċirkostanzi barra mill-kontroll ta’ Heritage Malta. Is-security qed ikunu imħarrġa sewwa fid-dmirijiet tagħhom.
Id-deċiżjoni ttieħdet mis-senior management tal-aġenżija.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li sar mal-kumpanija privata li ser tieħu f’idejha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti msemmija, b’eċċezzjoni ta’ dettalji kummerċjalment sensittivi, se jkunu ppubblikati sal-aħħar tas-sena.
Privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim mal-unions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi ffirmat ftehim mal-Unions dwar il-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech? Jista’ jgħid jekk ġiex iffirmat xi ftehim ma' xi Union? Jekk iva ma’ liema Union jew Unions? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le meta hu mistenni li jiġi konkluż dan il-ftehim? Ser isir ftehim wieħed separat ma’ kull Union jew ftehim wieħed mal-Unions kollha?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-kirja li qed iħallas il-Ministeru tiegħu għal dik li kienet id-Dar ta' San Ġużepp fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex? Jista' jgħid għal kemm snin hija l-kirja u minn meta bdiet titħallas il-kera? Kemm tħallset kera sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minnħabba li hija ta’ natura sensittiva.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23257 u jgħid kemm kienu l-ħaddiema li bdew jaħdmu mas-settur pubbliku f'Għawdex fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? F'liema grad u f'liema dipartiment ġew ingaġġati? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Għawdxin trasferiti minn Malta għal Għawdex fis-settur pubbliku f'kull waħda mis-snin indikati hawn fuq u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex fil-perjodu indikat mill-Onor Interpellant kien ta’ 214 : 97 fl-2013, 85 fl-2015, 24 fl-2015 u 8 fl-ewwel erba xhur tal-2016.
B’kuntrast fl-aħħar legislatura kollha n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kien ta’ 120.
Dan ifisser li fl-ewwel tlett snin biss tal-amministrazzjoni pre¿enti n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kien 44% ikar mill-aħħar legi¿latura sħiħa tal-amministrazzjoni preċedenti.
Hija priorita’ ta’ din l-amministrazzjoni li kemm jista’ jkun, ħaddiema Għawdxin jibqgħu jaħdmu f’Għawdex stess.
Għal dan il-għan din l-amministrazzjoni għandha programm sħiħ ta’ ħolqien ta’ impjiegi, anke fi ħdanha stess, kif jikkonfermaw dawn il-figuri.
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Ministeru kkonċernat għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu.
In vista tar-risposta tal-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 24108, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Management Board tad-Dwejra f'Għawdex fi ħdan dik li kienet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadux jiffunzjona? Jekk għadu jiffunzjona, min huma l-membri ta' dan il-Bord u meta l-aħħar li ltaqa'?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-Management Board tad-Dwejra f’Għawdex mwaqqaf mill-MEPA iltaqa’ l-aħħar fl-2012. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorità ta’ l-Ambjent u r-Rizorsi, għadha ma ħatritx Bord ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid matul x-xhur ta' Marzu u April kemm-il darba ssaqqew l-eluf ta' siġar u arbuxxelli li tħawlu fl-aħħar snin fis-sit fejn kien hemm il-Miżbla tal-Qorti fix-Xagħra? Jista' jgħid għaliex ħafna minn dawn is-siġar jidhru li mietu minħabba nuqqas ta' ilma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-kwantitajiet ta’ ilma li ntużaw s’issa din is-sena biex jissaqqew is-siġar li hemm il-Qortin huma kif ġej:-
Jannar 2016 - 90,000lts
Frar 2016 - 90,000lts
Marzu 2016 - 240,000lts
April 2016 - 240,000lts
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet ritratti li ttieħdu nhar il-Ħamis 28 ta’ April, waqt inspezzjoni li saret, li juru l-kundizzjoni preżenti tas-siġar u arbuxxelli fil-Qortin. Ninsab infurmat ukoll li ġie kkonfermat li dawn qegħdin f’kundizzjoni tajba. Jekk hemm xi siġar li preżentament jidhru mejtin, ir-raġuni ta’ dan hija li hemm speċi, magħrufa bħala
Medicago arborea
, li hija “Summer deciduous”, jiġifieri li tkun “dormant” u allura ma tħaddarx f’perjodi li waqthom tkun esposta għal temperaturi għoljin bħal ma qed nesperjenzaw bħalissa. Din mhijiex konsegwenza ta’ nuqqas ta’ ilma u dawn is-siġar m’għandhomx jiġu meqjusa bħala mejtin. Dan huwa proċess naturali u ladarba jerġa’ jibda jiksaħ it-temp, din terġa’ tibda tħaddar.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm is-siġar u arbuxxelli li hemm il-Qortin jiġu esposti kuljum għall-klima ħarxa ħafna, it-telf ta’ siġar dejjem kien minimu ħafna u nikkonfermaw li r-rata ta’ suċċess tas-siġar fil-Qortin hija waħda ta’ 95%.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23734 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18676, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa r-restawr ta' dawn li ġejjin u f'kull każ min tħallas għal dan ix-xogħol kif ukoll ix-xogħol ingħatax b'direct order, b'tender jew wara kwotazzjonijiet:
- Restawr tal-monument ta' Ninu Cremona fir-Rabat, Għawdex;
- Restawr tal-istatwa ta' Sant' Indrija fix-Xlendi;
- Restawr u riabilitazzjoni tal-faċċata tal-Ministeru għal Għawdex;
- Restawr tal-funtana Three Hills;
- Restawr tal-Kappella taċ-Ċimiterju tar-Rabat, Għawdex;
- Restawr tan-niċċa ta' San Alwiġi fl-Għarb;
- Restawr tal-Banca Giuratale; u
- Tisħiħ u konsolidazzjoni ta' fdalijiet fiċ-Ċittadella?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23780 u 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni minn Għawdex maħtura
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23776 u jgħid min huma l-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista jgħid f'liema Bord huma maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Main ġdid tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien stmat li jiswa b'kollox ix-xogħol biex jiġi mgħoddi main ġdid minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa’ Ta’ Ċenċ fis-Sannat? Jista' jgħid kemm fil-fatt sewa dan ix-xogħol b’kollox, inkluż ir-resurfacing tat-toroq minn fejn għadda dan il-main? Ix-xogħol huwa lest kollu jew fadal xi jsir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol imsemmi oriġinarjament kien stmat li ser jiswa 6.17 miljun Ewro.
It-tqegħid tal-mejnijiet u servizzi tal-ilma huma lesti u bdew jintużaw f’Settembru 2015. Għadhom għaddejjin xi xogħlijiet fil-lokalitajiet tal-Qala u s-Sannat, u xi tarmac fix-Xewkija.
Każijiet quddiem id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA? Tista’ tgħid kull każ dwar xiex jitratta, meta ġie intavolat u fiex wasal? Tista’ tgħid fl-aħħar sena kemm ġew deċiżi każijiet mid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 8288 fl-2014 fejn ġie indikat li kien hemm 36 każ pendenti sa l-aħħar tal-2013. Illum il-każijiet pendenti nieżlu għal 18 il-każ.
Is-sena ta’ meta il-każijiet pendenti ġew intavolati huwa kif ġej:
SenaNumru ta’ każijiet
20082
20101
20112
20122
20131
20144
20153
20163
Dawn jikkomprendu:
· Sitt każijiet fis-suq tal-kommunikazzjoni
· Erba’ każijiet fis-suq tal-energija
· Tnejn fis-suq tad-divertiment
· Wieħed fis-suq tal-assigurazzjoni
· Wieħed fis-suq tat-transport
· Wieħed fis-suq tal-propjeta
· Wiehed fis-suq tal-uniformijiet tal-iskejjel
· Wieħed fis-suq tal-logħob ta’ l-azzard
· Wieħed fis-suq tax-xorb
L-Uffiċċju ma jistax jagħti informazzjoni waqt li l-investigazzjoni tkun ghadha għaddejja.
F’dawn l-aħħar tnax il-xahar, l-Uffiċċju għalaq 15 il-każ taħt il-liġi tal-Kompetizzjoni. Ma’ dawn eżamina u approva għaxar konċentrazzjonijiet taħt ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrażżjonijiet.
Għawdex — Żona Industrijali Xewkija – Childcare Centre
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel infetaħ iċ-Childcare Centre li jinsab fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija u li ġie inawgurat minnu stess u diġà beda jilqa’ tfal żgħar fih, sarux studji biex jiġi assigurat li saħħet it-tfal hija mħarsa mill-ispray u minn xogħol ieħor li jsir fil-garages industrijali li qegħdin eżatt mad-dawra tal-istess Childcare Centre? Jekk saru studji, minn min saru u jekk jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirriferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim mal-unions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mal-Unions dwar l-għoti tal-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Karen Grech ġiex iffirmat kif kien qal li ser isir aktar minn tliet xhur ilu? Jekk ġie ffirmat, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma ġiex iffirmat jista’ jagħti r-raġuni għaliex, peress li tliet xhur ilu qal li kien hemm qbil fuq kollox mal-Unions kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24683.
Gozo Channel – inkjesta interna jew investigazzjoni dwar tenders
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24684 u r-risposta tiegħu li ma jridx jippubblika r-rapporti ta' inkjesti li saru mill-kumpanija Gozo Channel, jista’ l-Ministru jgħid tal-anqas kemm saru inkjesti interni jew investigazzjonijiet u x' kienet il-materja li dwarha saret l-inkjesta interna jew investigazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandix aktar x’inżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24686.