Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28875 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivani u principals ġodda mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex jiġu ngaġġati skrivani u principals ġodda mas-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reklutaġġ jinsab fi stadju ta’ intervisti.
Leg 12 PQ #28876 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ restawr taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tar-restawr taċ-Ċittadella, li sar bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej, huwiex imniżżel bħala revenue generating project fil-Programm miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li jekk dan mhux imniżżel hekk, u b'hekk l-aġġustamenti relevanti tal-iffinanzjar ma sarx, ma jistax jiddaħħal ebda ħlas għaċ-Ċittadella qabel mill-inqas ħames snin minn meta tlesta? Jista' jikkonferma li jekk jiddaħħal xi forma ta’ ħlas f'dawn il-ħames snin, dan ikun ifisser li Malta jkollha tħallas lura persentaġġ mill-Fondi Ewropej li ntużaw għal dan il-proġett, liema ħlas lura jkun jammonta eżatt għall-85% tal-ammont ta' flus miġbura?

Response (REFALO, ANTON)

Nikkonferma li mhux ser ikunu introdotti miżuri ta’ revenue generation li jistgħu jaffetwaw l-ammont ta’ ko-finanzjament tal-proġett.
Leg 12 PQ #28877 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ pool f’Għawdex – Memorandum of Understanding

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mal-privat għall-bini ta' pool f’Għawdex? Jista' jgħid ma’ min ġie ffirmat u kemm kienu dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-Expression of Interest li kienet inħarġet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm inġabru żewġ Expression of Interest intefgħet waħda biss. Il-Memorandum of Understanding ġie iffirmat ma’ GNI Limited. Din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #28852 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Impjegati fil-qasam tas-Saħħa f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa n-numru totali tal-impjegati fil-qasam tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma professjonisti mediċi u x’inhuma t-tipi ta’ professjonijiet? Kemm minnhom huma klerikali, kemm inġiniera u kemm ħaddiema f’oqsma oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ mpjegati fil-qasam tas-saħħa huwa ta’ 7,378 li 5,751 minnhom huma professjonisti.
Leg 12 PQ #28853 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget totali għall-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa l-budget totali (għal kull sptar individwali ) għall-ħaddiema kollha f' kull wieħed minn dawn l-isptarijiet: (1) Sptar Mater Dei, (2) Sptar Karen Grech u (3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Leg 12 PQ #28854 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser ikun il-budget rikorrenti tas-saħħa fis-sena 2017 għal kull wieħed minn dawn l-isptarijiet: (1) Sptar Mater Dei, (2) Sptar Karen Grech u (3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm huwa stmat li se jkun l-istess budget rikorrenti fl-istess sptarijiet sal-aħħar tas-sena kurrenti 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2017 t-total tal-budget rikorrenti tad-dipartiment tas-Saħħa tat-3 sptarijiet msemmija huwa ta’ Ewro 278,486,000 waqt illi fl-2012 s-somma totali kienet Ewro170,730,900. Dawn ma jinkludux l-ispiża tal-mediċini u consumables oħra li jidhru taħt line item separat.
Leg 12 PQ #28855 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet – waiting lists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f' Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei f'Ottubru tal-2016 hemm madwar 14,000 pazjent jistenna biex issirlu xi operazzjoni, b'9,000 minnhom jistennew anqas minn sena, filwaqt li nfakkar illi f’Ottubru tal-2012 kien hemm madwar 23,000 pazjent.
Leg 12 PQ #28856 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare — amministrazzjoni u r-responsabilità tal-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Vitals Global Healthcare ħadu l-amministrazzjoni, ir-responsabilità u l-immanniġġjar ta’ Karen Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Minn meta ħaduhom f' idejhom, x’ammont ta’ flus ġew mgħoddija mill-Gvern lill-Vitals Global Healthcare u meta tħallsu dawn l-ammonti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti bejn il-gvern u VGH ġew effettivi fid-19 ta’ Mejju 2016, u huma soġġetti għal perjodu ta’ transizzjoni gradwali. Sal lum l-gvern għadda total ta’ Ewro11,000,000 lil VGH. Dawn ikopru l-ispejjeż rikorrenti tal-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Leg 12 PQ #28857 Sitting 458 2016-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li huma barra l-Unjoni Ewropea — charges

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ charges li l-Gvern iżomm lill-pazjenti li huma minn barra l-UE, u mhux intitolati għal kura b’xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għal-Avviż Legali 407 tal-2007.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm kellha impjegati din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm għandha impjegati din l-Aġenzija llum? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena finanzjarja tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Appoġġ twaqqfet fl-1994 bl-isem ta’ Social Work Development Programme (SWDP). Lura f’dan iż-żmien, l-Aġenzija, jew aħjar il-programm kien jimpjega 16-il persuna. Fil-bidu tiegħu, dan il-programm kien responsabbli biss mis-Servizz għall-Ħarsien Tat-Tfal, mis-Servizz tal-Vjolenza Domestika u mis-Servizz fil-Kommnita’ ġewwa l-Kottonera. Kif jirriżulta mill-Estimi approvati mill-Parlamenti, in-nefqa għal SWDP għas-sena 1994 kienet kif ġej: (source Estimi għas-sena 1996 – Actual Expenditure 1994) għan-nefqa · Line Item 4216: Child Protection Service Lm 1,001 · Line Item 4217: Adoption and Fostering Serivce Lm 5,999 · Line Item 4218: Community Development Lm 10,000 Fil-preżent, l-Aġenzija Appoġġ timpjega 309 ħaddiem b’baġit li għas-sena finanzjarja li ser tgħalaq f’Diċembru 2016, din is-sena kien ta’ € 5,400,000.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi toffri l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm każijiet ħadet ħsieb din l-aġenzija fl-ewwel sena mit-twaqqif tagħha u x’tip ta’ każijiet kienu? Jista’ jgħid kemm ħadet ħsieb każijiet din l-aġenzija fl-aħħar sena u x’tip ta’ każijiet kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella li tinsab aktar ‘l isfel. Aġenzija Appoġġ (Social Welfare Development Programme) Kazijiet – 1994 1994 Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal ( Child Protection Service ) 65 Vjolenza Domestika ( Domestic Violence Service ) 41 Servizzi fil- Komunita’ –Kottonera ( Cottonera Community Service ) 24 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, għal fini ta’ statistika, matul l-2010 kienu jiġu kkalkulati biss dawk il-każijiet li jkunu ġew trattati u ma jinkludux il-każijiet l-oħra li ma kienux trattati mill-ħaddiema tal-Aġenzija. Każijiet trattati mill-Aġenzija Appoġġ – 2015 2015 Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal ( Child Protection Service ) 1607 Intake & Family Support Service * - Vjolenza Domestika ( Domestic Violence Service ) 689 Xelter Għabex 55 Servizz ta’ mmanigjar ta’ inġieba abbusiva 84 High Support Service 43 Residenza St. Venera 16 Ħidma Soċjali fl-Isptar Mater Dei 2475 Servizz Benniena 286 Ħidma Soċjali fl-Isptar Boffa 269 Ħidma Socjali fic-Ċentru ta Saħħa Qormi 136 Ħidma Socjali fir-Residenza St Vincent de Paule 265 Ħidma Soċjali fil- Komunità St Vincent de Paule 344 Servizzi fil-Komunita’- Kotttonera 262 Istitut Paolo Freire 82 Servizzi fil-Komunita’-Birkirkara 150 Servizzi fil-Komunita’- Msida 71 Servizzi fil-Komunita’ - Qawra 223 Servizzi fil-Komunita’- Valletta 163 Embark for Life (E4L) 203 Looked After Children Service 434 Servizzi mal-Qrati 113 Żjarat ta’ Aċċess taħt Superviżżjoni( Supervised Access Visits ) 320 Youth in Focus Services 282 * L-informazzjoni għadha mhix disponibbli minħabba diffikutà tekninka fil-qalba għall-Case Management System il-ġdida. Servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ - 2015 Servizz Informazzjoni oħra ta’ Servizzi 2015 Out of Home Care Programme 7 kuntatti , 26carer SHBC* families, 35 tfal u 26 familja jirċievu SHBC f’Dicembru Servizz ta’ Fostering 216 tfal u 216 foster carers Servizz ta Addozzjoni Pre-adoption: 103 kaz ġdidu 361 kazijiet ma Post-adoption: 28 digrieti godda , 260 tfal u 200 familja PUD Tere ż a Donazzjonijiet: 60 donazzjoni utilizzati 25 Talbiet : 33 talba u 11 indirizzat Hotline 223 rapport Helpline 223 rapport Support Line 179 Total ta’ 13,541 telefonata li minhom 10,262 kienu ġenwieni. Programm Ulied Darna Medja ta’ 2 allokazjoni jiet ġodda u 0 kazijiet maghrufa fi xahar u 21 kaz iehor fuq il-waiting list sa aħħar ta Diċembru.
Leg 12 PQ #28848 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Per capita expenditure fis-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-per capita expenditure fis-Saħħa kull sena fis-snin 2014, 2015 u l-2016? Kemm hi stmata li se tkun din l-ispiża fis-sena 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li n-nefqa tal-Gvern ras għal ras fil-qasam tas-saħħa fis-sena 2012 kienet ta’ €787, għas-sena 2017 ser tkun ta’ €1,210.
Leg 12 PQ #28849 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – spiża ta’ mediċini wżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u s-sena 2016 sal-lum: a. Mater Dei; b. Sptar Karen Grech; c. l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ispiża ta’ mediċini wżati fl-isptarijiet imsemmija bejn l-2013 u l-2015 kienet ta’ Euro25,122,607.
Leg 12 PQ #28850 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb — waiting time u l-waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-waiting time u l-waiting list għall-interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb: a. Angiogram b. Angioplasty c. By-pass surgery d. Cardiac Transplants ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-waiting time għal proċeduri tal-Angiogram u Angioplasty huwa massimu ta’ 10 t’ijiem filwaqt li l-waiting time għal bypass surgery huwa bejn gimgħa u xahar.
Leg 12 PQ #28851 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Malta u Għawdex — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sodod fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż? Kemm minn dawn is-sodod jinsabu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karen Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2015 kien hemm 487.5 sodod fl-isptarijiet għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż.
Leg 12 PQ #28824 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Master Plan — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-Master Plan ta' Marsalforn? Jista' jgħid s’issa liema parti minn dan il-Master Plan twettqet u kemm sewa x-xogħol li sar s’issa? Meta hu mistenni li jkun lest ix-xogħol kollu fuq dan il-Master Plan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Masterplan huwa wieħed ‘ongoing’. S’issa ntefqu €25,050 ex VAT fuq materjal ta’ madum, decking u kurduna li ntużaw għal xogħol ta’ pavimentar u ta’ bankijiet ġodda. Intefqu €3,432 fi planki biex tranġa l-bridge fi Triq il-Port li kien perikolanti. Ix-xogħol manwali sar mill-ħaddiema tal-Gvern. Irrid insemmi ukoll x-xogħol fil-menqa li kien jikkonsisti f’xogħlijiet fuq il-ħajt tal-menqa biex id-dgħajjes tas-sajjieda ikunu iktar protetti; rikostruzzjoni tas-Slipway; ftuħ ta’ landing office; titjib fid-dry standing area; installazzjoni ta’ Service Pillars; u tibdil tal-winch eżistenti ma’ ieħor li hu iktar effiċjenti. Il-proġett ġie jiswa madwar €860,056. Ix-xogħol ta’ pavimentar ħa jitkompla wara l-festi tal-Milied biex ma jkunx ta’ nkonvenjent għall-istabilimenti li hemm ġo Marsalforn. Fil-gimgħat li gejjin ha jinbidlu l-arbli tad-dwal u d-dwal fi Triq il-Port u x-xogħol ħa jiswa € 42,095.02 ex VAT.
Leg 12 PQ #28825 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – parking – kisi bit-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li dik il-parti tal-parking f’Marsalforn li għadha bil-wiċċ taż-żrar, tiġi miksija bit-tarmak?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ix-xogħol se isir qabel is-Sajf li ġej, peress li qatt ma kien sar qabel.
Leg 12 PQ #28842 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Garanzija mogħtija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il garanzija tal-Gvern, barra dik ta' madwar tliet mija u sittin miljun ewro mogħtija lill-Electrogas, b'effett minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid għal liema raġuni f'kull każ ingħatat il-garanzija, lil min ingħatat u kemm kien l-ammont tal-garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #28843 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare Limited – expression of interest

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data eżatta ta’ meta ġew notifikati Vitals Global Healthcare Limited li kienu huma li ġew magħżula wara l-ħruġ tal-expression of interest biex jieħdu l-Isptarijiet Karen Grech, San Luqa u dak Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha ġew notifikati li ġew magħżula huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem expression of interest qed jirreferi.
Leg 12 PQ #28844 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Tmexxija tal-Isptar Karen Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – expression of interest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet l-expression of interest għat-tmexxija tal-Isptar Karen Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-expression of interest u l-kundizzjonijiet kollha ta’ magħha kif kienet inħarġet f’dik id-data? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dak li ġie approvat biex intgħażlet Vitals Global Healthcare Limited u dak li ġie ffirmat magħhom malli ntgħażlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem expression of interest qed jirreferi.