Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28548 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ dħul gross li għamlet l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni (EPA) minn mindu bdiet topera sal-lum u kemm minn dan l-ammont kien minn ħlas li għamlu koppji li għamlu l-interventi tal-IVF/ICSI u Egg Freezing?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dhul tal-Awtorita’ mindu bdiet topera f’Mejju tal-2013 sal-lum kien ta’ €105,850. Ma dan wiehed irid izid l-ammont li l-gvern ta direttament lill-Awtorita’ (EPA) li huwa €320,000. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi koppji ma jhallsux ghal servizzi tal-IVF moghtija mill-isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #28549 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – interventi tal-IVF/ICSI u Egg freezing

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’referenza għall-koppji li jagħmlu l-interventi tal-IVF /ICSI u Egg Freezing fl-Isptar Mater Dei, min iħallas l-ammont dovut lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni, il-pazjenti jew il-gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz għall-proċeduri tal-IVF/ICSI kif ukoll għall-iffrizar tal-gameti (kemm oocytes kif ukoll sperm) li jingħata fl-Isptar Mater Dei huwa bla ħlas għall-koppji. Artiklu 27 tal-Protocol tal-Awtorità jgħid hekk: "The EPA does not charge individual patients for fertility treatments. Service Providers of Centres both public and private, pay a fee to the EPA towards the costs of being regulated and inspected”.
Leg 12 PQ #28550 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority – miżata għall-interventi tal-IVF/ICSI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwa tax l-approvazzjoni tiegħu biex il-miżata dovuta mill-koppji lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni biex jingħataw permess jagħmlu l-interventi tal-IVF /ICSI għoliet minn €90 għal €130 għal kull darba li jsir l-intervent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma' hemm ebda mizata dovuta mill-koppji lill-Awtorita’ ghall-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Proġett ta’ restawr taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tar-restawr taċ-Ċittadella, li sar bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej, huwiex imniżżel bħala revenue generating project fil-Programm miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li jekk dan mhux imniżżel hekk, u b'hekk l-aġġustamenti relevanti tal-iffinanzjar ma sarx, ma jistax jiddaħħal ebda ħlas għaċ-Ċittadella qabel mill-inqas ħames snin minn meta tlesta? Jista' jikkonferma li jekk jiddaħħal xi forma ta’ ħlas f'dawn il-ħames snin, dan ikun ifisser li Malta jkollha tħallas lura persentaġġ mill-Fondi Ewropej li ntużaw għal dan il-proġett, liema ħlas lura jkun jammonta eżatt għall-85% tal-ammont ta' flus miġbura?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #28666 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Memorandum of Understanding mal-privat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mal-privat? Jista' jgħid ma’ min ġie ffirmat u kemm kienu dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-Expression of Interest li kienet inħarġet?

Response (REFALO, ANTON)

Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika liema Memorandum of Understanding?

Kunsilli Lokali – Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għal kull kunsill lokali għas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni finanzjarja għal kull kunsill lokali għas-sena 2017. Din tinkludi l-allokazzjoni annwali skont artiklu 55 tal-Att, kif ukoll tlett fondi li joħorġu mill-vot ta’ inizjattivi speċjali li jagħtu importanza lill-Belt kapitali u lill-ibliet kif elenkati fl-Att, fond ta’ aggustament, kif ukoll fond iehor li tikkumpensa lil-lokalitajiet li għandhom influs ta’ turiżmu u kummerċ fil-lokalità tagħhom.
Leg 12 PQ #28491 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ – xogħol fuq il-main tal-ilma

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26089, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat, li ma kenux fit-tender oriġinali u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jagħti lista' ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm swiet kull biċċa xogħol li ma kenitx fit-tender? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet li ma kenux fit-tender oriġinali, ingħatawx b'direct order jew inħarġitx tender għalihom? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħata dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 26089 għal-lista ta’ xogħlijiet li saru. Dawn ix-xogħlijiet li jinsabu tul ir-rotta kollha, kollettivament jammontaw għal ftit aktar minn erba’ mitt elf ewro. Ix-xogħlijiet in kwistjoni ma ngħatawx bħala direct order iżda bħala varjazzjoni fuq il-kuntratt oriġinali, u għaldaqstant saru mill-istess kuntrattur li ħa t-tender orġinali.
Leg 12 PQ #28543 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas għal kull sodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-gvern ta’ kull sodda lil Vitals Global Healthcare? Minn meta beda jsir dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa qegħdin fil-proċess li nħallsu somma globali li tkopri s-servizzi mogħtija mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech sal-aħħar tal-2016.
Leg 12 PQ #28544 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont li l-gvern iħallas lil Vitals Global Healthcare huwiex l-istess għal kull tip ta’ marda jew jekk is-sodod u l-ħlas għalihom humiex ikklassifikati skont it-tip ta’ mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28545 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta’ ħlas għal kull sodda kuljum lil Vitals Global Healthcare tinkludix l-investigazzjonijiet kollha li jsiru fuq il-pazjent? Jekk le, kif jitħallsu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28546 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-Vitals Global Healthcare sal–lum mill-gvern għas-servizzi li taw u /jew qed jagħtu? Liema kienu dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas li l-gvern se jkun qed iħallas jitqabbel raġonevolment mal-ispejjeż rikorrenti tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech.
Leg 12 PQ #28547 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni (EPA) fil-preżent? Fil-preżent, kemm għandha impjegati l-EPA u x’inhuma r-remunerazzjonijiet u l-perks ta’ kull impjegat/a?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun huwa kompost mill-President; L-Imħallef Philip Sciberras u tlett membri oħra; Dr Patrick Sammut, Ms Mariella Meachen u Ms Pauline Baldacchino. Din l-Awtorita’ għandha tlett impjegati.
Leg 12 PQ #28471 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Prodotti manifatturati Għawdex — esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni ta' prodotti manifatturati Għawdex kull sena, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Ottubru, għas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #28472 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitalis Healthcare Group – due diligence

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28063, fejn ikkonferma li saret due diligence fuq l-ultimate beneficial owners ta’ Vitalis Global Healthcare Limited, jista’ l-Ministru jgħid: 1. kemm hu n-numru ta’ individwi li għandhom 2% tal-ishma jew aktar; u 2. jiżvela l-identità ta' kull ultimate beneficial owner u jekk il-Ministru ma jridx jagħmel dan, huwa mitlub jgħid il-perċentwali tal-ishma li għandu kull ultimate beneficial owner?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Mark Edward Pawley waħdu huwa l-ultimate beneficial owner ta’ Vitals Global Healthcare Limited.

Kunsilli lokali li għandhom is-sistema tal-pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali għandu sistema ta' pannelli fotovoltajiċi? Kemm fiha pannelli kull sistema? Meta ġiet installata? Kemm hija l-feed-in tariff għal kull sistema?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28064 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Operations and Maintenance Expenses – Contractual Services – Vot numru 30

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Vot 16 Recurrent – line item 30 Contractual Services taħt Operational and Maintenance Expenses għas-sena 2017 żdied b’aktar mid-doppju fuq is-sena kurrenti u ċjoè minn €230,000 għall-€550,000? Fiex hu proġettat li se jintefqu dawn il-flus? Fis-sena li qegħdin fiha, x' intefaq minn dan il-vot u lil min tħallsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28064 se tingħata f’xi seduta oħra.

Toroq f’Malta u Għawdex li jaqgħu taħt it-TEN-T

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T f'Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN-T f'Għawdex? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T u li għadhom ma sarux? Jista' jindika meta hu maħsub li jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27615
Leg 12 PQ #27920 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal — konsorzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi magħżul il-konsorzju li se jibni l-Yacht Marina u l-Cruise Liner Terminal f’Għawdex? Meta hu mistenni li jibda dan ix-xogħol u meta hu mistenni li dan il-proġett jibda jilqa’ fih l-ewwel yacht u l-ewwel Cruise Liner? Jikkonferma li dan il-proċess għadu quddiem il-Privitisation Unit fejn kien f'Jannar li għadda meta huwa kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 22471?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27715.

Għawdex – Fondi Ewropej allokati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intefqu fondi mill-Fondi Ewropej allokati għal Malta għall-perjodu 2007-2013 fi proġetti u inizjattivi f’Għawdex? Jista' jelenka liema kienu dawn il-proġetti u inizjattivi f'Għawdex u kemm intefaq fuq kull waħda minnhom minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra meta l-proċess ta' verfikazzjoni tal-ispiża ta' proġetti implimentati f'dawn il-programmi ikun iffinaliżżat.

Alternative Dispute Resolution — entitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm entitajiet applikaw bħala entità ta’ ADR (Alternative Dispute Resolution) skont l-A.L. 378.18 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm minnhom ġew aċċettati u f’liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li entita' waħda applikat bħala entità ta’ ADR (Alternative Dispute Resolution) skont l-A.L. 378.18 tal-Liġijiet ta’ Malta. Din l-entita' toffri servizzi ta' medjazzjoni.