Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30440 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni jew kariga li għandu mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Ma’ liema ministeru jew dipartiment/entità qed jokkupa din il-funzjoni jew kariga? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħata għall-funzjoni jew kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30441 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ministru bla portafoll — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/staff fil-Ministeru bla portafoll tal-Ministru Konrad Mizzi? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma Public Servants? Kemm minnhom huma persons of trust jew political appointees? Kemm minnhom huma taħt xi forma ta’ kuntratt jew ieħor? X'inhuma l-karigi li jokkupaw u r-responsabilitajiet ta’ kull ħaddiem? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħataw persons of trust jew political appointees għallfunzjoni jew kariga tagħom f'dan il-ministeru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30442 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Freedom Press – art — kumpens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi awtorità governattiva, tawx xi forma ta’ kumpens biex tkun tista’ ssir triq pubblika fuq art li fuqha kien hemm il-Freedom Press u l-art tal-madwar? Jekk ingħata xi forma ta’ kumpens, lil min ingħata u x'kien? Jekk il-kumpens kien wieħed monetarju, kemm ingħataw flus?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le
Leg 12 PQ #30443 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi (allowances, overtime, National Insurance Contribution) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bejn l-2012 u l-2015 kienet €20,563,036.75.
Leg 12 PQ #30495 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – dentisti – X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan iż-żmien meta dentist fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jordna X-Ray għal pazjent dan qed jittieħedlu ġranet u saħansitra anke ġimgħat wara, meta qabel normalment tali X-Rays kienu jittieħdu dakinhar stess li jkunu ordnati mid-dentist? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal għall-inkonvenjenza kbira għall-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal perjodu qasir ta’ ftit ġranet minħabba raġunijiet ta’ loġistika, pazjenti fl-isptar msemmi minnu li kellhom bżonn Xray dentali ngħataw appuntament fi żmien ta’ ftit granet. Minn dan ix-xahar ser tidħol fis-seħħ sistema fejn l-appuntamenti, fejn hu possibbli, ser isiru fl-istess ġurnata li Xray jiġi ordnat mid-dentist.
Leg 12 PQ #30496 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali mhux regolati b’kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Jista’ jgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll jispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30377 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 29235, jista’ l-Ministru jgħid min fil-preżent qed iħallas lill-ħaddiema tal-Isptar Karin Grech u tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ċjoè jekk hux id-Dipartiment tas-Saħħa jew il-kumpanija Vitals Global Healthcare jew xi kumpanija sussidjarja tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tal-isptar Karen Grech u tal-isptar Ġenerali t’Għawdex li huma mpjegati mal-Gvern, ser ikompli jitħallsu mill-Gvern.
Leg 12 PQ #30378 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei – waiting lists – studju u suġġerimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30379 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-ART – ħlas lill-EPA

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali mħallas mill-ART Clinic tal-Isptar Mater Dei lill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) għall-interventi ta' IVF/ICSI li saru minn meta beda jiffunzjona l-ART Clinic sal-aħħar ta' Diċembru 2016? Jista' jagħti break down ta' xiex tħallas dan l-ammont lill-EPA?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni minn Jannar tal-2015 sa Diċembru tal-2016 irċeviet is-somma ta’ €34,400 għal-proċeduri tal-IVF u ICSI.
Leg 12 PQ #30380 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

ART Clinic – ammont minfuq

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28883, fejn ta l-ammont totali minfuq mill-Gvern minn mindu bdiet topera l-ART Clinic, jekk is-somma mogħtija tinkludix ukoll (1) l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm; (2) ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u (3) spejjeż relatati ma’ outpatients visits?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm, l-ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u spejjeż relatati ma’ outpatients visits m’humiex inklużi fis-somma ikkwotata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28883.
Leg 12 PQ #30438 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare — somma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li ġie mgħoddi lill-Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha sal-aħħar ta' Diċembru 2016 u kemm huwa l-ammont dovut li kien għadu ma tħallasx sa dik id-data lil Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas dovut għas-sena 2016 lill- Vitals Global Healthcare tħallas kollu.
Leg 12 PQ #30439 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – waiting lists

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28714, jista’ l-Ministru jgħid kif jiġġustifika dik ir-risposta meta fil-Gazzetta tal-Gvern deher li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet mogħtija kuntratt ta' madwar mija u għoxrin elf euro (Euro 120,000) biex tagħti parir lill-Gvern dwar il-waiting lists fil-Mater Dei u liema kuntratt ġie mogħti taħt il-proċedura magħrufa bħala negotiated procedure? Jista' jpoġġi kopja ta' dan l-imsemmi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28714.
Leg 12 PQ #30350 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' ħaddiema fl-aħħar ta' kull waħda mis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, f’kull wieħed mill-isptarijiet li ġejjin 1) Sptar Mater Dei; 2) Sptar Karin Grech; u 3) Sptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ ħaddiema tal-gvern fis-sena, bejn l-2014 u l-2016 għal isptar Mater Dei kienet 4,266, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex 794 u l-Isptar Karen Grech kienet 502.
Leg 12 PQ #30351 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni – direttiva numru 7

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28724, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva numru 7 li għamel referenza għaliha u li hija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva numru 7 kif maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Aġenzija Appoġġ – servizzi u impjegati

Question

Jista' l-Ministru jelenka s-servizzi kollha li toffri preżentament l-Aġenzija Appoġġ u kemm hemm persuni impjegati għal kull servizz li jingħata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija toffri servizz f’dawn l-oqsma : Addozzjoni, Programm ta’ Adoloxxenti, Primary Health Care B’Kara/Bormla, Servizz fil-Komunita’ – Birkirkara, Besmatonline, Servizz fil-Komunita’ – Kottonera, Monitoring ta’ Protezzjoni ta’ tfal, Investigazzjoni ta’ Protezzjoni ta’ tfal, Qrati u Żjarat ta’ Aċċess taħt Superviżjoni, Vjolenza Domestika, Embark for Life, Employee Support Programme, Fostering, Xelter – Għabex, Saħħa f’Għawdex, Saħħa Mentali, Homestart Malta, Housing, Homestart Gozo, High Support, Intake and Family Support, Lokked After Children, Managing Agressive Behaviour, Mater Dei Hospital Social Work Unit, Ħidma Soċjali fl-Isptar Karen Grech, Out of Home Care Program, Istitut Paolo Freire, Proġett Ulied Darna, Servizz fil-Komunita – Qawra, Samoc, Siblings Home Qormi, Support Line 179, Residenza Sta Venera, Servizzi fil-Komunita – Valletta Servizz Youth in Focus, Residenza Sptar San Vincenz, 24/7 Afterhour Service, Management. L-ammont ta’ impjegati huwa ta’ 295.
Leg 12 PQ #30353 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Prodott gross domestiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mill-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għal kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista' jgħid kemm mistennija tkun fis-sena kurrenti (2017)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tas-saħħa f’termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku ibbażata fuq statistika fuq in-nefqa tal-gvern ikklassifikata skont il-funzjonijiet tal-gvern (Classification of Functions of Government, COFOG) u miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet 5.7% fl-2013; 5.7% fl-2014; u 5.8% fl-2015. Il-figura komparabbli għall-2016 għadha ma nħadmitx. Fl-istess ħin ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma joħroġx stimi u allura m’inix f’pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub għall-2017.
Leg 12 PQ #30375 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Etajiet tal-persuni li jistgħu jagħmlu l-intervent tal-IVF/ICSI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-etajiet tal-persuni li jistgħu jagħmlu interventi tal-IVF/ICSI ġewx iffissati mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) jew joħorġux mil-Liġi? Jekk din hija deċiżjoni tal-Awtorità kompetenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istess deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni għaliex ittieħdet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onor. Interpellant li Artiklu 6 tal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun jesiġi li l-Awtorita’ għandha tħejji protokol li ukoll jinkludi etajiet u hawn nikkwota “Dan il-Protokol għandu jinkludi, mingħajr ħsara għal kriterji oħra, kriterji ċari rigward l-età tal-mara li se tipparteċipa fil-proċedura u wara kemm-il ċiklu ta’ trattament skont paragrafu (b) jista’ t-tabib inkarigat jiddeċiedi li jiffertilizza sa massimu ta’ tliet ċelloli tal- bajd” Dan il-Protokol li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra fl-2013, kien sar wara diskussjonijiet u ġie stabbilit bi qbil mal-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti bil-liġi li jirrappreżentaw lit-tobba fl-oqsma tal-obstetrija u tal-pedjatrija kif ukoll ma stakeholders oħra.
Leg 12 PQ #30376 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

IVF/ICSI — etajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet deċiżjoni li persuni li għandhom anqas minn 23 sena u aktar minn 43 sena ma jistgħux joqogħdu għall-intervent ta' IVF/ICSI lanqas fi sptar jew klinika privata f'Malta? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex numru ta' koppji li ma jikkwalifikawx minħabba l-età, qed ikollhom imorru jagħmlu dawn l-interventi fi sptarijiet barra minn Malta bi spiża li tiġi ferm aktar milli kieku jagħmlu dawn l-interventi fil-privat f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30375 filwaqt li ninfurmah li l-eta’ minima hija 25 sena.
Leg 12 PQ #29882 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #29883 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Contracts of service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti ukoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.