Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex nominati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25528 u jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex (persuni li l-Karta tal-Identità tagħhom hija b'indirizz f'Għawdex) li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sur Ian Muscat inħatar membru tas-Sanctions Monitoring Board fis-17 ta' Jannar 2014.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li sar fejn qabel kien hemm il-landfill tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex hux qed jintuża? Jista' jgħid kemm ittieħed ilma minn dan il-ġibjun għat-tisqija tas-siġar li hemm fuq dan is-sit? Jista' jgħid għaliex il-post fejn kien isir is-sorting mill-Wasteserv fil-Qortin fix-Xagħra għadu ma tnaddafx u l-istrutturi ma tneħħewx issa li dan ix-xogħol ma għadux isir hemm iżda qed isir f'Tal-Kus fix-Xewkija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ġibjun li nbena l-Qortin jimtela bl-ilma tax-xita li jinġabar minn fuq il-Qortin. Fix-xhur wara li dan il-ġibjun kien lest, ammonti negliġibbli ta’ xita ħallew dan il-ġibjun vojt, bħal ma ġara f’kull ġibjun f’Malta u f’Għawdex. Għaldaqstant it-tisqija baqgħet issir minħabba l-fatt li l-Wasteserv għandha kuntratti ta’ manutenzjoni u tisqija għal dan is-sit li jibqgħu sejrin sa Awwissu tas-sena 2017, dan sabiex jiġi assigurat li s-siġar li ġew miżrugħa jieħdu fil-post ġdid.
Fir-rigward il-post fejn kien isir is-
sorting
tal-borża l-griża jew ħadra, dan ġie mnaddaf u m’għadux jintuża għal dan il-għan. L-istrutturi li għad baqa’ huma blokkok tal-konkos li qed jinżammu maħżuna fuq il-post biex jerġgħu jiġu utilizzati fejn ikun hemm bżonnhom.
Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex f’Għawdex jinbena post fejn ikunu jistgħu jinħadmu l-karrijiet tal-karnival? Jekk iva fejn u fiex waslu dawn il-pjanijiet? Jista’ jikkonferma jekk saritx applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan? Jekk iva meta saret din l-applikazzjoni u taħt liema sejħa saret?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li qed nesploraw il-possibilitia’ li jiġi allokat post għal tali ħidma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibdula l-pjanti tal-binja tal-Qorti l-ġdid f’Għawdex? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar pjanta ta' kif inhu maħsub li se tiġi din il-binja? Jista' jgħid kemm hu maħsub li ser jiġi jiswa dan il-proġett u meta hu mistenni li jinbeda l-bini tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Oneroveli interpellant li l-informazzjoni dwar il-pjanti hija informazzjoni pubblika u tinsab għand l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Dwar kemm ser jiġi jiswa il-proġett u meta ser jinbeda il-bini, dan jiddependi mill-eżitu ta’ l-applikazzjoni PA 3790/08, li bħalissa qedgħa tiġi evalwata mill-Awtorita’ ta l-Ippjanar. Inolte, infakkar lill-Onorevoli li kien hemm anke konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett.
Ministeru għal Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għajnsielem – Triq l-Imġarr – Dar San Ġużepp – binja storika
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-binja storika li kienet tifforma parti minn Dar San Ġużepp fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem inżammet biss il-faċċata u l-kumplament twaqqa' kollu? Ma jaħsibx il-Ministru li din il-parti tal-binja, li kellha valur arkitettoniku u storiku kellha tinżamm u tiġi addattata fil-binja l-ġdida?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-faċċata msemmija u kif ukoll il-bitħa u kmamar tal-ground floor baqgħu mhux mittiefsa skont il-pjanti approvati. Inoltre, ninforma lill-istess Onorevoli Interpellant, illi il-partijiet tal-bini demoliti huma in linea mal-pjanti approvati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista' jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ tender u liema b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex u tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn biex Triq il-Qbajjar tiġi one way fix-xhur tas-Sajf hijiex ser tintlaqa’? Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex għadhom ma ngħatawx risposta għat-talba tagħhom meta skont l-istess talba din għandha tiġi one way b’effett mill-1 ta’ Ġunju? Jekk mhux ser tiġi milqugħa, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex u kif beħsiebu jikkontrolla l-konġestjoni li tinħoloq kuljum f’partijiet minn din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba qed tiġi evalwata minn Transport Malta.
Port tal-Imġarr Għawdex – xogħlijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qed isiru fuq il-vapuri tal-Gozo Channel fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex minflok fit-tarzna? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li ser idumu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet? Jaf il-Ministru li dawn ix-xogħlijiet qed jikkawżaw ħafna storbju kultant insapportabbli ġewwa l-Port tal-Imġarr u qed ikunu ta’ inkonvenjent għal ħafna inkluż restaurants li hemm fiż-żona? Jaħseb il-Ministru li dan huwa l-aħjar mod kif jiġu milqugħa dawk li jżuru Għawdex billi kif jaslu jsibu dak l-istorbju tax-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fuq il-vapuri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li qegħdin naħdmu bħal ma dejjem sar s’issa minn kemm ilha li twaqfet il-Kumpanija Gozo Channel Co Ltd.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Helicopter bejn Malta u Għawdex – ajruplan fixed wing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex ikun hemm servizz bejn Malta u Għawdex b'ajruplan fixed wing jew b' helicopter? Meta hu mistenni jibda dan is-servizz u minn min se jkun operat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament, il-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ Transport Malta, qed jiffoka fuq il-possibilita’ jew le ta’ mina bejn il-gzejjer ta’ Malta u Għawdex, u anke l-possibillta’ ta’ fast ferry bejn l-Imġarr, Għawdex u ż-żona tal-Port il-Kbir, sabiex nikkumbattu l-inaċċessibilita’ fiżika li Għawdex wiret mingħand amministrazzjoni preċedenti. L-istess Ministeru flimkien ma’ Malta Enterprise qiegħed ukoll jiffoka fuq il-possibilita’ li jitqiegħed ukoll fibre optic alternattiv ġdid bejn il-gżejjer sabiex nikkumbattu l-inaċċessibilita’ diġitali li Għawdex wiret ukoll mingħand amministrazzjoni preċedenti. Għaldaqstant, ma hemm ebda aġġornament fir-rigward ta’ servizz ta’ ajruplan jew helicopter bejn l-istess gzejjer.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jassigura li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun hemm ambulanzi adegwati u dan peress li jidher li hemm il-problemi f’numru ta’ ambulanzi u qed ikun hemm sitwazzjonijiet fejn mhux qed ikun hemm ambulanzi biżżejjed? Jista’ jikkonferma jekk l-ambulanzi li qed jintużaw huma mgħammra bl-apparat kollu rikjest ? Jista’ jikkonferma jekk kenitx se ssir sejħa biex jinxtraw żewġ ambulanzi ġodda u din twaqqfet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ l-ambulanzi gewwa Ghawdex qieghed jinghata b'mod adekwat minn minimu ta' 4 ambulanzi. F'kaz ta' htiega aktar mill-ordinarju hemm arrangament ghall-kiri ta' vetturi ohra.
Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x’inhi l-kompetenza ta’ kull Direttur Ġenerali, Direttur u Assistent Direttur u min qed jokkupa dawn il-karigi fil-preżent? Jista’ jgħid kull Direttur Ġenerali u kull Direttur kemm għandu impjegati taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu nies impjegati fis-Segretarjat Privat tiegħu? Kemm minn dawn huma impjegati taċ-Ċivil u kemm minnhom ġew impjegati minn barra ċ-Ċivil? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol ta’ kull persuna fis-Segretarjat tiegħu? Jista’ jgħid minbarra l-impjegati fis-Segretarjat, kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu preżentament u x’inhu r-rwol ta’ kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 11387, filwaqt li l-rwol tal-impjegati tas-segretarjat tal-Ministeru huwa l-istess rwol li kellhom il-membri preċedenti fis-segretarjat tal-Ministeru ta’ qabli u bħal kull Ministeru ieħor.
Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex nominati
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (VELLA, GEORGE)
Waqt li m’għandi l-ebda problema nagħti l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant, ma narax għalfejn għandhom isiru distinzjonijiet bejn l-Għawdxin u l-Maltin. Bl-istess raġunar jistgħu isiru Mistoqsijiet dwar min huma dawk il-persuni miż-Żejtun, miż-Żurrieq, minn Marsaskala u mill-kumplament tat-68 lokalita’ f’Malta u Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern.
Hemm ukoll diffikulta’ dwar x’qed jifhem l-Onor. Interpellant meta jgħid persuni minn Għawdex. Qed jirreferi biss għal impjegati li twieldu u għadhom joqogħdu Għawdex jew qed jinkludi wkoll dawk li twieldu Għawdex imma llum joqogħdu Malta? Qed jinkludi persuni li twieldu Malta imma llum huma residenti Għawdex jew Maltin li għandhom indirizz f’Għawdex fuq il-Karta tal-Identita’ tagħhom għalkemm normalment jgħixu Malta?
Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex nominati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (GRECH, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda persuna minn Għawdex li ġiet hekk nominata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ suldati Għawdxin li ntbagħtu jaħdmu Malta wara li kienu diġà qed jaħdmu f'Għawdex? Meta ntbagħtu jaħdmu Malta u meta se jerġgħu jsibu posthom fis-sezzjoni tal-AFM f'Għawdex? Jista' jgħid jekk hux se jkompli bil-policy li s-suldati Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex kull tant żmien u b'rotazzjoni jintbagħtu jaħdmu f'Malta? Għaliex qed tiġi applikata din il-policy u minn meta bdiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ħames Għawdxin f’Mejju tas-sena 2015 inġiebu jaħdmu Malta sabiex jimtlew nuqqasijiet ta’ ċertu ħiliet/snajja li kien hemm fl-Iskwadra Marittima sabiex jiġu operati ċertu laneċ u dan wara li ma kienx sar pjanar għalihom fl-aħħar amministrazzjoni. In-nies b’ċertu ħiliet b¿onnjuzi li nġiebu minn Għawdex għal Malta kienu intgħażlu speċifikament u mingħajr għazla fl-2011 meta inħolqot skawdra zgħira Marittima ġewwa Għawdex. Dawn l-istess nies ser iservu għal perjodu ġewwa Malta u wara jiġu mibdula ma’ nies b’ħiliet simili li bħalissa qed joperaw ġewwa Għawdex.