Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f’Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN T f'Għawdex? Liema minn dawn it-toroq saru b'ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u f'kull każ ta' kull triq meta nbeda u tlesta x-xogħol u kemm kien il-ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T u li għadhom ma sarux? Meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li toroq ko-finanzjati bil-fondi Ewropej mill-programm għall-perjodu bejn l-2004 u l-2013 hu kif ġej:
Bejn l-2005-2006 saret Triq Ħal Far Fażi III mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006-2008 sar il-pont ta’ Triq Reġjonali, f’San Ġiljan mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Fl-2006 saret Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, f’Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006 u l-2007 saret il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006-2007 saret Triq l-Imġarr mit-terminal fl-Imġarr sar-roundabout tal-ħeliport fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Fl-2010 saret Triq l-Imġarr mir-roundabout tal-ħeliport sar-roundabout Tal-Ħniena fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Vjal Garibaldi, Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saru Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa u l-Furjana mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Marfa, fiċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011 u l-2012 saru Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika fir-Rabat u x-Xewkija Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2013 saret il-bypass tal-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2014 saret kostruzzjoni ta’ underpass minn Triq Diċembru 13 sar-roundabout tal-Menqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2013-2015 saret rikostruzzjoni ta’ Triq is-Salina, fil-Coast Road mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Dawn il-proġetti ġew identifikati sabiex jiġu kkunsidrati għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea tul il-perjodu 2014-2020:
- Addolorata Junction (tneħħija ta’
traffic bottleneck
f’
node
s EA20a-EA21a)
- Kappara Junction (tneħħija ta’
traffic bottleneck
u
upgrade
ta’ Triq Reġjonali f’
nodes
EA14 u EA16)
Għawdex – Ix-Xagħra – Triq Marsalforn — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex ikompli x-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra? Meta hu maħsub li din it-triq tkun lesta minn kollox?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal din is-sena l-Gvern Ċentrali alloka lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra s-somma ta’ Euro 481,394. Ladarba l-Kunsilli Lokali huma awtonomi u distinti mill-Gvern Ċentrali, huma l-Kunsilli li jidentifikaw u jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet fil-lokalità u li jiddeċiedu kif jintefqu l-flus allokati lilhom mill-Gvern Ċentrali skont l-istess prijoritajiet u ħtiġijiet.
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tax-Xagħra applika għall-fond tal-Proġetti Kapitali biex jikseb fondi sabiex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuq it-triq imsemmija. B’sodisfazzjon ngħid li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra hu wieħed mill-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dan l-fond u ser jiġu allokati ħamsin elf ewro (€50,000) għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru tiegħu fuq il-Pjazza tax-Xagħra biex din saret bit-tarmak aħmar? Jista' jgħid kemm sewa' ż-żrar speċjali li ntuża għal dan il-għan? Kemm kienet l-istima oriġinali biex isir dan ix-xogħol u kemm fil-fatt sewa b'kollox ix-xogħol li sar fuq il-Pjazza tax-Xagħra? Jista' jgħid x'se jsir biex jiġi assigurat li l-wiċċ tal-pjazza ma jiswiedx u għaldaqstant ma jkunux intefqu l-flus fix-xejn biex il-wiċċ ikun aħmar?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħol inkwistjoni kien stmat €118,761.70 eskluż il-VAT. Ix-xogħol ġie jiswa €122,801 eskluż il-VAT. Qed isir ħasil tal-pjazza fuq bażi regolari.
General Ability Test – kanditati eleġibbli għall-post ta’ principal u clerk
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati eleġibbli u li qagħdu għal General Ability Test għall-post ta' Principal u għall-post ta' Clerk fis-Servizz Pubbliku? F'kull każ kemm għaddew minn dan il-General Ability Test? Jista’ jispjega għaliex ladarba dan il-General Ability Test kien wieħed kompjuterizzat (online digital format) ir-riżultat ma ħariġx dakinhar stess iżda kellhom jgħaddu diversi ġranet biex inħareġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kandidati li qagħdu għat-test imsemmi huwa ta’ 1,738 kif muri fit-tabella annessa. Minħabba l-ammont ta’ konkorrenza, dan it-test kellu jinżamm f’numru ta’ sessjonijiet. Għalhekk, peress li dan l-eżami huwa wieħed kompetittiv, kien hemm il-ħtieġa li jinħareġ riżultat wieħed konsolidat skont l-ordni tal-marki miksuba. Fil-fatt l-aħħar sessjoni tat-test saret it-Tlieta 20 ta’ Settembru u r-riżultati ħarġu l-Ħamis 22 ta’ Settembru minħabba li lejliet kienet festa pubblika.
Tabella Annessa;
Kandidati li qagħdu għal
General Ability Test
Numru ta Kandidati li għaddew
Skrivani
1,137
923
Principali
601
285
Total
1,738
1,208
Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-proġett imwiegħed dak ta' konnessjoni bl-ajru bejn Malta u Għawdex, mhux se jsir? Jista' jgħid minn kienu l-konsulenti kollha kemm mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn xi entità oħra governattiva,li ħadmu fuq l-istudji li saru fuq dan il-proġett? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji u l-konklużjonijiet tagħhom fejn juru li din il-konnessjoni bl-ajru bejn Għawdex u Malta m’għandhiex issir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-twegibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 11887, 25532 u W504.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li flok il-Qorti ta' Għawdex fiċ-Ċittadella issir boutique hotel? Jista' jikkonferma wkoll jekk għandux il-ħsieb li jneħħi l-mużewijiet kollha li hemm fiċ-Ċittadella u jpoġġihom post ieħor? Jikkonferma li flok dawn il-mużewijiet, għandux l-ħsieb li dawn l-istess binjiet jintużaw għal skopijiet kummerċjali bħal restaurants u attivitajiet oħra simili?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan ħolistiku għaċ-Ċittadella. Issa li ċ-Ċittadella Management Committee ġie mwaqqaf, qed jiġu drafted it-tenders tal-bini tal-Qorti l-ġdida li hija priorita’ għal dan il-Gvern. Sussegwentament jittieħdu deċiżżjonijiet wara li ssir konsultazzjoni ampja.
Jista’ l-Ministru jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-pixxina l-ġdida f'Għawdex? Meta hu maħsub li l-pixxina tkun lesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-privat li sar fuq il-bini u l-operat ta' din il-pixxina?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Privatisation Unit ħareg RFP u ġiet aġġudikata. Bħalissa qed jiġi mfassal l-Memorandum of Understanding.
Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti se jiġu mmexxija mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mill-parti tal-Isptar magħrufa bħala tal-Ibraġġ? Fejn se jittieħdu dawn il-pazjenti? Kemm se jkun in-numru ta' pazjenti li se jiġu affettwati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern, l-Vitals Global Healthcare u l-istakeholders l-oħra f’Għawdex għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar fuq Dar Lourdes f'Għajnsielem Għawdex biex jittieħdu l-pazjenti fiha? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq din id-dar min-naħa tal-Gvern u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li sar biex il-Ministeru għas-Saħħa jagħmel użu minn din id-Dar?
Tista' l-Ministru tgħid x’investigazzjonjiet għamlet l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar il-każ ta’ tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen u x’passi qed jittieħdu biex il-konsumaturi li ġew milquta b’mod negattiv f’Malta, jiġu kkompensati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-MCCAA flimkien mall-Awtorita’ tat-Trasport pubbliku qed isegwu mill-qrib dan il-każ sabiex il-konsumaturi Maltin li ġew milquta jkollhom il-karozzi tagħhom aġġornati skont il-kuntratt.
Għalkemm ma ġewx irreġistrati ilmenti minn konsumaturi Maltin dwar dan il-każ, l-MCCAA xorta waħda qed issegwi mill-qrib x’inhu jiġri f’livell Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropeja ġiet mogħtija l-informazzjoni meħtieġ dwar is-sitwazzjoni f’Malta u l-MCCAA se tingħaqad fl-azzjonijiet li se jittieħdu minn pajjiżi oħra Ewropej fejn qed jiġi ikkunsidrat il-kumpens.
Wara l-investigazzjonijiet li għamlet, l-MCCAA ġiet infurmata li l-kosumaturi Maltin li xtraw mingħand l-aġent lokali ġew ikkuntatjati sabiex isir it-tibdil neċessarju. M’hemmx indikazzjoni kemm se jdum dan il-proċess għaliex dan jiddependi mir-rispons tal-konsumaturi.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tagħha dwar il-proposta għar-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-geo-blocking li ħarget fil-25 ta’ Mejju 2016, l-aktar ukoll għax jidher li din il-prattika tolqot diversi konsumaturi f’Malta l-iżjed meta dawn iridu jixtru online minn pajjiżi membri oħra tal-Unjoni Ewropea (Brussels, 25.5.2016 COM(2016) 289 final 2016/0152 (COD) Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on addressing geo-blocking and other forms of discrimination based on customers' nationality, place of residence or place of establishment within the internal market and amending Regulation (EC) No 2006/2004 and Directive 2009/22/EC)?
Response (DALLI, HELENA)
Il-pozizzjoni tal-Gvern hija cara kontra diskriminazzjoni ta’ konsumaturi fuq bazi ta’ residenza jew nazzjonalita’ sakemm ma jkun hemmx kriterji oggettivi.
Ghaldaqstant il-Gvern jilqa’ l-ghanijiet ta’ din il-proposta izda jrid jara li jkun hemm carezza fir-regoli. Dan biex nassiguraw serhan il-mohh ghal-bejjiegha filwaqt li nghinu lil-konsumatur igawdi aktar mill-beneficcji tas-suq uniku.
In-Nadur – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet fuq bankina quddiem iċ-Ċimiterju
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-Ċimiterju l-ġdid tan-Nadur fi Triq Għajn Qasab ma tkompliex? Jista’ jgħid meta hu maħsub li jitkompla?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għad jonqos tal-bini tal-bankina li tinsab quddiem iċ-ċimiterju fi Triq Għajn Qasab, Nadur qiegħed fil-programm tax-xogħlijiet tal-Ministeru u se jitkompla fil-futur qarib.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew imposti sanzjonijiet minħabba xi allegat ksur tat-Taqsima VIII tal-Kap. 378 minn Mejju 2011 s’issa, sena b’sena? X’kienu dawn is-sanzjonijiet u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem il-Qorti u x’kien l-eżitu f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2012 kienu nħarġu ħames (5) Ordnijiet ta’ Tħaris minħabba ksur skont prattiċi kummerċjali mhux ġusti fir-reklamar fis-settur tat-telekomunikazzjoni. Tnejn minn dawn appellaw lit-Tribunal tal-Appell għal-Kompetizzjoni u għal Konsumatur u dan l-appell għadu pendenti (sub judice).
Fl-2015 ħarġet deċiżjoni ammistrattiva li biha ġew imposti multi amministrattivi ta’ €12,900 fir-rigward ta’ kumpanija stabbilita Malta minn ċittadin Żvediż bi ksur ta’ prattiċi kummerċjali mhux ġusti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew imposti sanzjonijiet minħabba xi allegat ksur tat-Taqsima VII tal-Kap. 378 minn Mejju 2011 s’issa, sena b’sena? X’kienu dawn is-sanzjonijiet u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem il-Qorti u x’kien l-eżitu f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2011 żewġ operaturi kienu għamlu użu minn termini mhux ġusti fil-kuntratti tas-servizz tat-televiżjoni. Wara diskussjonijiet irregolarizzaw ruħhom volontarjament. Għalhekk ma ġewx imposti multi amministrattivi.
Fis-sena 2015 ġie investigat operatur tat-telekomunikazzjoni li kien uża termini mhux ġusti fil-kuntratti tas-servizzi rigward ħlasijiet fuq metodi ta’ pagamenti. L-operatur konċernat irregolarizza ruħu volontarjament.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew imposti sanzjonijiet minħabba xi allegat ksur tal-L.S. 378.17 magħmula taħt il-Kap. 378, minn Ġunju 2014 s’issa, sena b’sena? X’kienu dawn is-sanzjonijiet u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem il-Qorti u x’kien l-eżitu f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 ġiet imposta multa ta’ €20,000, lill-kumpanija stabbilita Malta minn cittadin Żvediż. Dan kien qed jikser l-obbligu li jagħti tagħrif lill-konsumaturi Żvediżi dwar bejgħ mill-bogħod.
Fl-istess sena, kampanija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kienet qed timponi ħlas żejjed fuq metodi ta’ pagamenti. Permezz tad-diskussjonijiet il-kumpanija għażlet li tirregolariżża ruħha billi neħħew il-ħlas.
Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – miżuri leġiżlattivi
Question
Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, tista’ l-Ministru tispjega jekk hux se jittieħdu xi miżuri leġiżlattivi biex id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikollu l-għodda kollha fil-liġi biex ikun jista’ jaġixxi f’każ ta’ allegat ksur ta’ liġi dwar il-kompetizzjoni u fejn meħtieġ jimponi jew jitlob l-impożizzjoni ta’ multi jew sanzjonijiet oħra? Jekk iva’ x’inhuma?
Response (DALLI, HELENA)
Jidher li Onor. Interpellant mhux infurmat li l-miżuri leġislattivi ġew mgħoddija lill-Oppożizzjoni, fl-1 ta’ Settembri 2016 għal-kunsiderazzjoni tagħha qabel dawn jitressqu għad-diskussjoni fil-parlament.
Fil-fatt il-gvern qed jistenna il-ħsieb ta’ l-oppożizzjoni dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid, għas-sena skolastika 2016/2017 kemm hu n-numru ta' studenti f'kull skola tal-Gvern f'Għawdex, kemm tal-primarja kif ukoll sekondarji? Kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs f' kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ27506 - Għawdex - skejjel tal-Gvern.xls
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2015/2016 kemm kien hemm korsijiet offruti fl-Istitut għat-Turiżmu tal-Qala Għawdex? Liema kienu dawn il-korsijiet? Kemm bdew studenti għal kull kors u kemm spiċċaw il-kors fl-aħħar tas-sena skolastika? Jista' jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time fl-istess Istitut u x’inhu x-xogħol ta' dawn l-impjegati? Kemm kienet l-ispiża rikorrenti totali ta' dan l-Istitut għas-sena 2015 u kemm kienet l-ispiża kapitali fl-istess sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għall-ewwel tliet mistoqsijiet, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fi ħdan il-Kampus tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ġewwa l-Qala Għawdex, hemm tliet ħaddiema fuq bażi
full-time
- Head of Administration, Lecturer u Senior Tradesman. Il-ħaddiema fuq bażi
part-time
jaħdmu kemm fil-kampus tal-ITS f’Malta kif ukoll f’Għawdex, skont l-iskeda tax-xogħol meħtieġa.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kampus tal-ITS f’Għawdex mhux iffinanzjat b’mod individwali. Madanakollu fl-2015 ma kienx hemm spejjeż kapitali ġewwa l-kampus tal-ITS t’Għawdex. Għall-ispejjeż rikorrenti tal-ITS Campus fil-Qala Għawdex għas-sena 2015, nitlob lill-Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 22472 li ngħatat fl-20 ta’ Jannar 2016.
B’referenza għas-suldati Għawdxin li kienu stazzjonati f' Għawdex u li sena u nofs ilu ntbagħtu jaħdmu Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li dawn jerġgħu jintbagħtu jaħdmu Għawdex? Jista' jikkonferma li dawn, meta ntbagħtu jaħdmu Malta, intqalilhom mis-superjuri tagħhom li dan kien transfer temporanju u li wara ftit żmien kellhom jerġgħu jmorru lura Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsijiet parlamentari 25530, 25801 u 26092.