Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn friża li hemm fil-Cold Stores fix-Xewkija ilha xhur ma taħdimx? X'qed isir biex din tibda titħaddem fl-iqsar żmien possibbli u s-servizz li jingħata, speċjalment lis-sajjieda, ikun wieħed adegwat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-friża tinsab wieqfa minħabba ħsarat intensivi li ġarbu ż-żewġ kumpressuri. Dawn il-kumpressuri bħalissa jinsabu għat-tiswija iżda għadna qed nistennew xi parts li ġew ordnati, jaslu Malta. Appena jaslu l-parts tkun tista’ issir it-tiswija fuq il-kumpressuri u fil-ġimgħat li ġejjin din il-friża mistennija terġa tibda taħdem. Sa kemm tissewwa din il-friża qed ngħamlu użu minn friża oħra li normalment ma tintużax mis-sajjieda.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema skejjel f'Għawdex se tinżamm SkolaSajf matul is-Sajf li ġej? F’liema skejjel kien hemm SkolaSajf fis-sena 2015 imma din is-sena mhux se jkun hemm u għal liema raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel f'Għawdex li fihom se tinżamm SkolaSajf matul is-sajf li ġej huma:
Għajnsielem
Għarb
Kerċem
Qala
San Lawrenz
Sannat
Sannat Special Unit
Xewkija
Nadur
Victoria
Xagħra
L-uniku ċentru ta' SkolaSajf f'Għawdex li mhux ser jiftaħ huwa ż-Żebbuġ minħabba li kien hemm applikant wieħed biss.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiżdied tal-inqas Maġġur ieħor tal-Pulizija f’Għawdex u dan in vista li f’Għawdex issa hemm biss Maġġur wieħed meta sa ftit ilu kien hemm erba’ Maġġuri?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 24454.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija Għawdxin qed jagħmlu t-training tal-isparar f’Malta meta dan it-training kien isir fil-bażi tal-Forzi Armati ta’ Malta fin-Nadur Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li tali taħriġ fil-passat sar dejjem Għawdex, kif qed jallega fil-mistoqsija.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta ngħata t-tarmak f’Triq Ta' Ċenċ fis-Sannat Għawdex, ingħata biss dak li jissejjaħ il-base course, u ma ngħatax il-wearing course? Jekk inhu hekk, jista' jagħti raġuni għalfejn sar dan? Dan il-proċess kien approvat minn Transport Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi ntuża base wearing mix u mhux base course bħala kisi bit-tarmak u dan huwa konformi ma' l-istandards ta’ Transport Malta.
Ix-Xewkija – Żona Industrijali – Child Care Centre — saħħa tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu indagax dwar studji li setgħu saru jew jekk sarux studji biex jiġi assigurat li s-saħħa tat-tfal li qed jattendu ċ-Child Care Centre fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija hija mħarsa u dan peress li mad-dawra tal-istess Child Care Centre hemm numru ta’ garages li kontinwament jużaw l-ispray? Jista’ jikkonferma li f’dawn il-ġranet huwa żar dan iċ-Child Care Centre peress li bħala Żona Industrijali taqa' taħt ir-responsabilità tal-Malta Enterprise jew tal-Ministeru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li c-childcare centre ta’ Għawdex qed jopera bil-permessi kollha meħtieġa, u li saru l-istudji neċessarji sabiex inħarġu dawn il-permessi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25235, 23780 u 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex xogħol ta' kostruzzjoni fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Dan ix-xogħol li beda, huwa kopert b' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'passi ttieħdu biex dan ix-xogħol ma jkunx ta' inkonvenjent għall-pazjenti u dan peress li qed isir fil-qrib ħafna ta' swali fejn hemm il-pazjenti? Jista' jgħid jekk iċ-Child Development Centre li hemm fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u li nbena bil-fondi tal-Eco Għawdex hux se jiġi nkorporat fil-bini l-ġdid jew inkella hux se jkollu jitwaqqa'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrattur inkarigat mix-xoghlijiet u t-tmexxija tal-Isptar Generali ta’ Ghawdex huma f’kommunikazzjoni kontinwa sabiex jekk ikun hemm inkonvenjent ghall-pazjenti, jigi ndirizzat minnufih. Din hi il-prattika li tigi adottata f’progetti ta’ kostruzzjoni f’ambjent ta’ sptar, fejn il-benesseri tal-pazjent u l-kontinwita’ tal-operat tal-isptar huma ta’ importanza primarja.
Dwar il-bini li qed jirreferi ghalih fil-grounds tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, ninformah li dan se jiġi utillizzat biex jakkomoda certu dipartimenti li qeghdin f’binja ohra li se titwaqqa’ sabiex ikun jista’ jinbena l-Isptar il-gdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom cleaners kif ukoll kemm għandhom watchmen kull skola tal-Gvern f'Għawdex, kemm dawk primarji, sekondarji u anke s-Sixth Form?Jista' jgħid liema skejjel huma servuti bi cleaners tal-kuntrattur u kemm jitħallas il-kuntrattur f'kull skola għal dan is-servizz fix-xahar? Kif intgħażel il-kuntrattur f'kull skola? Jista' jgħid dawk l-iskejjel li m’għandhomx watchmen kif qed jiġu mħarsa fil-ħin ta' wara x-xogħol u fil-vaganzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar n-numru ta’ nies inkarigati mit-tindif u watchmen f’kull skola tal-Gvern f’Għawdex, u l-iskejjel li huma servuti bi cleaners tal-kuntrattur huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kuntrattur tat-tindif intgħażel, b’riżultat ta’ proċess, wara li ħareġ tender għal dan il-għan.
L-iskejjel li m’għandhomx watchmen huma kollha mgħammra bis-sistemi ta’ CCTV u Intruder Alarm.
Attachments:PQ 25837 - Cleaners u Watchmen fl-Iskejjel Statali f'Ghawdex.docx
Għawdex – Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb – xogħol fuq it-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid issa li wasal is-sajf għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq it-tieni kisja ta' tarmac fi Triq San Lawrenz f'San Lawrenz Għawdex u għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq parti minn Triq Franġisk Portelli fl-Għarb meta dawn huma toroq li kull min imur id-Dwejra jrid jgħaddi minnhom? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq dawn iż-żewg toroq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi x-xogħolijiet imsemmija ser ikunu mwettqa fil-futur qarib.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-barrieri ġodda jew estensjoni ta' barrieri f'Għawdex? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il applikazzjoni għall-barriera ġdida jew estensjoni ġiet rifjutata jew aċċettata mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li għandha quddiema seba’ applikazzjonijiet validati jew ippublikati għall-barrieri jew estensjonijiet ta’ barrieri u approvat tliet applikazzjonijiet u ma rrifjutat l-ebda applikazzjoni għall-istess tip ta’ żvilupp mill-1 ta’ Jannar 2013 sa llum f’Għawdex. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Artijiet agrikoli barra ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25492 u jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġewx mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom u ċjoé biex dawn il-bdiewa joħorġu minn dawn l-artijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi l-artijiet li ġew mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom? X'inhu l-iskop li dawn l-artijiet ittieħdu lura mingħand il-bdiewa u x'ser isir bl-istess artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern ma kellu l-ebda talba biex jittermina kirjiet ta’ artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant se tingħatalu f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 25490 li oriġinarjament kienet saret lilu, jista' jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perjodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern mal-Iskola ta' Barts aktar minn sena ilu u ċjoè fit-18 ta' Marzu 2015 u li sal-lum għadu mhux pubblikat? Wara dak il-ftehim ġew iffirmati ftehim oħra dwar l-istess skola?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim li qed jirreferi ghalih ser jigi ppubblikat aktar tard din is-sena.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25532, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitqiegħed fibre optic alternattiv ġdid bejn Malta u Għawdex? Meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan il-fibre optic alternattiv? Min hu l-kuntrattur li ser jpoġġieh? Kemm ser tkun l-ispiża u mil-liema vot ser tittieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju ma fadalli xejn x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25532. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern preżenti se jagħmel dak kollu possibli sabiex ivara dan l-alternative fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u jindirizza dan il-`handicap` qawwi li wiret mingħand amministrazzjoni Nazzjonalista, liema `handicap` diġitali wassal biex Għawdex tilef ħafna investiment barrani tort tax-`short-sightedness` ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25531,jista’ l-Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex ġejjin dawk li għandhom liċenzja għall-kaċċa u mil-liema lokalitajiet f'Għawdex ġejjin dawk li għandhom liċenzja għall-insib? Jista' jgħid kemm hemm persuni f'Għawdex illum li għandhom kemm liċenzja għall-kaċċa kif ukoll liċenzja għall-insib?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 1,630 liċenzja tal-kaċċa f’Għawdex u dawn qegħdin fil-lokalitajiet ta’ Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija, Xlendi u Żebbuġ. Fl-istess lokalitajiet ġewwa Għawdex hemm ukoll 1,160 liċenzja tal-insib.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel il-kuntrattur li ġie magħżul u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25530, jista’ l-Ministru jgħid għalkemm żmien hu maħsub li ser idumu jservu f’Malta dawk is-suldati Għawdxin li ġew trasferiti lejn Malta minn Għawdex biex jaħdmu fl-Iskwadra Marittima?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ż-żmien ikun skond il-ħtiġijiet u eżiġenzi tas-servizz.