Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27420 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – siġar mħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġiet imħawla f'Għawdex mill-Ministeru tiegħu kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u din is-sena sal-lum? Jista' jgħid fejn tħawlu dawn is-siġar u kif qed jiġu kkurati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27421 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fit-taqsima ta' Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kull ħaddiem f'din it-taqsima xi grad għandu? Jista' jgħid kemm kien il-vot għal Eko-Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27452 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – xogħol fuq toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf 2016 ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni u patching fuq it-toroq arterjali fin-Nadur kif ġej - Triq Għajn Qasab, Triq it-Tiġrija, Triq l-Imġarr u Triq il-Qala? Jaf il-Ministru li peress li ma sar l-ebda patching kif kien isir fis-snin ta' qabel, dawn it-toroq, li minnhom jgħaddu eluf ta' Għawdxin, Maltin u turisti kuljum, jinsabu fi stat ħażin ħafna?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li se jitkompla x-xogħol ta' asfaltar fi Triq Għajn Qasab liema triq qatt ma kienet asfaltata wara 25 sena. Se tinħareġ sejħa għall-offerti u hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta sa Jannar 2017. Se tittieħed azzjoni ukoll fuq it-toroq l-oħra msemmija.
Leg 12 PQ #27453 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' konsulenzi li l-Ministeru tiegħu ta b'effett minn Marzu 2013 sal-lum inkluż dawk li kienu konsulenti u spiċċaw? Jista' jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' konsulenzi mogħtija minn Marzu 2013 sal-lum minn dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naħsibx li jkun għaqli li jkunu ppublikati kuntratti li jkun fihom dettalji kunfidenzjali ta’ individwi, madankollu nistieden lill-onorevoli interpellant biex meta jrid jiġi jara kopja tagħhom kif diġa’ għamlu membri oħra tal-media.

Id-Dwejra – Steering Committee — twaqqif

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-isteering committee għad-Dwejra li għadu kif twaqqaf wara tliet snin li tħalla mhux attiv, m’hemmx rappreżentant tal-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz li fil-konfini tiegħu taqa' d-Dwejra? Jista' jgħid għaliex fuq dan il-kumitat, in-numru ta' Maltin fuqu huwa ferm akbar min-numru ta' Għawdxin meta se jieħu ħsieb sit f'Għawdex? Jista' jispjega għalfejn pereżempju hemm rappreżentant tal-MHRA u mhux tal-Gozo Tourism Association?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumitat inżamm iffukat fuq Awtoritajiet, Ministeri u Dipartimenti nazzjonali għal dan is-sit li huwa ta’ importanza nazzjonali u internazzjonali. Dan il-Kumitat ser ikollu konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra, li huma meqjusa importanti ħafna sabiex jintlaħaq l-għan komuni tal-ħarsien u l-immaniġġjar ta’ dan is-sit ta’ wirt dinji. Bid-dovut rispett, l-Onor. Interpellant għadu ma fehemx l-iskop ta’ dan il-kumitat. Għandu jiġi mgħarraf li s-sit tad-Dwejra huwa ddikjarat bħala sit Natura 2000. L-iskop ewlieni ta’ dan il-kumitat li huwa kkappeġġjat mill-Professur Timmy Gambin li jispeċjalizza fuq l-arkeologija Marittima huwa li jimplimenta l-management plan imħejjija mill-ERA u dan skont il-ligi. Japprezza ukoll l-Onor. Interpellant li l-Kunsill ta’ San Lawrenz mhuwiex l-unika Kunsill Lokali f’Għawdex li jinkludi terittorju ta’ dan is-sit fil-konfini tiegħu. Japprezzax ukoll l-Onor. Interpellant li fiċ-ċirkostanzi huwa kollox irrelevanti u non sequitur kemm hemm Maltin jew Għawdxin fuq dan il-kumitat. Jgħarafx ukoll l-Onor. Interpellant li fuq dan il-kumitat diġa’ hemm rappreżentanza mill-Awtorita’ tat-Turiżmu u li ghalhekk dan is-settur huwa diġa’ ben rapprezentat. L-Interpellant għandu jkun jaf ukoll li dan non ostante ser issir laqgħa kordjali bejni u r-rappreżentanza tal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz fuq il-kwistjoni biex jiġi deċiż jekk hux opportun ukoll li dan il-Kunsill ikollu rappreżentanza f’dan il-kumitat.
Leg 12 PQ #26595 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Distance Selling (Retail Financial Services Regulations) – compliance orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum, sena b’sena? Jekk inħarġu, kemm minnhom ġew kontestati sena b’sena u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma nħarġu ebda compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum.
Leg 12 PQ #26596 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Injuctions for the Protection of the Interest of Consumer – complaince orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu compliance orders taħt l-L.S. 409.17 (Regolamenti dwar Inġuzjonijiet għall-Ħarsien tal-Interessi tal-Konsumaturi (Pakkett tal-Ivvjaġġar u Protezzjoni ta’ Xerrejja f’Kuntratti ta’ Time Sharing fi Proprjetà Immobbli) mill-2006 s’issa, sena b’sena? Jekk inħarġu, kemm minnhom kienu fir-rigward ta’ Timeshare u kemm kienu fir-rigward ta’ Package Travel? Kemm ġew ikkontestati sena b’sena u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma ħarġet l-ebda compliance orders taħt il-L.S. 409.17 (Regolamenti dwar Inġunzjonijiet għall-Ħarsien tal-Interessi tal-Konsumaturi, Pakkett tal-Ivvjaġġar u Protezzjoni ta’ Xerrejja f’Kuntratti ta’ Time Sharing fi Propjeta’ Immobbli) mill-2006 s’issa.
Leg 12 PQ #26597 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivjaġġar, pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours – miżuri regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu miżuri regolatorji minħabba xi ksur tal-L.S. 409.01 (Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours) mill-2000 sal-lum? Kemm-il każ ġie ikkontestat u x’kien l-eżitu tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mis-sena 2000 sal-lum, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadet miżura regolatorja waħda, propju fl-2007, fuq ksur tal-provedimenti tal-L.S. 409.01 (Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours). L-MTA kienet ressqet lill-operatur quddiem il-Qorti għall-Ġustizzja fejn dan kien ħareġ liberat.
Leg 12 PQ #26598 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur – miżuri regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu miżuri regolatorji minħabba xi ksur ta’ Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti ta’ Btala għal Perjodu fit-Tul, Kuntratti ta’ Bejgħ mill-Ġdid u Kuntratti ta’ Skambju) (L.S. 409.02) mill-2011 sal-lum? Kemm-il każ ġie kkontestat u x’kien l-eżitu tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2011 sal-lum, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadet żewg miżuri regolatorji kontra żewġ operaturi turistiċi bi ksur tal-provedimenti tal-L.S.409.02, Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti ta’ Btala għal Perjodu fit-Tul, Kuntratti ta’ Bejgħ mill-Ġdid u Kuntratti ta’ Skambju). Il-miżuri li ħadet l-MTA kienu billi ressqu liż-żewġ operaturi (fl-2009 u fl-2014) quddiem il-Qorti għall-Ġustizzja fejn l-eżitu tal-każijiet kien kif muri hawn isfel: 1. Fil-każ li ressqet l-MTA fl-2009, l-imputat kien ħareġ liberat minħabba li l-każ kien ġie preskritt; 2. Fil-każ li kien tressaq fl-2014, l-MTA kienet waqqgħet il-każ minħabba l-fatt li kien hemm ftehim bejn l-operatur u l-konsumatur barra l-Qorti. Dan minħabba l-fatt li l-konsumaturi kienu ġew moghtija l-flus kollha li kienu ħallsu.
Leg 12 PQ #26562 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Tiġrija — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla l-bankina fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur peress li x-xogħol li nbeda ftit tax-xhur ilu, issa ilu ġimgħat wieqaf u hemm periklu serju għal min juża din il-bankina?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet se jitkomplew din il-ġimgħa.
Leg 12 PQ #26470 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kap 409 tal-Liġijiet ta’ Malta – Artiklu 31 — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għandu l-intenzjoni li jġib fis-seħħ is-subartikoli (2) u (3) tal-Artiklu 31 tal-Kap 409 tal-Liġijiet ta' Malta biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili għal dak li kellna ftit taż-żmien ilu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din l-aħħar sena, il-Ministeru hadem flimkien mal-FATTA, li tirrappreżenta s-settur ta’ agenti tal-ivvjaġġar relevanti, biex jitfassal qafas biex jigi stabbilit Insolvency fund mill-organizzaturi ta’ package travel, kif definit mid-direttiva rispettiva tal-Unjoni Ewropea. L-avviż legali għat-twettieq ta’ dan il-fond għandu jigi ppubblikat f’Lulju li ġej. Dan l- insolvency fund se jipprovdi sigurtà għar-rifużjoni tal-ħlasijiet kollha magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi, għall-vjaġġar jew servizzi bbukjati bil-quddiem, f’każ ta’ falliment tal-organizzatur, kif ukoll se jagħmel tajjeb għar-ripatrijazzjoni ta’ dawk il-vjaġġaturi li jinqabdu barra f’ċirkustanzi bħal dawn. Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, li it-tnedija ta’ dan il-fond ilu pendenti minn ta’ lanqas għaxar snin, minn amministrazzjonijiet precedenti.
Leg 12 PQ #26459 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Tourism Council

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jilqa’ r-rakkomandazzjoni li saret fi studju kummissjonat mill-Gozo Tourism Association biex f’Għawdex jitwaqqaf Tourism Council li jkun responsabbli mill-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi jiena kont preżenti għal dan l-istudju li ġie kkumissjonat b’ mod tajjeb mill-Gozo Tourism Association. Jiena ninvolvi kemm jista’ jkun lill-Gozo Tourism Association f’kull proċess ta’ deċizjoni li jirrigwardja t-turiżmu f’Għawdex għaliex hija entita’ non-governattiva li tagħti s-sehem tagħha għas-settur b’mod proattiv. Dwar il-proposta tal-Gozo Tourism Council, din qegħda tiġi studjata minni flimkien mal-Ministru t’ Għawdex.
Leg 12 PQ #26460 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi baga ġdida għall-cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-baga tax-Xlendi biex magħha jorbtu cruise liners u li kien imsemmi fl-aħħar budget? Jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex f’Għawdex ikun hemm Cruise Liner Terminal?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi wara li s-sena l-oħra ġie konkluz l-ewwel studju ta' taħt il-baħar fuq il-baga ġdida tax-Xlendi, matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena gie ffinalizzat u ffirmat il-kuntratt mal-entita li ġiet kkumissjonata biex tagħmel it-tieni studju. Ix-xogħol fuq dan l-istudju ġa beda. Għar-rigward tat-tieni domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irċieva proposta waħda. L-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.

Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi — estensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Consumer Claims Tribunal) tiġi estiża minn €3,500 kif inhi bħalissa għall-€5,000 bħalma ġara ftit ilu fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Small Claims Tribunal)?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fid-diskussjonijiet għall-emendi tal-Att dwar l-awtorita’ għal kompetizzjoni u affarijiet tal-konsumatur qed jiġu kunsidrati emendi li jolqtu dan it-tribunal fosthom l-estensjoni li qed tissemma’ mill-Onor. Interpellant.

Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi — claims b’mod elettroniku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk teżistix il-faċilità biex claims quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumatur (Consumer Claims Tribunal) isiru b’mod elettroniku? Jekk ma teżistix, hemm il-ħsieb li din tiġi introdotta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma teżistix il-faċilita’ li qed jirreferi għaliha. Infatti nista’ ninforma li għaddejjin diskussjonijiet interni fi ħdan l-Awtorita’ għal sistema elettronika fil-qafas tal-vizjoni tal-Gvern ta’ servizz 24/7 fejn il-konsumaturi ikollhom aċċess għas-servizzi tal-Awtorita’ erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Waħda mill-miżuri li qed tkun diskussa hija l-faċilita’ li talbiet lit-tribunal isiru b’mod elettroniku.

Uffiċċju tal-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi — binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi f'Għawdex hux se jibqgħu fl-istess binja mal-Awtorità għall-Ippjanar jew humiex se jkunu f'post separat kif sar f'Malta? Meta hu maħsub li dawn iż-żewġ entitajiet f'Għawdex ma jibqgħux joperaw mill-istess uffiċċji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tikkonferma li l-uffiċċju tagħha f’Għawdex qed jopera mill-istess binja mal-Awtorità għall-Ippjanar.

Servizz tal-linja X1A

Question

Jista’ l-Ministru jara li anke fix-xhur tas-Sajf is-servizz tal-linja X1A jkompli għax bih qed jinqdew numru kbir ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu l-Isptar Mater Dei kif ukoll numru ta' Għawdxin li jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta X1A ma’ sservix il-bus stop ta’ quddiem l-entratura tal-Isptar Mater Dei fi triqitha lejn l-aħħar destinazzjoni tagħha ġewwa l-MCAST Raħal Ġdid. Mill-banda l-oħra, ir-rotta X1, fi triqitha miċ-Ċirkewwa lejn l-Ajruport, isservi kemm l-Interchange tal-Universita’, kif ukoll il-bus stop ta’ quddiem l-entratura tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant, ħaddiema Għawdxin li jaħdmu l-Isptar Mater Dei kif ukoll Għawdxin li jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei huma servuti bir-rotta X1.
Leg 12 PQ #26259 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25790 u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista' jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ tender u liema b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-directorders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-parti tal-proġett taċ-Ċittadella ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ Diċembru 2015 swiet €12,494,583. Din il-figura tinkludi wkoll il-VAT u l-element mhux eligibbli tal-proġett. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex il-proġett jiġi konkluż u għaldaqstant fiġura totali ta’ kemm ser jiswa’ l-proġett finalment għadha mhix magħrufa. Ma’ din ir-risposta qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-lista’ ta’ tenders li inħarġu, l-istima oriġinali u l-ammont imħallas. Dwar il-lista ta’ direct orders peress li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin, lista kompluta tkun tista’ tingħata f’xi seduta oħra meta jkunu konklużi x-xogħlijiet. Irrid pero’ inserraħ moħħ l-Onor interpellant li l-istima oriġinali ta’ dan il-proġett kienet ta’ €14,222,086 (inkluża l-VAT u l-parti mhix eliġibbli tal-proġett). Minkejja d-diversi xogħlijiet addizzjonali u t-tibdil li sar minħabba l-iskoperti arkeoloġiċi, din il-figura ma ġietx maqbuża
Leg 12 PQ #26260 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kuntrattur li jipprovdi ħaddiema lil Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25800 u jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel il-kuntrattur li ġie magħżul u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li f’Novembru 2015, il-UHM għamlet theddida ta’ tilwima industrijali peress illi għal xhur impjegati f’diversi gradi kienu qegħdin jaħdmu siegħat eċċessivi mingħajr ma jkollhom mistrieħ adekwat kif inhu provdut fil-liġi. Il-UHM tagħat sal-14 ta’ Diċembru 2015 sabiex din il-problema tiġi riżolta u l-mankanza indirizzata. Altrimenti kienu ser jibdew azzjonijiet industrijali. Peress li kullħadd jaqbel illi l-Gozo Channel tipprovdi servizz essenzjali, kien għalhekk meħtieġ li minnufiħ joħorġu tlett tenders – waħda tal-Cleaners, oħra tal-Mooring Men, u oħra tal-Cafeteira Attendants, sabiex minn jirbaħ din it-tender jofri siegħat ta’ xogħol lil-kumpanija Gozo Channel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni dwar it-tendrs u l-offerenti u fit-tlett tenders ntgħażlet l’orħos offerta. L-aħħar parti tad-domanda ma tistax tiġi mwieġba peress li l-Gozo Channel ikkuntrattat għal-siegħat ta’ xogħol u mhux daħħlet impjegati magħha.
Leg 12 PQ #26261 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25830 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 25490 li oriġinarjament kienet saret lilu, jista' jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perjodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 18664 fis-7 ta’ Settembru 2015. L-informazzjoni addizzjonali rikjesta dwar il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil kif ukoll n-numru ta’ ħaddiema mis-7 ta’ Settembru 2015 sal- llum għada qed tinġabar u tingħata f’ xi seduta oħra. Finalment l-Onorevoli Interpellant għandu japprezza li l-informazzjoni rikjesta tinvolvi ħafna xogħol u għaldaqstant teħtieġ aktar żmien.